Ϸվ

ʰċԳپ
Li jmiss
Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew
Id-disà leġislatura-Novembru 2023
EPUB155kPDF814k
KONTENUT
NOTA LILL-QARREJ
KOMPENDJU TAL-ATTI LEGALI EWLENIN RELATATI MARREGOLI TA' PROĊEDURA
Il-verżjoni li se tidħol fis-seħħ fis-16 ta' Lulju 2024PDF

ANNESS VI : SETGĦAT U RESPONSABBILTAJIET TAL-KUMITATI PERMANENTI(1)
II.Kumitat għall-Iżvilupp

Kumitat responsabbli:

1.għall-promozzjoni, l-implimentazzjoni u l-monitoraġġ tal-politika tal-iżvilupp u l-koperazzjoni tal-Unjoni, b'mod partikulari:

(a)id-djalogu politiku mal-pajjiżi li qed jiżviluppaw, fuq livell bilaterali u f’organizzazzjonijiet internazzjonali u fora interparlamentari rilevanti,
(b)l-għajnuna għal pajjiżi li qed jiżviluppaw u l-ftehimiet ta' kooperazzjoni ma' tali pajjiżi, b'mod partikolari superviżjoni ta' ffinanzjar effettiv ta' għajnuna u evalwazzjoni tal-prestazzjoni, inkluż fir-rigward tal-qerda tal-faqar,
(c)monitoraġġ tar-relazzjoni bejn il-politika tal-Istati Membri u dik implimentata fil-livell tal-Unjoni,
(d)il-promozzjoni tal-valuri demokratiċi, ta' tmexxija t-tajba u tad-drittijiet tal-bniedem fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw,
(e)l-implimentazzjoni, il-monitoraġġ u l-progress fil-koerenza politika fir-rigward tal-politika għall-iżvilupp;

2.għal kull leġiżlazzjoni, programmar u skrutinju ta' azzjonijiet imwettqa taħt l-Istrument ta' Finanzjament tal-Kooperazzjoni għall-Iżvilupp (DCI), il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp (FEŻ) b'kooperazzjoni mill-qrib mal-parlamenti nazzjonali u l-Istrument ta' Għajnuna Umanitarja, kif ukoll għall-kwistjonijiet kollha relatati ma' għajnuna umanitarja fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw u l-politika li fuqha jkunu msejsin;

3.għall-kwistjonijiet li għandhom x'jaqsmu mal-Ftehim ta' Sħubija AKP-UE u għar-relazzjonijiet mal-entitajiet rilevanti;

4.għall-kwistjonijiet relatati mal-pajjiżi u territorji extra-Ewropej;

5.għall-involviment tal-Parlament fil-missjonijiet ta' osservazzjoni ta' elezzjonijiet, fejn hu xieraq b'koperazzjoni ma' kumitati u delegazzjonijiet oħra rilevanti.

Il-kumitat jikkoordina x-xogħol tad-delegazzjonijiet interparlamentari u tad-delegazzjonijiet ad hoc li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tiegħu.

(1)Adottat permezz ta' deċiżjoni tal-Parlament tal-15 ta’ Jannar 2014.
Aġġornata l-aħħar: 24 ta' Ottubru 2023Avviż legali-Politika tal-privatezza