Ϸվ

Rapport - A8-0096/2019Rapport
A8-0096/2019

RAPPORTdwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja2017, TaqsimaII – Il-Kunsill Ewropew u l-Kunsill

5.3.2019-(2018/2168(ٷ))

Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit
Rapporteur: Arndt Kohn

ʰċܰ:
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument:
A8-0096/2019
Testi mressqa :
A8-0096/2019
Votazzjonijiet :
Testi adottati :

1. PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja2017, TaqsimaII – Il-Kunsill Ewropew u l-Kunsill

()

Il-Parlament Ewropew,

–wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2017[1],

–wara li kkunsidra l-kontijiet annwali konsolidati tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja2017 ( – C8-0320/2018)[2],

–wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Kunsill għall-awtorità ta' kwittanza dwar il-verifiki interni mwettqa fis-sena2017,

–wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja2017, flimkien mar-risposti tal-istituzzjonijiet[3],

–wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni[4] dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja2017 skont l-Artikolu287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–wara li kkunsidra l-Artikolu314(10) u l-Artikoli 317, 318 u 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25ta'Ottubru2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru1605/2002[5], u b'mod partikolari l-Artikoli55, 99, 164, 165 u 166 tiegħu,

–wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18ta'Lulju2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru1296/2013, (UE) Nru1301/2013, (UE) Nru1303/2013, (UE) Nru1304/2013, (UE) Nru1309/2013, (UE) Nru1316/2013, (UE) Nru223/2014, (UE) Nru283/2014, u d-Deċiżjoni Nru541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru966/2012[6], u b'mod partikolari l-Artikoli59, 118 u261 sa 262 tiegħu,

–wara li kkunsidra l-Artikolu94 u l-AnnessIV tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A8-0096/2019),

1.Jiddifferixxi d-deċiżjoni tiegħu dwar l-għoti ta' kwittanza lis-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Kunsill Ewropew u tal-Kunsill għas-sena finanzjarja2017;

2.Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha, lill-Kunsill Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, lill-Qorti tal-Awdituri, lill-Ombudsman Ewropew, lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data u lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea ().

2. MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja2017, TaqsimaII – Il-Kunsill Ewropew u l-Kunsill

()

Il-Parlament Ewropew,

–wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja2017, TaqsimaII – Il-Kunsill Ewropew u l-Kunsill,

–wara li kkunsidra l-Artikolu94 u l-AnnessIV tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A8-0096/2019),

A.billi l-istituzzjonijiet kollha tal-Unjoni għandhom ikunu trasparenti u jagħtu rendikont sħiħ liċ-ċittadini tal-Unjoni għall-fondi fdati lilhom bħala istituzzjonijiet tal-Unjoni;

B.billi kemm il-ftuħ kif ukoll it-trasparenza fl-amministrazzjoni u l-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni jeħtieġu proċedura ta' kwittanza miftuħa u trasparenti fejn kull istituzzjoni tal-Unjoni hija responsabbli tal-baġit li teżegwixxi,

C.billi l-Kunsill Ewropew u l-Kunsill, bħala istituzzjonijiet tal-Unjoni, għandhom ikunu soġġetti għar-responsabbiltà demokratika fir-rigward taċ-ċittadini tal-Unjoni bħala l-benefiċjarji tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea;

D.billi r-rwol tal-Parlament fir-rigward tal-kwittanza baġitarja huwa speċifikat fit-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) u fir-Regolament Finanzjarju;

1.Jinnota li, fir-Rapport Annwali2017 tagħha, il-Qorti tal-Awdituri osservat li ma ġewx identifikati dgħufijiet sinifikanti b'rabta mat-temi awditjati relatati mar-riżorsi umani u mal-proċeduri ta' akkwist għall-Kunsill Ewropew u għall-Kunsill;

2.Jieħu nota li, fl-2017, il-Kunsill Ewropew u l-Kunsill kellhom baġit globali ta' EUR561576000 (EUR545054000 fl-2016), b'rata globali medja ta' implimentazzjoni ta' 93,8% meta mqabbla mat-93,5% fl-2016;

