—Protokoll dwar l-implimentazzjoni tal-Ftehim ta' sħubija fis-settur tas-sajd bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika ta' Cabo Verde (mill-2019 sal-2024) *** Rakkomandazzjoni dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Protokoll dwar l-implimentazzjoni tal-Ftehim ta' Sħubija fis-Settur tas-Sajd bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika ta' Cabo Verde (mill-2019 sal-2024) [08662/2019 - C9-0004/2019 - ] - Kumitat għas-Sajd. Rapporteur: Cláudia Monteiro de Aguiar (A9-0024/2020);
—Protokoll dwar l-implimentazzjoni tal-Ftehim ta' sħubija fis-settur tas-sajd bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika ta' Cabo Verde (mill-2019 sal-2024) (Riżoluzzjoni) Rapport li fih mozzjoni għal riżoluzzjoni mhux leġiżlattiva dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Protokoll dwar l-implimentazzjoni tal-Ftehim ta' Sħubija fis-Settur tas-Sajd bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika ta' Cape Verde (għall-2019 sal-2024) [] - Kumitat għas-Sajd. Rapporteur: Cláudia Monteiro de Aguiar (A9-0023/2020);
—Protokoll dwar l-implimentazzjoni tal-Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Guinea-Bissau (mill-2019 sal-2024) *** Rakkomandazzjoni dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Protokoll dwar l-implimentazzjoni tal-Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Guinea-Bissau (mill-2019 sal-2024) [08928/2019 - C9-0011/2019- ] - Kumitat għas-Sajd. Rapporteur: João Ferreira (A9-0012/2020);
—Protokoll dwar l-implimentazzjoni tal-Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Guinea-Bissau (mill-2019 sal-2024) (Riżoluzzjoni) Rapport li fih mozzjoni għal riżoluzzjoni mhux leġiżlattiva dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Protokoll dwar l-implimentazzjoni tal-Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Guinea-Bissau (mill-2019 sal-2024) [] - Kumitat għas-Sajd. Rapporteur: João Ferreira (A9-0013/2020).
—Protokoll dwar l-implimentazzjoni tal-Ftehim ta' Sħubija fis-Settur tas-Sajd bejn ir-Repubblika Demokratika ta' São Tomé u Príncipe u l-Komunità Ewropea *** Rakkomandazzjoni dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Protokoll dwar l-implimentazzjoni tal-Ftehim ta' Sħubija fis-Settur tas-Sajd bejn ir-Repubblika Demokratika ta' São Tomé u Príncipe u l-Komunità Ewropea [12199/2019 - C9-0001/2020 - ] - Kumitat għas-Sajd. Rapporteur: Nuno Melo (A9-0001/2020).
—Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-modifika tal-konċessjonijiet tad-WTO tal-Iżvizzera (Artikolu XXVIII tal-GATT 1994) dwar il-laħam imħawwar *** Rakkomandazzjoni dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera fil-kuntest ta' negozjati skont l-Artikolu XXVIII tal-GATT tal-1994 dwar il-modifika tal-konċessjonijiet tad-WTO lill-Iżvizzera fir-rigward ta' laħam imħawwar [12482/2019 - C9-0194/2019 - ] - Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali. Rapporteur: Jörgen Warborn (A9-0092/2020);
—Talba għal finanzjament għar-riċerka bijomedika dwar l-enċefalomijelite mijalġika Mozzjoni għal riżoluzzjoni, imressqa skont l-Artikolu 227(2), tar-Regoli ta' Proċedura, minn Dolors Montserrat, f'isem il-Kumitat PETI, dwar finanzjament addizzjonali għar-riċerka bijomedika dwar l-enċefalomijelite mijalġika () (B9-0186/2020);
—Mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni: assistenza teknika fuq l-inizjattiva tal-Kummissjoni Rapport dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (EGF/2020/000 TA 2020 - Assistenza teknika fuq l-inizjattiva tal-Kummissjoni) [ - C9-0112/2020 - ] - Kumitat għall-Baġits. Rapporteur: Victor Negrescu (A9-0109/2020);
—Mobilizzazzjoni tal-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea biex tingħata assistenza lill-Portugall, Spanja, l-Italja u l-Awstrija Proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea biex tingħata assistenza lill-Portugall, Spanja, l-Italja u l-Awstrija [ - C9-0127/2020- ] - Kumitat għall-Baġits. Rapporteur: José Manuel Fernandes (A9-0105/2020);
—Abbozz ta' baġit emendatorju nru 3/2020: Dħul tas-surplus tas-sena finanzjarja 2019 Rapport dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz ta' Baġit Emendatorju Nru 3 għall-Baġit Ġenerali 2020: Dħul tas-surplus tas-sena finanzjarja 2019 [07764/2020 - C9-0131/2020 - ] - Kumitat għall-Baġits. Rapporteur: Monika Hohlmeier (A9-0104/2020)
—Abbozz ta' baġit emendatorju Nru 4/2020: proposta biex jiġi mobilizzat il-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea biex tingħata assistenza lill-Portugall, lil Spanja, lill-Italja u lill-Awstrija Rapport dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 4 għall-baġit ġenerali 2020 li jakkumpanja l-proposta biex jiġi mobilizzat il-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea biex tingħata assistenza lill-Portugall, lil Spanja, lill-Italja u lill-Awstrija [08097/2020 - C9-0146/2020 - ] - Kumitat għall-Baġits. Rapporteur: Monika Hohlmeier (A9-0106/2020)
