L-abbozz definittiv tal-aġenda għas-seduti plenarji ta' ta' Marzu II 2019 (PE 637.634/PDOJ) tqassam u ġew proposti l-bidliet li ġejjin (Artikolu 149a tar-Regoli ta' Proċedura):
It-Tnejn
Talba tal-grupp ALDE biex jingħalaq id-dibattitu dwar mistoqsija għal tweġiba orali dwar "Is-sitwazzjoni tal-istat tad-dritt u l-ġlieda kontra l-korruzzjoni fl-UE, b'mod speċifiku f'Malta u fis-Slovakkja" (punt 117 tal-PDOJ) bit-tressiq ta' mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Kumitat LIBE, li se titressaq għall-votazzjoni l-Ħamis.
Interventi ta' Sophia in 't Veld f'isem il-Grupp ALDE, li ġġustifikat it-talba, Monika Smolková li ssuġġeriet li l-votazzjoni ssir fis-sessjoni parzjali li jmiss, Sophie in't Veld biex issostni t-talba tagħha, u Monika Smolková.
Mozzjonijiet għal riżoluzzjoni: it-Tlieta 26 ta' Marzu 2019, 12.00.
Emendi għall-mozzjonijiet għal riżoluzzjoni u l-mozzjonijiet għal riżoluzzjoni konġunta: tal-Erbgħa 27 ta' Marzu 2019, 12.00.
Emendi għall-mozzjonijiet għal riżoluzzjoni konġunta: tal-Erbgħa 27 ta' Marzu 2019, 13.00.
Talbiet għal votazzjonijiet separati u talbiet għal votazzjonijiet maqsuma: tal-Erbgħa 27 ta' Marzu 2019, 19.00.
It-Tlieta
Talba tal-Gruppi ENF u GUE/NGL biex ir-rapport ta' Hilde Vautmans dwar id-"Deċiżjoni li tistabbilixxi Faċilità Ewropea għall-Paċi" (A8-0157/2019), oriġinarjament maħsub għall-ħin tal-votazzjonijiet tat-Tlieta (punt 20 tal-PDOJ), isiru dibattitu u votazzjoni dwaru skont l-Artikolu 113(6) tar-Regoli ta' Proċedura.
Il-President ippropona li d-dibattitu jiddaħħal bħala l-aħħar punt tal-aġenda ta' nhar l-Erbgħa.
Il-Parlament approva l-proposta.
L-iskadenza għat-tressiq tal-emendi ġiet stabbilita għal nhar l-Erbgħa 27 ta' Marzu 2019, 13.00.
Talba tal-Grupp ENF biex jiddaħħlu, bħala t-tieni punt tal-aġenda ta' filgħodu, id-dikjarazzjonijiet tal-Kunsill u tal-Kummissjoni dwar is-Sentenza tal-Qorti Ġenerali li tħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1208 tat-23 ta' Diċembru 2015 dwar l-għajnuna mill-Istat li l-Italja implimentat favur il-Banca Tercas. Għaldaqstant, is-seduta tibda fit-8.30.
Intervent ta' Marco Zanni f'isem il-Grupp ENF, li ġġustifika t-talba.
Il-President ta indikazzjonijiet dwar il-possibbiltà ta' emendi għall-Pakkett tal-"Mobilità".
° ° ° °
Intervent ta': Bas Eickhout dwar l-inammissibbiltà ta' emenda, imressqa mill-Grupp S&D, dwar ir-rapport ta' Inés Ayala Sender dwar il-"Kwittanza 2017: Baġit Ġenerali tal-UE - Il-Kummissjoni u l-aġenziji eżekuttivi" (A8-0110/2019) (il-President ikkonferma l-inammissibbiltà ta' din l-emenda).
° ° ° °
Talba minn għadd ta' Membri li jilħqu l-limitu baxx u mill-Gruppi ECR u EFDD biex ineħħu mill-aġenda d-dibattitu u l-votazzjoni dwar id-disskussjoni komuni dwar l-għadd ta' miżuri dwar il-Pakkett “Mobilità”, li jinkludi tliet rapporti ta' Ismail Ertug, Merja Kyllönen u Wim van de Camp (punti 113, 114 u 115 tal-PDOJ).
Interventi ta' Andrey Novakov, li ġġustifika t-talba f'isem għadd ta' Membri li jilħqu l-limitu baxx, Kosma Złotowski, li ġġustifika t-talba f'isem il-Grupp ECR, u Ismail Ertug (rapporteur) kontra t-talba.
Interventi ta' Karima Delli u Antanas Guoga (il-President iċċara xi punti).
Talba tal-Grupp PPE biex fl-aġenda ta' wara nofsinhar tiddaħħal dikjarazzjoni tal-Kummissjoni dwar it-theddida għas-sigurtà mit-tixrid rapidu ta' kontenut terrorsitiku online.
Interventi ta' Roberta Metsola f'isem il-Grupp PPE, li ġġustifikat it-talba, u Daniel Dalton, kontra t-talba.