Ϸվ

ʰċԳپ
Li jmiss
Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew
Id-disà leġislatura-Novembru 2023
EPUB155kPDF814k
KONTENUT
NOTA LILL-QARREJ
KOMPENDJU TAL-ATTI LEGALI EWLENIN RELATATI MARREGOLI TA' PROĊEDURA
Il-verżjoni li se tidħol fis-seħħ fis-16 ta' Lulju 2024PDF

TITOLU I:MEMBRI, KORPI TAL-PARLAMENT U GRUPPI POLITIĊI
KAPITOLU 3:KORPI U DMIRIJIET

Artikolu 29:Konferenza tal-Presidenti tal-Kumitati

1.Il-Konferenza tal-Presidenti tal-Kumitati għandha tkun magħmula mill-presidenti tal-kumitati permanenti jew temporanji kollha. Hija għandha teleġġi l-president tagħha.

2.Fl-assenza tal-president, il-laqgħa tal-Konferenza għandha tiġi ppreseduta mill-Membru preżenti li jkun l-akbar fl-età.

3.Il-Konferenza tal-Presidenti tal-Kumitati tista' tagħmel rakkomandazzjonijiet lill-Konferenza tal-Presidenti dwar ix-xogħol tal-kumitati u dwar il-preparazzjoni tal-abbozz tal-aġenda tas-sessjonijiet parzjali.

4.Il-Bureau u l-Konferenza tal-Presidenti jistgħu jagħtu struzzjonijiet lill-Konferenza tal-Presidenti tal-Kumitati sabiex twettaq doveri speċifiċi.

Aġġornata l-aħħar: 24 ta' Ottubru 2023Avviż legali-Politika tal-privatezza