8.3.L-istabbiliment ta' Orizzont Ewropa – stabbiliment tar-regoli għall-parteċipazzjoni fih u t-tixrid tiegħu ***I (votazzjoni)
Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Orizzont Ewropa – il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni u li jistabbilixxi r-regoli għall-parteċipazzjoni fih u t-tixrid tiegħu [ - C8-0252/2018 - ] - Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija. Rapporteur: Dan Nica (A8-0401/2018)
L-ewwel dibattitu sar fid-data 11 ta' Diċembru 2018 (punt 23 tal-Minuti ta' 11.12.2018). Il-kwistjoni ġiet riferuta lura lill-kumitat responsabbli, għal negozjati interistituzzjonali, f'konformità mal-Artikolu 59(4) tar-Regoli ta' Proċedura fid-data 12 ta' Diċembru 2018 (punt 12.11 tal-Minuti ta' 12.12.2018).
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa) (Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 3)