III.Miżuri ta' implimentazzjoni (Artikolu 115 tar-Regoli ta' Proċedura)
Abbozzi ta' miżuri ta' implimentazzjoni li jaqgħu taħt il-proċedura regolatorja bi skrutinju mibgħuta lill-Parlament
- Regolament tal-Kummissjoni li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 231/2012 fir-rigward tal-użu tal-glikosidi tal-istevjol prodotti permezz tal-fermentazzjoni bl-użu tal-Yarrowia lipolytica (D101884/02 - - skadenza: 14 ta' Marzu 2025) irriferut lill-kumitat responsabbli: ENVI
- Regolament tal-Kummissjoni li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-użu tal-karbossimetilċelluloża tas-sodju, gomma taċ-ċelluloża (E 466) u tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 231/2012 fir-rigward tal-ispeċifikazzjonijiet għaċ-ċelluloża (E 460), iċ-ċelluloża tal-metil (E 461), iċ-ċelluloża tal-etil (E 462), iċ-ċelluloża idrossipropilata (E 463), iċ-ċelluloża tal-metil idrossipropil (E 464), l-etilmetilċelluloża (E 465), il-karbossimetilċelluloża tas-sodju, gomma taċ-ċelluloża (E 466), il-karbossimetilċelluloża tas-sodju retikolata, gomma taċ-ċelluloża retikolata (E 468) u l-karbossimetilċelluloża idrolizzata b’mod enżimatiku (E 469) (D102103/02 - - skadenza: 14 ta' Marzu 2025) irriferut lill-kumitat responsabbli: ENVI
- Regolament tal-Kummissjoni li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1333/2008 fir-rigward tal-użu tal-mono- u d-digliċeridi tal-aċidi xaħmin (E 471) u tax-xama’ tal-karnawba (E 903) bħala aġenti tal-kisja tleqq fuq ċertu frott frisk u fuq il-manjoka, u tal-leċitini (E 322) u tal-aċidi xaħmin (E 570) bħala carriers fl-aġenti tal-kisja tleqq fuq il-manjoka (D102136/02 - - skadenza: 14 ta' Marzu 2025) irriferut lill-kumitat responsabbli: ENVI
- Regolament tal-Kummissjoni li jemenda l-Annessi II u IV tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-livelli massimi ta’ residwi għaċ-ċiklossidim, għad-diklorprop-P, għall-flupiradifuron, għall-metilnonilketon, għaż-żjut tal-pjanti/għaż-żejt taċ-ċitronella, għas-sorbat tal-potassju u għall-fosfonat tal-potassju f’ċerti prodotti jew fuqhom (D102305/02 - - skadenza: 9 ta' Marzu 2025) irriferut lill-kumitat responsabbli: ENVI