Rapport dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2000/60/KE li tistabbilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika tal-ilma, id-Direttiva 2006/118/KE dwar il-protezzjoni tal-ilma ta’ taħt l-art kontra t-tniġġis u d-deterjorament u d-Direttiva 2008/105/KE dwar standards ta’ kwalità ambjentali fil-qasam tal-politika tal-ilma [ - C9-0361/2022 - ] - Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel. Rapporteur: Milan Brglez (A9-0238/2023)
Interventi ta': Martin Häusling (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat AGRI), Pernille Weiss f'isem il-Grupp PPE, Heléne Fritzon f'isem il-Grupp S&D, Róża Thun und Hohenstein f'isem il-Grupp Renew, Pirkko Ruohonen-Lerner f'isem il-Grupp ECR, Rosanna Conte f'isem il-Grupp ID, Marina Mesure f'isem il-Grupp The Left, Ljudmila Novak, Günther Sidl, Ulrike Müller, Aurélia Beigneux, Catherine Chabaud u Lina Gálvez Muñoz (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat ITRE).
Interventi skont il-proċedura "catch the eye" ta': Mick Wallace, Clare Daly u Ana Miranda.
Interventi ta': Virginijus Sinkevičius u Milan Brglez.