—Rakkomandazzjonijiet dwar in-negozjati għal sħubija ġdida mar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq Rapport dwar ir-rakkomandazzjoni dwar in-negozjati għal sħubija ġdida mar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq [] - Kumitat għall-Affarijiet Barranin - Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali. Rapporteurs: Kati Piri u Christophe Hansen (A9-0117/2020);
Il-Parlament se jgħaddi għall-vot dwar l-emendi tar-rapport A9-0022/2020:
—Politika tal-kompetizzjoni - rapport annwali 2019 Rapport dwar il-politika tal-kompetizzjoni - rapport annwali 2019 [] - Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji. Rapporteur: Stéphanie Yon-Courtin (A9-0022/2020).
Il-votazzjoni se tkun miftuħa sa 11.45.
Il-Parlament għadda għall-votazzjoni.
Ħin li fih tħabbru r-riżultati tal-votazzjoni: 14.15.