Is-sessjoni li ġiet interrotta nhar il-Ħamis 19 ta' Diċembru 2024 tkompliet.
2.Ftuħ tas-seduta
Ħin tal-ftuħ tas-seduta: 17.02.
3.Dikjarazzjonijiet tal-President
Il-President laqgħet il-ftehim reċenti ta' waqfien mill-ġlied f'Gaża. Hija enfasizzat il-prijorità li jiġi żgurat li l-ftehim ikun sostenibbli sabiex jintlaħqu l-objettivi tiegħu. Dan se jgħin biex jitwaqqaf il-kunflitt, titwassal l-għajnuna u jinħelsu l-ostaġġi li fadal..
Hija rreferiet ukoll għall-inawgurazzjoni tas-sebgħa u erbgħin President tal-Istati Uniti Donald Trump illum f'Washington u bagħtet l-isbaħ xewqat tagħha lill-poplu Amerikan. Hija enfasizzat ukoll li r-rabta bejn l-Ewropa u l-Istati Uniti ilha għal għexieren ta' snin pedament tal-paċi, is-sigurtà u l-prosperità.
Imbagħad onorat il-memorja tal-maġistrati Taljani kontra l-mafja Rocco Chinnici u Paolo Borsellino fl-okkażjoni tal-mitt sena u tal-ħamsa u tmenin sena, rispettivament, mit-twelid tagħhom.
Fl-aħħar nett, tat ġieħ lill-memorja tal-President tal-Parlament David Sassoli fl-okkażjoni tat-tielet anniversarju mill-mewt tiegħu.
4.Approvazzjoni tal-Minuti tas-seduta preċedenti
Il-Minuti tas-seduta preċedenti ġew approvati.
5.Talbiet għat-tneħħija tal-immunità
L-awtoritajiet kompetenti Pollakki ressqu lill-President talba għat-tneħħija tal-immunità ta' Daniel Obajtek fl-ambitu ta' proċedimenti ġudizzjarji fil-Polonja.
L-awtoritajiet kompetenti Belġjani ressqu lill-President talba għat-tneħħija tal-immunità ta' Jaak Madison fl-ambitu ta' proċedimenti ġudizzjarji fil-Belġju.
Skont l-Artikolu 9(1) tar-Regoli ta' Proċedura, dawn it-talbiet ġew irriferuti lill-kumitat responsabbli, jiġifieri lill-Kumitat JURI.
6.Kompożizzjoni tal-gruppi politiċi
Taner Kabilov u Elena Yoncheva m'għadhomx membri tal-Grupp Renew u ħadu posthom mal-Membri mhux affiljati b'effett li jiddekorri mid-data 23 ta' Diċembru 2024.
7.Kompożizzjoni tal-kumitati u tad-delegazzjonijiet
Il-Gruppi PPE u S&D ikkomunikaw lill-President id-deċiżjonijiet li ġejjin li jimmodifikaw il-kompożizzjoni tal-kumitati u tad-delegazzjonijiet:
- Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali: Andi Cristea minflok Mihai Tudose
- Delegazzjoni għar-relazzjonijiet mal-Komunità Andina: Jessika Van Leeuwen minflok Martine Kemp
Dawn id-deċiżjonijiet jibda jkollhom effett mid-data tal-lum.
8.Negozjati qabel l-ewwel qari tal-Kunsill (Artikolu 73 tar-Regoli ta' Proċedura)
Il-kumitat responsabbli ddeċieda li jidħol f'negozjati interistituzzjonali f'konformità mal-Artikolu 73 tar-Regoli ta' Proċedura:
kumitat ENVI – Proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-prevenzjoni tat-telf tal-pellets tal-plastik biex jitnaqqas it-tniġġis mill-mikroplastik ( – C9-0378/2023 – ) – pożizzjoni fl-ewwel qari P9_TA(2024)0307
Din l-pożizzjoni tal-Parlament fl-ewwel qari kkostitwiet il-mandat għan-negozjati.
