Ϸվ

Go back to the Europarl portal

Choisissez la langue de votre document :

  • bg-български
  • es-español
  • cs-čeština
  • da-dansk
  • de-Deutsch
  • et-eesti keel
  • el-ελληνικά
  • en-English
  • fr-français
  • ga-Gaeilge
  • hr-hrvatski
  • it-italiano
  • lv-latviešu valoda
  • lt-lietuvių kalba
  • hu-magyar
  • mt-Malti
  • nl-Nederlands
  • pl-polski
  • pt-português
  • ro-română
  • sk-slovenčina
  • sl-slovenščina
  • fi-suomi
  • sv-svenska
Ի徱ċ
Test sħiħ
Rapporti verbatim tad-dibattiti
XML1k
L-Erbgħa, 12 ta' Frar 2025-Strasburgu

Nagħtu ġieħ lill-memorja ta’ Ján Kuciak u Martina Kušnírová: navvanzaw il-libertà tal-media, insaħħu l-istat tad-dritt u nipproteġu lill-ġurnalisti fl-UE kollha (dibattitu)
MPphoto

David Casa (PPE). – President,Jan Kuciak u Martina nqatlu għax kien qed jinvestiga l-verità. Daphne Caruana Galizia ġiet assassinata għall-istess raġuni. Fiż-żewġ każijiet, il-ġustizzja ġiet imminata. Ftit tal-jiem ilu biss, l-allegat mandant tal-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia ġie liberat, ġie liberat li huwa fatt xokkanti għall-familja tal-vittma u għall-pubbliku b’mod ġenerali. Aktar agħar minn hekk, min qed jgħid il-verità f'pajjiżi qiegħed jitħalla waħdu, mhux biss mingħajr il-protezzjoni tal-Istat, imma saħansitra bil-makkinarju tal-gvern kollu kontrih.

Il-qtil ta’ ġurnalist juri falliment fis-sistema tal-ġustizzja. Falliment li l-Kummissjoni Ewropea ma tistax tibqa' tinjora. Għandha tifhem dan: li meta hemm min jemmen li jista’ joqtol ġurnalist b’impunità, tfisser li l-kriminali jafdaw f’sistema korrotta li tiggarantixxi l-impunità tagħhom. Sistema aktarx maħkuma, li fil-każ ta’ Malta, din hija ċara ħafna. Din is-sistema għadha mhix qed tiġi indirizzata u l-elettorat tagħna qiegħed jistenna azzjoni mill-Kummissjoni biex tinforza l-obbligi tal-Istati Membri skont it-trattati.

Is-saltna tad-dritt hija fundamentali, u wasal iż-żmien li tibda tingħata l-prijorità meħtieġa bl-għodda kollha li għandha l-Kummissjoni. Kummissarju, semmejt il-kuraġġ ta' Jan, ta' Daphne u ta' Martina. Hemm bżonn li issa l-Kummissjoni jkollha kuraġġ, tiddefendi n-nies u mhux iktar lill-gvernijiet korrotti.

Aġġornata l-aħħar: 24 ta' Frar 2025Avviż legali-Politika tal-privatezza