—Il-konklużjoni tal-Ftehim dwar l-Ispazju Komuni tal-Avjazzjoni bejn l-UE u r-Repubblika tal-Moldova *** Rakkomandazzjoni dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni, tal-Ftehim dwar l-Ispazju Komuni tal-Avjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Moldova [13800/2012 - C7-0365/2012- ] - Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu. Rapporteur: Roberts Zīle (A9-0084/2020)
—Emenda tal-Ftehim dwar l-Ispazju Komuni tal-Avjazzjoni bejn l-UE u l-Moldova (l-adeżjoni tal-Kroazja) *** Rakkomandazzjoni dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha, ta' Protokoll li jemenda l-Ftehim dwar l-Ispazju Komuni tal-Avjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha u r-Repubblika tal-Moldova biex titqies l-adeżjoni tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea [07048/2015 - C9-0195/2019 - ] - Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu. Rapporteur: Roberts Zīle (A9-0083/2020)
—Emenda tal-Ftehim Ewro-Mediterranju dwar is-Servizzi tal-Ajru UE-Marokk (adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija) *** Rakkomandazzjoni dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni ta' Protokoll li jemenda l-Ftehim Ewro-Mediterranju dwar is-Servizzi tal-Ajru bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa, u r-Renju tal-Marokk, min-naħa l-oħra, sabiex titqies l-adeżjoni għall-Unjoni Ewropea tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija [06198/2013 - C9-0006/2019 - ] - Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu. Rapporteur: Sven Schulze (A9-0005/2020);
—Konklużjoni tal-Ftehim Ewro-Mediterranju dwar l-Avjazzjoni bejn l-UE u l-Ġordan *** Rakkomandazzjoni dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kusill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim Ewro-Mediterranju għall-Avjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha minn naħa waħda u r-Renju Ħaxemita tal-Ġordan, min-naħa l-oħra [14209/2019 - C9-0193/2019- ] - Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu. Rapporteur: Andris Ameriks (A9-0086/2020);
—Konklużjoni tal-Ftehim bejn l-UE u ċ-Ċina dwar is-Sikurezza fl-Avjazzjoni Ċivili *** Rakkomandazzjoni dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim dwar is-sikurezza fl-avjazzjoni ċivili bejn l-Unjoni Ewropea u l-Gvern tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina [14185/2019 - C9-0191/2019- ] - Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu. Rapporteur: Tomasz Piotr Poręba (A9-0087/2020);
—Konklużjoni tal-Ftehim dwar Spazju Komuni għall-Avjazzjoni bejn l-UE u l-Ġeorġja *** Rakkomandazzjoni dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill u tar-rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea, li ltaqgħu fil-Kunsill dwar il-konklużjonijiet tal-Ftehim dwar Spazju Komuni għall-Avjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Membri tagħha u l-Ġeorġja [09556/2019 - C9-0013/2019 - ] - Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu. Rapporteur: Andris Ameriks (A9-0082/2020);
—Ftehim Ewro-Mediterranju dwar l-Avjazzjoni bejn l-UE u l-Iżrael *** Rakkomandazzjoni dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni, tal-Ftehim Ewro-Mediterranju dwar l-Avjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa, u l-gvern tal-Istat tal-Iżrael, min-naħa l-oħra [13521/2013 - C7-0382/2013 - ] - Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu. Rapporteur: Andor Deli (A9-0085/2020).
Il-Parlament ipproċeda bil-votazzjoni dwar l-emendi għal:
—Mozzjoni għal riżoluzzjoniB9-0170/2020: Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa;
—Proposta għal deċiżjoniB9-0190/2020: It-twaqqif ta' kumitat speċjali għall-indħil barrani fil-proċessi demokratiċi kollha fl-Unjoni Ewropea, inkluża d-diżinformazzjoni, ir-responsabbiltajiet, il-kompożizzjoni numerika u l-mandat tiegħu Proposta għal deċiżjoni, imressqa skont l-Artikolu 207, tar-Regoli ta' Proċedura, mill-Konferenza tal-Presidenti, dwar it-twaqqif ta' kumitat speċjali għall-indħil barrani fil-proċessi demokratiċi kollha fl-Unjoni Ewropea, inkluża d-diżinformazzjoni, ir-responsabbiltajiet, il-kompożizzjoni numerika u l-mandat tiegħu ();
—Proposta għal deċiżjoniB9-0189/2020: It-twaqqif ta' kumitat speċjali għall-intelliġenza artifiċjali f'era diġitali, ir-responsabbiltajiet, il-kompożizzjoni numerika u l-mandat tiegħu Proposta għal deċiżjoni, imressqa skont l-Artikolu 207, tar-Regoli ta' Proċedura, mill-Konferenza tal-Presidenti, dwar it-twaqqif ta' kumitat speċjali għall-intelliġenza artifiċjali f'era diġitali, ir-responsabbiltajiet, il-kompożizzjoni numerika u l-mandat tiegħu();
—Emenda tar-Regolamenti (UE) Nru 575/2013 u (UE) 2019/876 dwar l-aġġustamenti b'rispons għall-pandemija tal-COVID-19 ***I Rapport dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 575/2013 u (UE) 2019/876 fir-rigward tal-aġġustamenti, b’rispons għall-pandemija tal-COVID-19 [ - C9-0122/2020 - ] - Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji. Rapporteur: Jonás Fernández (A9-0113/2020).
Il-votazzjoni se tkun miftuħa sa 21.45.
Il-Parlament għadda għall-votazzjoni.
Ir-riżultati tal-votazzjonijiet se jitħabbru l-għada l-Ħamis 18 ta' Ġunju 2020 fid-9.00.