Ϸվ

Ի徱ċ
ʰċԳپ
Li jmiss
Test sħiħ
Minuti
XML3k
It-Tnejn, 10 ta' Frar 2020-Strasburgu

5.Kompożizzjoni tal-Parlament

Wara l-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea fil-31 ta' Jannar 2020, f'konformità mal-ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea, intemmu fil-31 ta' Jannar 2020 il-mandati tal-Membri eletti fir-Renju Unit li ġejjin:

Scott Ainslie, Christian Allard, Heather Anderson, Martina Anderson, Catherine Bearder, Phil Bennion, Jane Brophy, David Bull, Jonathan Bullock, Judith Bunting, Ellie Chowns, Richard Corbett, Seb Dance, Martin Edward Daubney, Chris Davies, Belinda de Lucy, Dinesh Dhamija, Diane Dodds, Gina Dowding, Andrew England Kerr, Jill Evans, Nigel Farage, Lance Forman, Claire Fox, Barbara Ann Gibson, Nathan Gill, Neena Gill, James Alexander Glancy, Theresa Griffin, Ben Habib, Daniel Hannan, Lucy Elizabeth Harris, Michael Heaver, Antony Hook, Martin Horwood, John Howarth, Jackie Jones, Christina Sheila Jordan, Jude Kirton-Darling, Naomi Long, John Longworth, Rupert Lowe, Magid Magid, Anthea Mcintyre, Aileen Mcleod, Nosheena Mobarik, Shaffaq Mohammed, Brian Monteith, Claude Moraes, June Alison Mummery, Lucy Nethsingha, Bill Newton Dunn, Henrik Overgaard Nielsen, Rory Palmer, Matthew Patten, Alexandra Lesley Phillips, Alexandra Louise Rosenfield Phillips, Luisa Porritt, Jake Pugh, Annunziata Mary Rees-Mogg, Sheila Ritchie, Catherine Rowett, Robert Rowland, Molly Scott Cato, Louis Stedman-Bryce, John David Edward Tennant, Richard Tice, Geoffrey Van Orden, Caroline Voaden, Irina Von Wiese, Julie Ward, James Wells u Ann Widdecombe.

F'konformità mad-deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew tat-28 ta' Ġunju 2018 u wara l-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea fil-31 ta' Jannar 2020, l-awtoritajiet kompetenti ta' 13-il Stat Membru kkomunikaw l-elezzjoni fil-Parlament Ewropew tal-Membri li ġejjin b'effett mill-1 ta' Frar 2020:

Id-Danimarka: Linea Søgaard-Lidell;
L-Estonja: Riho Terras;
L-Irlanda: Barry Andrews, Deirdre Clune;
Spanja: Marcos Ros Sempere, Margarita de la Pisa Carrión, Gabriel Mato Adrover, Adrián Vázquez Lázara u Clara Ponsatí i Obiols;
Franza: Ilana Cicurel, Sandro Gozi, Claude Gruffat, Jean-Lin Lacapelle u Nora Mebarek;
Il-Kroazja: Romana Jerković;
L-Italja: Sergio Antonio Berlato, Salvatore De Meo u Vincenzo Sofo;
L-Awstrija: Thomas Waitz;
Il-Polonja: Dominik Tarczyński;
Ir-Rumanija: Victor Negrescu;
Is-Slovakkja: Miriam Lexmann;
Il-Finlandja: Alviina Alametsä;
L-Iżvezja: Jakop Dalunde.

Bi qbil mal-Artikolu 3(2) tar-Regoli ta' Proċedura, sakemm il-kredenzjali tagħhom ikunu vverifikati jew tkun ingħatat deċiżjoni fuq kwalunkwe kontestazzjoni, dawn il-Membri jieħdu posthom fil-Parlament u fil-korpi tiegħu u jgawdu mid-drittijiet kollha marbuta ma' din il-kariga, bil-kundizzjoni li qabel ikunu għamlu d-dikjarazzjoni li huma ma għandhom ebda kariga inkompatibbli ma' dik ta' Membru tal-Parlament Ewropew.

Aġġornata l-aħħar: 20 ta' Mejju 2020Avviż legali-Politika tal-privatezza