9.Talba għal konsultazzjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (Artikolu 145 tar-Regoli ta' Proċedura)
Il-President ħabbret li kienet irċeviet, f'konformità mal-Artikolu 151(2) tar-regoli ta' Proċedura, talba tal-Kumitat ECON biex il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew jiġi kkonsultat dwar l-aspetti marbuta mal-kummerċ tar-rapport ta' Draghi.
Din it-talba għal konsultazzjoni se titqies bħala approvata sakemm grupp politiku jew għadd ta' Membri li jilħqu tal-anqas il-limitu baxx ma jitolbux, fi żmien 24 siegħa mit-tħabbira, li jittieħed vot fuqha.
⁂
Interventi ta': João Oliveira u Fabio De Masi.
10.Ordni tal-ħidma
L-abbozz definittiv tal-aġenda tas-seduti plenarji tad-dati janvier I 2025 (PE 767.759/PDOJ) tqiegħed għad-dispożizzjoni tal-Membri skont l-Artikolu 163(3) tar-Regoli ta' Proċedura.
Proposti għal emendi għall-abbozz ta' aġenda finali skont l-Artikolu 164(1) tar-Regoli ta' Proċedura
-ħ
Talba tal-Grupp PfE biex tiddaħħal fl-aġenda tal-waranofsinhar, immedjatament wara d-dibattitu dwar l-attwalità, dikjarazzjoni tal-Kummissjoni bit-titolu "L-integrità tal-Kummissjoni Ewropea u l-problema tar-“revolving doors” – il-każ tal-ex-Kummissarju Thierry Breton".
Talba tal-Grupp Verts/ALE biex tiddaħħal it-tali dikjarazzjoni, bit-titolu “Il-każ ta' “revolving doors” tal-ex-Kummissarju Thierry Breton – l-applikazzjoni tar-regoli dwar l-integrità tal-Kummissjoni Ewropea”.
Talba tal-Grupp The Left biex tiddaħħal it-tali dikjarazzjoni, bit-titolu “Il-ġlieda kontra l-korruzzjoni u l-manipulazzjoni korporattiva fi ħdan l-istituzzjonijiet tal-UE: nindirizzaw il-problema tar-“revolving doors” – il-każ tal-ex-Kummissarju Thierry Breton".
Intervent ta':Jean-Paul Garraud, f'isem il-Grupp PfE, li ġġustifika t-talba tal-Grupp tiegħu.
Il-Parlament ċaħad it-talba tal-Grupp PfE.
Riżultati tal-votazzjonijiet iddettaljati
1
Il-Parlament ċaħad it-talba tal-Grupp Verts/ALE.
Riżultati tal-votazzjonijiet iddettaljati
2
Intervent ta': Manon Aubry f'isem il-Grupp The Left, li ġġustifikat it-talba tal-Grupp tiegħu.
Il-Parlament ċaħad it-talba tal-Grupp The Left.
Riżultati tal-votazzjonijiet iddettaljati
3
L-ordni tal-ħidma b'hekk ġie stabbilit.
(Ħin li fih ġiet sospiża s-seduta: 17.17.)
PRESIDENZA: Esteban GONZÁLEZ PONS Viċi President
11.Tkomplija tas-seduta
Ħin li fih tkompliet is-seduta: 17.20.
