Christophe Hansen, Andrius Kubilius, Roxana Mînzatu u Henna Virkkunen inħatru bħala membri tal-Kummissjoni Ewropea b'effett li jiddekorri mid-data 1 ta' Diċembru 2024.
Il-Parlament ħa nota ta' dan u, bi qbil mal-Artikolu 7(1) tal-Att tal-20 ta' Settembru 1976 dwar l-elezzjoni tal-Membri tal-Parlament Ewropew b'suffraġju universali direttt u mal-Artikolu 4(1) u (4) tar-Regoli ta' Proċedura, ikkonstata l-vakanza tas-siġġijiet tagħhom b'effett li jiddekorri mid-data 1 ta' Diċembru 2024.
* * *
L-awtoritajiet kompetenti Finlandiżi kkomunikaw l-elezzjoni fil-Parlament Ewropew ta' Sirpa Pietikäinen minflok Henna Virkkunen, li tiddekorri mid-data 1 ta' Diċembru 2024.
L-awtoritajiet kompetenti Rumeni kkomunikaw l-elezzjoni fil-Parlament Ewropew ta' Andi Cristea minflok Roxana Mînzatu, li tiddekorri mid-data 2 ta' Diċembru 2024.
L-awtoritajiet kompetenti Lussemburgiżi kkomunikaw l-elezzjoni fil-Parlament Ewropew ta' Martine Kemp minflok Christophe Hansen, li tiddekorri mid-data 3 ta' Diċembru 2024.
L-awtoritajiet kompetenti Litwani kkomunikaw l-elezzjoni fil-Parlament Ewropew ta' Liudas Mažylis minflok Andrius Kubilius, li tiddekorri mid-data 5 ta' Diċembru 2024.
Il-Parlament ħa nota tal-elezzjoni tagħhom.
Bi qbil mal-Artikolu 3(2) tar-Regoli ta' Proċedura, sakemm il-kredenzjali tagħhom jkunu ġew ivverifikati jew tkun ingħatat deċiżjoni fuq kwalunkwe kontestazzjoni, Sirpa Pietikäinen, Andi Cristea, Martine Kemp u Liudas Mažylis jieħdu s-siġġu tagħhom fil-Parlament u fil-korpi tiegħu u jgawdu mid-drittijiet kollha marbuta ma' dan is-siġġu, bil-kundizzjoni li qabel ikunu għamlu d-dikjarazzjoni li huma ma għandhom ebda kariga inkompatibbli ma' dik ta' Membru tal-Parlament Ewropew.