Il-President għamlet dikjarazzjoni fl-okkażjoni tat-tieni anniversarju tal-inċident ferrovjarju ta' Tempi, fil-Greċja, li ħalla 57 ruħ mejta u bosta midruba.
Għarrfet ukoll li fix-xhur li ġejjin se jiġu ċċelebrati l-35 sena mill-affermazzjoni tal-kontinwità statali tal-Estonja, tal-Latvja u tal-Litwanja.
Il-President ħabbret li l-Parlament għada se jilqa', fl-ambitu taċ-ċelebrazzjoni tal-Jum Internazzjonali tad-Drittijiet tan-Nisa, lill-mexxejja tal-forzi demokratiċi tal-Belarussja, Sviatlana Tsikhanouskaya, u lil tliet attivisti kuraġġużi oħra mill-Ukrajna u mill-Belarussja.
Barra minn hekk, fl-ambitu tal-Jum tas-Solidarjetà mal-Belarussja, il-President stiednet lill-Membri jiffirmaw, matul din is-sessjoni parzjali, kartolini indirizzati lill-priġunieri tar-reġim ta' Lukashenka.