Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-iżgurar ta' kundizzjonijiet ekwi għat-trasport bl-ajru sostenibbli [ - C9-0332/2021 - ] - Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu. Rapporteur: Søren Gade (A9-0199/2022)
Søren Gade ppreżenta r-rapport.
Interventi ta': Nicolás González Casares (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat ENVI) u Jutta Paulus (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat ITRE).
Interventi ta': Cláudia Monteiro de Aguiar f'isem il-Grupp PPE, Erik Bergkvist f'isem il-Grupp S&D, Izaskun Bilbao Barandica f'isem il-Grupp Renew, Ciarán Cuffe f'isem il-Grupp Verts/ALE, Aurélia Beigneux f'isem il-Grupp ID, Kosma Złotowski f'isem il-Grupp ECR, Clare Daly, f'isem il-Grupp The Left, Andor Deli Membru mhux affiljat, Marian-Jean Marinescu, Petar Vitanov, Frédérique Ries u Bas Eickhout.
PRESIDENZA: Rainer WIELAND Viċi President
Interventi ta': Hildegard Bentele, Ismail Ertug, José Ramón Bauzá Díaz, li wieġeb ukoll għal mistoqsija "karta blu" ta' Jutta Paulus, Karima Delli, Vera Tax, Jan-Christoph Oetjen, Marianne Vind, Caroline Nagtegaal u Giuseppe Ferrandino.
Intervent skont il-proċedura "catch the eye" ta': Maria Grapini.