L-abbozz definittiv tal-aġenda tas-seduti plenarji tad-dati Ottubru II 2024 (PE 765.557/PDOJ) tqiegħed għad-dispożizzjoni tal-Membri skont l-Artikolu 163(3) tar-Regoli ta' Proċedura.
Emendi proposti għall-abbozz definittiv tal-Aġenda skont l-Artikolu 164(1), tar-Regoli ta' Proċedura
It-Tlieta
Talba tal-Grupp Verts/ALE biex tiddaħħal bħala t-tieni punt fl-aġenda, wara l-ħin għall-mistoqsijiet, dikjarazzjoni tal-Kummissjoni bit-titolu: “Riżultat tad-deċiżjoni tal-Qorti Taljana rigward il-Ftehim bejn l-Italja u l-Albanija dwar il-migrazzjoni”.
Għaldaqstant is-seduta tittawwal sal-23.00.
Interventi ta': Terry Reintke, f'isem il-Grupp Verts/ALE, li ġġustifikat it-talba, Nicola Procaccini, li tkellem kontra, u Tomas Tobé.
Talba tal-Grupp Renew biex tiddaħħal dikjarazzjoni bħal din bit-titolu li ġej: “Riżultat tad-deċiżjoni tal-Qorti Taljana rigward il-Ftehim bejn l-Italja u l-Albanija dwar il-migrazzjoni u l-implimentazzjoni tal-Patt dwar l-ażil u l-migrazzjoni”.
Intervent ta':Fabienne Keller, f'isem il-Grupp Renew, li ġġustifikat it-talba.
Il-President ikkonstatat li ma kienx hemm qbil u ssottoponiet għal votazzjoni dawn it-talbiet.
Il-Parlement irrifjuta t-talba tal-Grupp Verts/ALE.