Ϸվ

ʰċԳپ
Li jmiss
Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew
Id-disà leġislatura-Novembru 2023
EPUB155kPDF814k
KONTENUT
NOTA LILL-QARREJ
KOMPENDJU TAL-ATTI LEGALI EWLENIN RELATATI MARREGOLI TA' PROĊEDURA
Il-verżjoni li se tidħol fis-seħħ fis-16 ta' Lulju 2024PDF

TITOLU II:PROĊEDURI LEĠIŻLATTIVI, TAL-BAĠIT, TAL-KWITTANZA U OĦRAJN
KAPITOLU 1:PROĊEDURI LEĠIŻLATTIVI - DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 42:Verifika ta' kompatibbiltà finanzjarja

1.Fejn proposta għal att legalment vinkolanti jkollha implikazzjonijet finanzjarji, il-Parlament għandu jistabbilixxi jekk ikunux ipprovduti riżorsi finanzjarji biżżejjed.

2.Il-kumitat responsabbli għas-suġġett għandu jivverifika li kull proposta għal att legalment vinkolanti tkun kompatibbli mil-lat finanzjarju mar-regolament tal-qafas finanzjarju pluriennali.

3.Meta l-kumitat responsabbli għas-suġġett jemenda l-allokazzjoni finanzjarja tal-att li qed jeżamina, għandu jitlob il-fehma tal-kumitat responsabbli għall-affarijiet tal-baġit.

4.Barra minn dan, il-kumitat responsabbli għall-affarijiet tal-baġit jista', fuq inizjattiva tiegħu stess, jittratta mistoqsijiet dwar il-kompatibbiltà finanzjarja tal-proposti għal atti legalment vinkolanti. F' tali każijiet, għandu jgħarraf kif jistħoqq lill-kumitat responsabbli għas-suġġett.

5.Jekk il-kumitat responsabbli għall-affarijiet tal-baġit jiddeċiedi li jikkontesta il-kompatibbiltà finanzjarja tal-proposta, għandu jirraporta l-konklużjonijiet tiegħu lill-Parlament qabel ma l-Parlament jivvota fuq il-proposta.

Aġġornata l-aħħar: 24 ta' Ottubru 2023Avviż legali-Politika tal-privatezza