Artikolu 245:Tfixkil tal-bilanċ politiku fil-Parlament
1.Il-President jista', bl-approvazzjoni tal-Konferenza tal-Presidenti, jadotta l-miżuri meħtieġa sabiex jiffaċilita l-parteċipazzjoni tal-Membri jew ta' grupp politiku konċernat jekk, abbażi ta' evidenza affidabbli, il-President jasal għall-konklużjoni li l-bilanċ politiku fil-Parlament ikun serjament kompromess minħabba li għadd sinifikanti ta' Membri jew grupp politiku ma jkunux jistgħu jieħdu sehem fil-proċedimenti tal-Parlament skont il-proċeduri normali tiegħu, kif stabbiliti band'oħra f'dawn ir-Regoli, minħabba raġunijiet ta' sigurtà jew ta' sikurezza, jew b'riżultat tan-nuqqas ta' disponibbiltà ta' mezzi tekniċi.
L-għan uniku ta' tali miżuri għandu jkun li jippermetti l-parteċipazzjoni remota tal-Membri kkonċernati bl-applikazzjoni ta' mezzi tekniċi magħżula skont l-Artikolu 246(1) jew b'mezzi xierqa oħra li jservu l-istess għan.
2.Jistgħu jiġu adottati miżuri skont il-paragrafu 1 għall-benefiċċju ta' għadd sinifikanti ta' Membri jekk xi ċirkostanzi eċċezzjonali u mhux prevedibbli lil hinn mill-kontroll tagħhom li jseħħu f'kuntest reġjonali ma jħalluhomx jipparteċipaw.
Il-miżuri skont il-paragrafu 1 jistgħu jiġu adottati wkoll għall-benefiċċju tal-membri ta' grupp politiku jekk dak il-grupp ikun talabhom meta n-nuqqas ta' parteċipazzjoni ta' dak il-grupp jirriżulta minn ċirkostanzi eċċezzjonali u imprevedibbli lil hinn mill-kontroll ta' dak il-grupp.
3.L-Artikolu 244(2), it-tieni u t-tielet subparagrafi, u r-regoli u l-prinċipji stipulati fl-Artikolu 244(4) u (5) għandhom japplikaw skont dan.