3.Jilqa' pożittivament l-isforzi biex għat-tkomplija tat-titjib tal-ġestjoni u l-prestazzjoni finanzjarja, bħall-armonizzazzjoni tal-ippjanar baġitarju fuq livell ċentrali bl-integrazzjoni tal-Attività Pluriennali u l-Ippjanar tal-Baġit (MABP); jinnota li l-pjanijiet ta' nfiq u l-abbozz ta' baġit huma bbażati fuq attivitajiet (proġetti, programmi u attivitajiet rikorrenti);

4.Jinnota ż-żieda ta' EUR16,5miljun (+3%) fil-baġit tal-Kunsill Ewropew u tal-Kunsill fl-2017 meta mqabbel ma' żieda ta' 0,6% fl-2016;

5.Isostni t-tħassib tiegħu dwar l-ammont għoli ħafna ta' approprjazzjonijiet li ġew riportati mill-2017 għall-2018, b'mod partikolari dawk relatati mal-għamara, it-tagħmir teknika, it-trasport u mas-sistemi tal-kompjuter; ifakkar lill-Kunsill li r-riporti huma eċċezzjonijiet għall-prinċipju tal-annwalità u li għandhom jirriflettu ħtiġijiet reali;

6.Itenni li l-baġit tal-Kunsill Ewropew u l-baġit tal-Kunsill għandhom jiġu sseparati bil-għan li jingħata kontribut għat-trasparenza tal-ġestjoni finanzjarja tal-istituzzjonijiet u jittejjeb l-obbligu ta' rendikont taż-żewġ istituzzjonijiet;

7.Jilqa' pożittivament il-fatt li nkiseb tnaqqis ta' 5% fin-numru tal-persunal matul il-perjodu 2013-2017 bi qbil mal-Ftehim Interistituzzjonali tat-2ta'Diċembru2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja, dwar il-kooperazzjoni f'materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba[7]; jinnota l-isforzi diretti lejn is-simplifikar tal-organizzazzjoni permezz ta' bidliet fit-tabella tal-persunal bħala parti mit-tkomplija tal-modernizzazzjoni amministrattiva;

8.Jinnota li fil-Kunsill kienu impjegati total ta' 1629 mara u 1141 raġel; jinnota li 29% biss ta' postijiet maniġerjali għoljin huma okkupati min-nisa; jistieden lill-Kunsill jieħu dawk il-miżuri meħtieġa biex jittejjeb il-bilanċ bejn il-ġeneri f'karigi maniġerjali;

9.Jinnota li fuq is-siti web tal-Kunsill tiġi ppubblikata ħarsa ġenerali tar-riżorsi umani analizzati skont il-ġeneru u n-nazzjonalità; itenni t-talba tiegħu lill-Kunsill biex jipprovdi ħarsa ġenerali aktar dettaljata analizzata skont it-tip ta' kuntratt, grad, ġeneru, u n-nazzjonalità u wkoll fuq ħarsa ġenerali lejn kif dawn iċ-ċifri jikkumparaw mas-sena ta' qabel;

10.Jilqa' pożittivament l-informazzjoni dwar l-attivitajiet okkupazzjonali ta' ex uffiċjali għolja tas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill (SĠK) li ħallew is-servizz fis-sena2017;

11.Jilqa' pożittivament l-informazzjoni pprovduta dwar l-istrateġija tal-bini tal-Kunsill fid-Dikjarazzjonijiet Finanzjarji Finali tal-2017; jinnota li f'Lulju2017, l-Istat Belġjan u l-SĠK ikkonkludew negozjati dwar il-prezz finali għall-bini Europa, billi laħqu qbil fuq prezz finali ta' EUR312143710,53, kif ukoll dwar l-akkwist ta' erba' plottijiet addizzjonali ta' art madwar il-bini tal-Kunsill għal ammont ta' EUR4672944; jinnota li l-ftehim finali huwa mistenni li jiġi ffirmat fl-2018; jinnota li l-ammonti kollha relatati mas-saldu finali tal-bini Europa tħallsu jew ġew akkumulati fl-2017;

