Ϸվ

Ի徱ċ
ʰċԳپ
Li jmiss
Test sħiħ
Minuti
XML19k
It-Tnejn, 12 ta' Diċembru 2022-Strasburgu

1.Dokumenti mressqa

Tressqu d-dokumenti segwenti:

1) minn istituzzjonijiet oħra

- Proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 6/2002 dwar id-disinji Komunitarji u li jħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2246/2002 ( - C9-0394/2022 - )

irriferut

responsabbli :

JURI

opinjoni :

ECON, IMCO

- Proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-protezzjoni legali tad-disinji (riformulazzjoni) ( - C9-0395/2022 - )
F'konformità mal-Artikolu 145(1) tar-Regoli ta' Proċedura, il-President se tikkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar din il-proposta.

irriferut

responsabbli :

JURI

opinjoni :

ECON, IMCO, JURI (Artikolu 110 tar-Regoli ta' Proċedura)

- Proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tikkettar tal-ikel organiku għall-annimali domestiċi ( - C9-0396/2022 - )
F'konformità mal-Artikolu 145(1) tar-Regoli ta' Proċedura, il-President se tikkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar din il-proposta.

irriferut

responsabbli :

AGRI

opinjoni :

ENVI

- Proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar id-definizzjoni ta' reati kriminali u ta' pieni għall-ksur ta' miżuri restrittivi tal-Unjoni ( - C9-0401/2022 - )

irriferut

responsabbli :

LIBE

opinjoni :

ECON, JURI

- Deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea, tal-Protokoll li jemenda l-Ftehim ta' Marrakesh li jistabbilixxi l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ, fir-rigward tal-Ftehim dwar is-sussidji għas-sajd (14557/2022 - C9-0404/2022 - )

irriferut

responsabbli :

INTA

opinjoni :

DEVE, PECH

- Emendi proposti għall-Protokoll Nru 3 dwar l-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (07307/2022 - C9-0405/2022 – )
F'konformità mal-Artikolu 281 tat-Trattat, il-President se tikkonsulta lill-Kummissjoni Ewropea dwar din il-proposta.

irriferut

responsabbli :

JURI

opinjoni :

AFCO

2) mill-kumitati parlamentari

- Rapport dwar viżjoni fit-tul għaż-Żoni Rurali tal-UE – Lejn żoni rurali aktar b'saħħithom, konnessi, reżiljenti u prosperi sal-2040 () - Kumitat AGRI - Rapporteur: Isabel Carvalhais (A9-0269/2022)

- Rapport dwar ir-riżultat tad-deliberazzjonijiet tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet matul is-sena 2021 () - Kumitat PETI - Rapporteur: Loránt Vincze (A9-0271/2022)

- Rapport dwar l-implimentazzjoni tal-ftehim ta' assoċjazzjoni tal-UE mal-Georgia () - Kumitat AFET - Rapporteur: Sven Mikser (A9-0274/2022)

- * Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 389/2012 fir-rigward tal-iskambju ta' informazzjoni miżmuma fir-reġistri elettroniċi dwar l-operaturi ekonomiċi li jmexxu l-oġġetti soġġetti għas-sisa bejn l-Istati Membri għal finijiet kummerċjali ( - C9-0367/2022 - ) - Kumitat ECON - Rapporteur: Irene Tinagli (A9-0276/2022)

- Rapport dwar l-implimentazzjoni tal-Aġenda Ewropea Ġdida għall-Kultura u l-Istrateġija tal-UE għar-Relazzjonijiet Kulturali Internazzjonali () - Kumitat CULT - Rapporteur: Salima Yenbou (A9-0279/2022)

- Rapport dwar it-titjib tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali 2021-2027: baġit tal-UE reżiljenti u adegwat għal sfidi ġodda () - Kumitat BUDG - Rapporteurs: Jan Olbrycht, Margarida Marques (A9-0281/2022)

- Abbozz ta' rapport dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea biex tingħata assistenza lill-Ġermanja, il-Belġju, in-Netherlands, l-Awstrija, il-Lussemburgu, Spanja u l-Greċja wara diżastri naturali li seħħew f'dawn il-pajjiżi matul l-2021 ( - C9-0350/2022 - ) - Kumitat BUDG - Rapporteur: Henrike Hahn (A9-0282/2022)

- ***I Rapport dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva (UE) 2018/2001 dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli, id-Direttiva 2010/31/UE dwar ir-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija u d-Direttiva 2012/27/UE dwar l-effiċjenza enerġetika ( - C9-0184/2022 - ) - Kumitat ITRE - Rapporteur: Markus Pieper (A9-0283/2022)

- Rapport Lejn drittijiet ugwali għall-persuni b'diżabilità () - Kumitat LIBE - Rapporteur: Anne-Sophie Pelletier (A9-0284/2022)

- * Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 93, 107 u 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għal ċerti kategoriji ta' għajnuna mill-Istat fis-settur tat-trasport bil-ferrovija, fl-ilmijiet navigabbli interni u multimodali ( - C9-0290/2022 - ) - Kumitat ECON - Rapporteur: Eva Maria Poptcheva (A9-0285/2022)

- ***I Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tħassir tar-Regolament (KEE) Nru 1108/70 tal-Kunsill li jintroduċi sistema ta' kontabbiltà dwar l-infiq fuq l-infrastruttura fir-rigward tat-trasport bil-ferrovija, bit-triq u bil-passaġġi fuq l-ilma interni, u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 851/2006 li jispeċifika l-entrati li għandhom jiġu inklużi taħt id-diversi intestaturi fil-formoli tal-kontijiet murija fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1108/70 ( - C9-0294/2022 - ) - Kumitat TRAN - Rapporteur: Roman Haider (A9-0286/2022)

- ***I Rapport dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 89/629/KEE ( - C9-0310/2022 - ) - Kumitat TRAN - Rapporteur: Karima Delli (A9-0287/2022)

Aġġornata l-aħħar: 23 ta' Marzu 2023Avviż legali-Politika tal-privatezza