Ϸվ

Ի徱ċ
ʰċԳپ
Li jmiss
Test sħiħ
Minuti
XML11k
L-Erbgħa, 9 ta' Ottubru 2024-Strasburgu

16.Dibattiti dwar każi ta' ksur tad-drittijiet tal-bniedem, tad-demokrazija u tal-istat tad-dritt (dibattitu)

(Għat-titoli u l-awturi tal-mozzjonijiet għal riżoluzzjoni, ara punt I tal-minuti tad-data 9.10.2024.)


16.1.Il-każ ta’ Bülent Mumay fit-Turkija

Mozzjonijiet għal riżoluzzjoni B10-0095/2024, B10-0096/2024, B10-0097/2024, B10-0098/2024, B10-0099/2024 u B10-0100/2024 ()

Isabel Wiseler-Lima, Nacho Sánchez Amor, Lucia Yar, Vladimir Prebilič u Isabel Serra Sánchez ippreżentaw il-mozzjonijiet għal riżoluzzjoni tal-gruppi tagħhom.

Interventi ta': Nikos Papandreou f'isem il-Grupp S&D, Aleksandar Nikolic f'isem il-Grupp PfE, Nathalie Loiseau f'isem il-Grupp Renew, u Costas Mavrides.

Intervent ta': Johannes Hahn (membru tal-Kummissjoni).

Id-dibattitu ngħalaq.

Votazzjoni: punt 10.1 tal-minuti tad-data 10.10.2024.


16.2.Il-każijiet ta’ Ujguri inkarċerati inġustament fiċ-Ċina, b’mod partikolari Ilham Tohti u Gulshan Abbas

Mozzjonijiet għal riżoluzzjoni B10-0101/2024, B10-0114/2024, B10-0115/2024, B10-0116/2024, B10-0117/2024 u B10-0118/2024 ()

Miriam Lexmann, Raphaël Glucksmann, Lara Magoni, Petras Auštrevičius, Erik Marquardt u Rima Hassan (is-Sinjura President fakkret lill-kelliem fid-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 10 tar-Regoli ta' Proċedura) ippreżentaw il-mozzjonijiet għal riżoluzzjoni tal-gruppi tagħhom.

Interventi ta': Sebastião Bugalho f'isem il-Grupp PPE, Francisco Assis f'isem il-Grupp S&D, Hermann Tertsch f'isem il-Grupp PfE, Engin Eroglu f'isem il-Grupp Renew, Catarina Vieira f'isem il-Grupp Verts/ALE, u Thijs Reuten.

Intervent skont il-proċedura "catch the eye" ta': Seán Kelly.

Intervent ta': Johannes Hahn (membru tal-Kummissjoni).

Id-dibattitu ngħalaq.

Votazzjoni: punt 10.2 tal-minuti tad-data 10.10.2024.


16.3.L-Iraq, b’mod partikolari s-sitwazzjoni tad-drittijiet tan-nisa u l-proposta reċenti biex tiġi emendata l-Liġi dwar l-Istatus Personali

Mozzjonijiet għal riżoluzzjoni B10-0088/2024, B10-0089/2024, B10-0090/2024, B10-0091/2024, B10-0092/2024, B10-0093/2024 u B10-0094/2024 ()

Ingeborg Ter Laak, Evin Incir, Abir Al-Sahlani, Hannah Neumann, Beatrice Timgren, Rima Hassan u Tomasz Froelich ippreżentaw il-mozzjonijiet għal riżoluzzjoni tal-gruppi tagħhom.

Interventi ta': Eleonora Meleti f'isem il-Grupp PPE, Lina Gálvez f'isem il-Grupp S&D, Margarita de la Pisa Carrión f'isem il-Grupp PfE, Nathalie Loiseau f'isem il-Grupp Renew, Davor Ivo Stier u Seán Kelly.

Intervent skont il-proċedura "catch the eye" ta': Silvia Sardone.

Intervent ta': Johannes Hahn (membru tal-Kummissjoni).

Id-dibattitu ngħalaq.

Votazzjoni: punt 10.3 tal-minuti tad-data 10.10.2024.

Aġġornata l-aħħar: 7 ta' April 2025Avviż legali-Politika tal-privatezza