12.Jilqa' pożittivament it-tranżizzjoni għall-verżjoni l-ġdida tal-iskema Komunitarja ta' ġestjoni u verifika ambjentali (EMAS) u ISO14001 u l-pubblikazzjoni tad-"Dikjarazzjoni Ambjentali2017", li tistabbilixxi s-sistema ta' ġestjoni ambjentali tal-Kunsill; jilqa' pożittivament il-miżuri tal-Kunsill biex itejjeb il-ġestjoni tal-iskart tiegħu, iżid l-effiċjenza enerġetika tiegħu u jnaqqas il-marka tal-karbonju tiegħu u jħeġġu jkompli bl-isforzi tiegħu f'din id-direzzjoni;

13.Jinnota li r-regoli interni għar-rappurtar ta' irregolaritajiet serji huma ppubblikati fuq is-sit web tal-Kunsill, flimkien ma' gwida dwar l-etika u l-imġiba għall-membri tal-persunal tal-Kunsill; jistieden lill-Kunsill jissensibbilizza dwar dawn ir-regoli u tiżgura li l-membri kollha tal-persunal jiġu infurmati kif xieraq dwar id-drittijiet tagħhom;

14.Jinnota li minkejja l-mandat biex jinbdew negozjati mal-Parlament u l-Kummissjoni dwar il-parteċipazzjoni tal-Kunsill fir-ġٰ ta' Trasparenza meħud fis-6ta'Diċembru2017, il-Kunsill għadu ma sseħibx fir-ġٰ ta' Trasparenza; jistieden lill-Kunsill jagħti segwitu għan-negozjati u jilħaq eżitu ta' suċċess mar-rappreżentanti tal-Parlament u l-Kummissjoni bil-għan li l-Kunsill finalment jingħaqad fir-ġٰ ta' Trasparenza;

Kooperazzjoni futura bejn il-Kunsill u l-Parlament

15.Jiddispjaċih li l-Kunsill reġa' naqas milli jipprovdi risposti għall-mistoqsijiet bil-miktub mibgħuta mill-Parlament, u li s-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill ma attendiex is-seduta ta' smigħ organizzata fis-27ta'Novembru2018 fil-kuntest tal-kwittanza annwali, li għal darb'oħra jindika nuqqas ta' kooperazzjoni totali min-naħa tal-Kunsill; jisħaq li n-nefqa tal-Kunsill trid tgħaddi minn skrutinju bl-istess mod bħal dik tal-istituzzjonijiet l-oħra u jirrimarka li l-elementi fundamentali ta' tali skrutinju huma stabbiliti fir-riżoluzzjonijiet ta' kwittanza tiegħu tas-snin li għaddew; jirrimarka li l-Parlament Ewropew huwa l-unika istituzzjoni eletta direttament miċ-ċittadini tal-Unjoni u li r-rwol tiegħu fil-proċedura ta' kwittanza għandha konnessjoni diretta mad-dritt taċ-ċittadini li jkunu infurmati dwar kif qed jintefqu l-flus pubbliċi;

16.Jissottolinja li, skont it-Trattati, il-Parlament huwa l-unika awtorità tal-kwittanza tal-Unjoni, u li, b'rikonoxximent sħiħ tar-rwol tal-Kunsill bħala istituzzjoni li tagħti rakkomandazzjonijiet fil-proċedura ta' kwittanza, trid tinżamm distinzjoni fir-rigward tar-rwoli differenti tal-Parlament u l-Kunsill biex ikun hemm konformità mal-qafas istituzzjonali stabbilit fit-Trattati u fir-Regolament Finanzjarju;

17.Ifakkar fid-diffikultajiet li nqalgħu ripetutament fil-proċeduri ta' kwittanza sal-lum minħabba nuqqas ta' kooperazzjoni mill-Kunsill u jfakkar li l-Parlament irrifjuta li jagħti l-kwittanza lis-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill fir-rigward tas-snin finanzjarji 2009 sal-2016;