12.Waqfien mill-ġlied f’Gaża - il-ħtieġa urġenti li jinħelsu l-ostaġġi, li tintemm il-kriżi umanitarja f’Gaża u li titwitta t-triq għal soluzzjoni ta’ żewġ Stati (dibattitu)
Dikjarazzjonijiet tal-Parlament: Waqfien mill-ġlied f’Gaża - il-ħtieġa urġenti li jinħelsu l-ostaġġi, li tintemm il-kriżi umanitarja f’Gaża u li titwitta t-triq għal soluzzjoni ta’ żewġ Stati ()
Interventi ta': Antonio López-Istúriz White f'isem il-Grupp PPE, Yannis Maniatis f'isem il-Grupp S&D, Sebastiaan Stöteler f'isem il-Grupp PfE, Bert-Jan Ruissen f'isem il-Grupp ECR, Hilde Vautmans f'isem il-Grupp Renew, Villy Søvndal f'isem il-Grupp Verts/ALE, Lynn Boylan, f'isem il-Grupp The Left, Alexander Sell f'isem il-Grupp ESN, Michał Szczerba, Hana Jalloul Muro, António Tânger Corrêa, , li wkoll wieġeb il-mistoqsijiet "karta blu" ta' João Oliveira u Nicolae Ştefănuță, Veronika Vrecionová, Irena Joveva, Mounir Satouri, Rima Hassan, Grzegorz Braun, Hildegard Bentele, li wkoll wieġbet il-mistoqsijiet "karta blu" ta' Özlem Demirel u Abir Al-Sahlani, Evin Incir, Billy Kelleher, Tineke Strik, Rudi Kennes, Kostas Papadakis, Alice Teodorescu Måwe, li wkoll wieġbet mistoqsija "karta blu" ta' Jussi Saramo, Marta Temido, Sigrid Friis, Jaume Asens Llodrà, Isabel Serra Sánchez, Ruth Firmenich, Željana Zovko, Lucia Annunziata, Abir Al-Sahlani, Alice Kuhnke, Li Andersson, Nicolás Pascual de la Parte, Leire Pajín, Ana Miranda Paz, li wkoll wieġbet mistoqsija "karta blu" ta' João Oliveira, Özlem Demirel, Wouter Beke, Matjaž Nemec, Catarina Martins, Maria Walsh, li wkoll ma aċċettatx mistoqsija "karta blu" ta' Lynn Boylan, Chloé Ridel, Regina Doherty, li wkoll ma aċċettatx mistoqsija "karta blu" ta' Lynn Boylan,Thijs Reuten, Sebastião Bugalho, , li wkoll wieġeb mistoqsija "karta blu" ta' João Oliveira, u Aodhán Ó Ríordáin.
Interventi skont il-proċedura "catch the eye" ta': Maria Grapini, Alessandra Moretti, Catarina Vieira, Marc Botenga, Diana Iovanovici Şoşoacă u João Oliveira.
Id-dibattitu ngħalaq.
13.Rekord ta’ sħana fl-2024 - il-ħtieġa ta’ azzjoni klimatika biex jiġi miġġieled it-tisħin globali (dibattitu)
Dikjarazzjoni tal-Kummissjoni: Rekord ta’ sħana fl-2024 - il-ħtieġa ta’ azzjoni klimatika biex jiġi miġġieled it-tisħin globali ()
Glenn Micallef (membru tal-Kummissjoni) għamel id-dikjarazzjoni.
PRESIDENZA: Roberts ZĪLE Viċi President
Interventi ta': Peter Liese f'isem il-Grupp PPE, Mohammed Chahim f'isem il-Grupp S&D, Silvia Sardone f'isem il-Grupp PfE, Michele Picaro f'isem il-Grupp ECR, Pascal Canfin f'isem il-Grupp Renew, Sara Matthieu f'isem il-Grupp Verts/ALE, Giorgos Georgiou, f'isem il-Grupp The Left, Anja Arndt f'isem il-Grupp ESN, Lídia Pereira, li wkoll wieġbet il-mistoqsijiet "karta blu" ta' João Oliveira u Gerben-Jan Gerbrandy, Heléne Fritzon, Mathilde Androuët, Beatrice Timgren, li wkoll wieġbet il-mistoqsijiet "karta blu" ta' Benedetta Scuderi u Emma Wiesner, Gerben-Jan Gerbrandy, Pär Holmgren, Elena Kountoura, András Tivadar Kulja, Javi López, Roman Haider, Sergio Berlato, , li wkoll wieġeb mistoqsija "karta blu" ta' Benedetta Scuderi, Emma Wiesner, Benedetta Scuderi, li wkoll wieġbet mistoqsija "karta blu" ta' Arno Bausemer, Hildegard Bentele, Annalisa Corrado, Gilles Pennelle, Grégory Allione, Maria Ohisalo, Carmen Crespo Díaz, Chloé Ridel, André Rougé, Sigrid Friis, Sakis Arnaoutoglou, Tomasz Buczek, Katri Kulmuni, Thomas Bajada, Benoit Cassart, Niels Fuglsang u Romana Jerković.
