TITOLU V:RELAZZJONIJIET MA’ ISTITUZZJONIJIET U KORPI OĦRA U RESPONSABBILTÀ POLITIKA
KAPITOLU 3:SEDUTI TA’ SMIGĦ TA’ SKRUTINJU SPEĊJALI U MISTOQSIJIET PARLAMENTARI
Artikolu 146:Mistoqsijiet għal tweġiba bil-miktub lill-Bank Ċentrali Ewropew
1.Kwalunkwe Membru jista' jagħmel sa mhux aktar minn sitt mistoqsijiet fix-xahar għal tweġiba bil-miktub lill-Bank Ċentrali Ewropew b'konformità ma' kriterji stipulati f'anness għal dawn ir-Regoli ta' Proċedura
(1). L-interpellanti għandhom ikunu esklużivament responsabbli għall-kontenut tal-mistoqsijiet.
2.Tali mistoqsijiet għandhom jiġu ppreżentati bil-miktub lill-president tal-kumitat responsabbli. Meta jirċievi tali mistoqsijiet, il-president tal-kumitat responsabbli għandu jinnotifikahom lill-Bank Ċentrali Ewropew. Kwistjonijiet dwar l-ammissibbiltà ta' mistoqsija għandhom jiġu deċiżi mill-president tal-kumitat responsabbli. Id-deċiżjoni tal-president għandha tkun innotifikata lill-interpellant.
3.Tali mistoqsijiet u t-tweġibiet għalihom, għandhom jiġu ppubblikati fuq il-websajt tal-Parlament.
4.Jekk mistoqsija għal tweġiba bil-miktub ma tkunx ingħatat tweġiba fi żmien sitt ġimgħat, tista' tiġi inkluża, fuq talba tal-interpellant, fl-aġenda tal-ewwel laqgħa li l-kumitat responsabbli jkollu mal-President tal-Bank Ċentrali Ewropew.