18.Jinnota li l-Parlament ippreżenta Proposta għal proċedura ta' kooperazzjoni bejn iż-żewġ istituzzjonijiet fid-9ta'Novembru2018; jinnota li l-Kunsill ta risposta għall-proposta tal-Parlament dwar il-proċedura ta' kwittanza tal-Kunsill fit-2ta'Mejju2018 bi proposta emendata, u li l-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit tal-Parlament bagħat ir-reazzjoni tiegħu għall-proposta emendata tal-Kunsill fil-21ta'Lulju2018; iħeġġeġ lill-Kunsill jirreaġixxi rapidament għall-aħħar proposti mill-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit, biex b'hekk l-arranġamenti l-ġodda għall-eżerċizzju ta' kwittanza jkunu jistgħu jiġu applikati mill-aktar fis possibbli;

19.Jilqa' pożittivament il-fatt li l-Kunsill iqis li jeħtieġ li jindirizza l-proċedura ta' kwittanza u huwa miftuħ għas-sejba ta' soluzzjoni flimkien mal-Parlament dwar kif għandhom jikkooperaw f'din il-kwistjoni;

20.Ifakkar li, skont l-Artikolu335 tat-TFUE, "l-Unjoni għandha tkun rappreżentata minn kull waħda mill-istituzzjonijiet, bis-saħħa tal-awtonomija amministrattiva tagħhom, fi kwistjonijiet li għandhom x'jaqsmu mal-operat rispettiv tagħhom", u li, b'konsegwenza, waqt li jitqies l-Artikolu55 tar-Regolament Finanzjarju, l-istituzzjonijiet huma responsabbli b'mod individwali għall-implimentazzjoni tal-baġits tagħhom;

21.Jenfasizza l-prerogattiva tal-Parlament li jagħti l-kwittanza skont l-Artikoli316, 317 u 319 tat-TFUE, f'konformità mal-interpretazzjoni u l-prassi tal-lum, speċifikament li jagħti l-kwittanza b'rabta ma' kull intestatura tal-baġit b'mod separat sabiex jinżammu t-trasparenza u r-responsabbiltà demokratika lill-kontribwenti tal-Unjoni.

22.Jistieden lill-Kunsill iħaffef il-proċedura tiegħu għar-rakkomandazzjonijiet dwar il-kwittanza, bil-għan li jippermetti l-kwittanza fis-sena n +1; jitlob lill-Kunsill jissodisfa r-rwol partikolari tiegħu u jagħti rakkomandazzjonijiet dwar il-kwittanza lill-istituzzjonijiet l-oħra tal-Unjoni;

INFORMAZZJONI DWAR L-ADOZZJONIFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

Data tal-adozzjoni

20.2.2019

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

19

0

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Nedzhmi Ali, Inés Ayala Sender, Zigmantas Balčytis, Dennis de Jong, Tamás Deutsch, Martina Dlabajová, Ingeborg Gräßle, Jean-François Jalkh, Wolf Klinz, Arndt Kohn, Georgi Pirinski, José Ignacio Salafranca Sánchez-Neyra, Petri Sarvamaa, Claudia Schmidt, Bart Staes, Marco Valli, Derek Vaughan, Tomáš Zdechovský

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Karin Kadenbach

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

19

+

ALDE

Nedzhmi Ali, Martina Dlabajová, Wolf Klinz

EFDD

Marco Valli

ENF

Jean-François Jalkh

GUE/NGL

Dennis de Jong

PPE

Tamás Deutsch, Ingeborg Gräßle, José Ignacio Salafranca Sánchez-Neyra, Petri Sarvamaa, Claudia Schmidt, Tomáš Zdechovský

S&D

Inés Ayala Sender, Zigmantas Balčytis, Karin Kadenbach, Arndt Kohn, Georgi Pirinski, Derek Vaughan

VERTS/ALE

Bart Staes

0

-

0

0

Tifsira tas-simboli użati:

+:favur

-:kontra

0:astensjoni

  • [1] ĠU L51, 28.2.2017.
  • [2] ĠU C348, 28.9.2018, p.1
  • [3] ĠU C357, 04.10.2018, p.1
  • [4] ĠU C357, 04.10.2018, p.9
  • [5] ĠU L298, 26.10.2012, p.1
  • [6] ĠU L193, 30.7.2018, p.1
  • [7] ĠU C373, 20.12.2013, p.1
Aġġornata l-aħħar: 19 ta' Marzu 2019
Avviż legali-Politika tal-privatezza