Interventi skont il-proċedura "catch the eye" ta': Vytenis Povilas Andriukaitis, Jutta Paulus, Siegbert Frank Droese, Grzegorz Braun, Nicolás González Casares, Maria Zacharia u Diana Iovanovici Şoşoacă.
Intervent ta': Glenn Micallef.
PRESIDENZA: Christel SCHALDEMOSE Viċi President
Id-dibattitu ngħalaq.
14.Nenerġizzaw il-futur tal-Ewropa - navvanzaw l-industrija tal-fużjoni għall-indipendenza u l-innovazzjoni fl-enerġija (dibattitu)
Dikjarazzjoni tal-Kummissjoni: Nenerġizzaw il-futur tal-Ewropa - navvanzaw l-industrija tal-fużjoni għall-indipendenza u l-innovazzjoni fl-enerġija ()
Glenn Micallef (membru tal-Kummissjoni) għamel id-dikjarazzjoni.
Interventi ta': Hildegard Bentele f'isem il-Grupp PPE, Nicolás González Casares f'isem il-Grupp S&D, Julie Rechagneux f'isem il-Grupp PfE, Ondřej Krutílek f'isem il-Grupp ECR, Christophe Grudler f'isem il-Grupp Renew, Jutta Paulus f'isem il-Grupp Verts/ALE, Carola Rackete, f'isem il-Grupp The Left, Markus Buchheit f'isem il-Grupp ESN, Matej Tonin, Sofie Eriksson, li wkoll wieġbet mistoqsija "karta blu" ta' Beatrice Timgren, Barbara Bonte, Mariateresa Vivaldini, Katri Kulmuni, Mirosława Nykiel, Lina Gálvez, Tomasz Buczek, Kris Van Dijck, Andrea Wechsler, Elisabetta Gualmini, Mireia Borrás Pabón, Diego Solier, Susana Solís Pérez, Anne-Sophie Frigout, Stefano Cavedagna, Dariusz Joński, Nikola Bartůšek, Beatrice Timgren, li wkoll wieġbet mistoqsija "karta blu" ta' Sofie Eriksson, Pascal Arimont u André Rougé.
Interventi skont il-proċedura "catch the eye" ta': Andi Cristea u Diana Iovanovici Şoşoacă.
Intervent ta': Glenn Micallef.
Id-dibattitu ngħalaq.
15.Interventi ta' minuta dwar kwistjonijiet ta' importanza politika
Il-Membri li ġejjin, li xtaqu jiġbdu l-attenzjoni tal-Parlament għal kwistjonijiet ta' importanza politika, tkellmu għal minuta skont l-Artikolu 179 tar-Regoli ta' Proċedura:
Georgios Aftias, Costas Mavrides, Silvia Sardone, Diego Solier, Raquel García Hermida-Van Der Walle, Vicent Marzà Ibáñez, Leila Chaibi, Tomasz Froelich, Fidias Panayiotou, Elissavet Vozemberg-Vrionidi, Andi Cristea, Anne-Sophie Frigout, Beatrice Timgren, Helmut Brandstätter, Carola Rackete, Zala Tomašič, Gabriela Firea, Marie Dauchy, Ciaran Mullooly, Rudi Kennes, Andrey Novakov, Ştefan Muşoiu, Dimitris Tsiodras, Romana Jerković, Sofie Eriksson, Johan Danielsson u Juan Fernando López Aguilar.
