Ϸվ

Ի徱ċ
ʰċԳپ
Li jmiss
Test sħiħ
Minuti
XML7k
Il-Ħamis, 16 ta' April 2020-Brussell

9.Deċiżjoni biex jiġu ppreparati rapporti ta' inizjattiva

Deċiżjoni biex jiġu ppreparati rapporti ta' inizjattiva (Artikolu 47 tar-Regoli ta' Proċedura)

(B'segwitu għad-deċiżjoni tal-Konferenza tal-Presidenti tad-data 5 ta' Marzu 2020)

Kumitat ECON

- Finanzi Diġitali: riskji emerġenti relatati mal-kriptoassi - sfidi regolatorji u superviżorji fil-qasam tas-servizzi, l-istituzzjonijiet u s-swieq finanzjarji ()

Kumitati LIBE, FEMM

- Il-ġlieda kontra l-vjolenza abbażi tal-ġeneru: il-vjolenza ċibernetika ()

Deċiżjoni biex jiġu ppreparati rapporti ta' inizjattiva (Artikolu 54 tar-Regoli ta' Proċedura)

(B'segwitu għad-deċiżjoni tal-Konferenza tal-Presidenti tad-data 5 ta' Marzu 2020)

Kumitati AFET, DEVE, BUDG

- Rapport ta' implimentazzjoni dwar il-Fondi Fiduċjarji tal-UE u l-Faċilità għar-Rifuġjati fit-Turkija ()
(opinjoni: CONT, LIBE (Artikolu 57 tar-Regoli ta' Proċedura))

Kumitat DEVE

- L-impatti tat-tibdil fil-klima fuq il-popolazzjonijiet vulnerabbli fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw ()
(opinjoni: ENVI, LIBE, FEMM)

- Strateġija ġdida UE-Afrika - sħubija għal żvilupp sostenibbli u inklużiv ()
(opinjoni: AFET (Artikolu 57 tar-Regoli ta' Proċedura), INTA (Artikolu 57 tar-Regoli ta' Proċedura), AGRI, CULT, LIBE, FEMM)

Kumitat ECON

- Implimentazzjoni tar-rekwiżiti tal-UE għall-iskambju ta' informazzjoni dwar it-taxxa: progress, tagħlimiet meħuda u ostakli li jridu jingħelbu ()
(opinjoni: LIBE)

- It-tisħiħ tar-rwol internazzjonali tal-euro ()
(opinjoni: INTA)

- Żvilupp ulterjuri tal-Unjoni tas-Swieq Kapitali (CMU): titjib tal-aċċess għall-finanzjament fis-swieq kapitali, b'mod partikolari mill-SMEs, u żieda ulterjuri fil-parteċipazzjoni tal-investituri fil-livell tal-konsumatur ()

Kumitat ENVI

- Lejn mekkaniżmu tal-UE ta' aġġustament tal-karbonju fil-fruntiera kompatibbli mad-WTO ()
(opinjoni: INTA (Artikolu 57 tar-Regoli ta' Proċedura), ECON (Artikolu 57 tar-Regoli ta' Proċedura))

Kumitat LIBE

- Rapport ta' implimentazzjoni dwar l-Artikolu 43 tad-Direttiva 2013/32/UE dwar proċeduri komuni għall-għoti u l-irtirar tal-protezzjoni internazzjonali ()

Kumitat REGI

- Id-dimensjoni tal-ġeneru fil-politika ta' koeżjoni ()
(opinjoni: FEMM)

- Treġġigħ lura tax-xejriet demografiċi fir-reġjuni tal-UE li jużaw l-istrumenti tal-politika ta' koeżjoni ()
(opinjoni: EMPL, AGRI)

Kumitat TRAN

- L-istabbiliment ta' Strateġija tal-UE għal Turiżmu Sostenibbli ()
(opinjoni: AGRI, CULT)

Deċiżjoni biex jiġu ppreparati rapporti ta' inizjattiva (Artikolu 54, Artikolu 227(1) tar-Regoli ta' Proċedura)

(B'segwitu għad-deċiżjoni tal-Konferenza tal-Presidenti tad-data 5 ta' Marzu 2020)

Kumitat PETI

- Rapport imfassal skont l-Artikolu 227(7) dwar id-deliberazzjonijiet tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet matul l-2019 ()

Deċiżjoni biex jiġu ppreparati rapporti ta' inizjattiva (Artikolu 114 tar-Regoli ta' Proċedura)

(B'segwitu għad-deċiżjoni tal-Konferenza tal-Presidenti tad-data 5 ta' Marzu 2020)

Kumitat LIBE

- Rakkomandazzjoni għal deċiżjoni tal-Kunsill li tawtorizza l-ftuħ tan-negozjati għal ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u New Zealand dwar l-iskambju ta' data personali bejn l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi (Europol) u l-awtoritajiet kompetenti ta' New Zealand għall-ġlieda kontra l-kriminalità serja u t-terroriżmu ()

Aġġornata l-aħħar: 8 ta' April 2021Avviż legali-Politika tal-privatezza