Ϸվ

ʰċԳپ
Li jmiss
Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew
L-għaxar leġiżlatura-Jannar 2025
EPUB159kPDF854k
KONTENUT
NOTA LILL-QARREJ
KOMPENDJU TAL-ATTI LEGALI EWLENIN RELATATI MARREGOLI TA' PROĊEDURA

TITOLU I:MEMBRI, KORPI TAL-PARLAMENT U GRUPPI POLITIĊI
KAPITOLU 3:KORPI U DMIRIJIET

Artikolu 30:Konferenza tal-Presidenti tad-Delegazzjonijiet

1.Il-Konferenza tal-Presidenti tad-Delegazzjonijiet għandha tkun magħmula mill-presidenti tad-delegazzjonijiet interparlamentari permanenti kollha. Hija għandha teleġġi l-president tagħha.

2.Fl-assenza tal-president, il-laqgħa tal-Konferenza għandha tiġi ppreseduta mill-Membru preżenti li jkun l-akbar fl-età.

3.Il-Konferenza tal-Presidenti tad-Delegazzjonijiet tista' tagħmel rakkomandazzjonijiet lill-Konferenza tal-Presidenti dwar ix-xogħol tad-delegazzjonijiet.

4.Il-Bureau u l-Konferenza tal-Presidenti jistgħu jagħtu struzzjonijiet lill-Konferenza tal-Presidenti tad-Delegazzjonijiet sabiex twettaq kompiti speċifiċi.

Aġġornata l-aħħar: 10 ta' Jannar 2025Avviż legali-Politika tal-privatezza