16.L-aġenda tas-seduta li jmiss
Is-seduta li jmiss se ssir għada, 21 ta' Jannar 2025 u tibda fil-ħin 09.00. L-aġenda hija disponibbli fuq is-sit tal-internet tal-Parlament.
17.Approvazzjoni tal-minuti tas-seduta li għaddejja
Skont l-Artikolu 208(3) tar-Regoli ta' Proċedura, il-minuti tas-seduta li għaddejja se jitressqu għall-approvazzjoni tal-Parlament fil-bidu tal-parti ta' waranofsinhar tas-sessjoni parzjali li jmiss.
18.Għeluq tas-seduta
Ħin li fih ingħalqet is-seduta: 22.15.
Alessandro Chiocchetti
Antonella Sberna
Segretarju Ġenerali
Viċi President
LISTA TA' DOKUMENTI LI JIFFURMAW IL-BAŻI GĦAD-DIBATTITI U D-DEĊIŻJONIJIET TAL-PARLAMENT
I.Interpellanzi maġġuri(tressiq)
Tressqet l-interpellanza maġġuri li ġejja għal tweġiba bil-miktub u dibattitu (Artikolu 145 tar-Regoli ta' Proċedura):
- G-001002/2024 mressqa minn Charlie Weimers, Sebastian Tynkkynen, Kristoffer Storm, Jaak Madison, Carlo Fidanza, Adam Bielan, Alexandr Vondra, Patryk Jaki, Johan Van Overtveldt, Roberts Zīle, Emmanouil Fragkos, Georgiana Teodorescu, Geadis Geadi, Marion Maréchal, Ivaylo Valchev, Kosma Złotowski, Mariusz Kamiński, Maciej Wąsik, Dick Erixon, Joachim Stanisław Brudziński, Beatrice Timgren, Nicolas Bay, Jadwiga Wiśniewska, Ondřej Krutílek, Guillaume Peltier, Michał Dworczyk, Laurence Trochu, Şerban-Dimitrie Sturdza, Tobiasz Bocheński, Gheorghe Piperea, f'isem il-Grupp ECR, lill-Kummissjoni: Il-finanzjament mill-UE ta’ strutturi fiżiċi biex jipproteġu l-fruntieri bħal ħitan, reċinti jew ostakli oħra mal-fruntiera esterna (B10-0001/2025)
II.Tressiq ta' dokumenti
Tressqu d-dokumenti segwenti minn istituzzjonijiet oħra:
- Proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar deroga temporanja minn ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) 2017/2226 u r-Regolament (UE) 2016/399 fir-rigward ta’ bidu progressiv tal-operazzjonijiet tas-Sistema ta’ Dħul/Ħruġ ( - C10-0207/2024 - ) irriferut lill-kumitat responsabbli: LIBE
- Proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kooperazzjoni fost l-awtoritajiet tal-infurzar responsabbli għall-infurzar tad-Direttiva (UE) 2019/633 dwar prattiki kummerċjali inġusti fir-relazzjonijiet bejn in-negozji fil-katina tal-provvista agrikola u alimentari ( - C10-0208/2024 - ) F'konformità mal-Artikolu 151(1) tar-Regoli ta' Proċedura, il-President se tikkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar din il-proposta. irriferut lill-kumitat responsabbli: AGRI opinjoni: IMCO
- Proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1308/2013, (UE) 2021/2115 u (UE) 2021/2116 fir-rigward tat-tisħiħ tal-pożizzjoni tal-bdiewa fil-katina tal-provvista tal-ikel ( - C10-0209/2024 - ) F'konformità mal-Artikolu 151(1) tar-Regoli ta' Proċedura, il-President se tikkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar din il-proposta. irriferut lill-kumitat responsabbli: AGRI opinjoni: BUDG (Artikolu 58 tar-Regoli ta' Proċedura)