Il-verżjoni li se tidħol fis-seħħ fis-16 ta' Lulju 2024
TITOLU V:RELAZZJONIJIET MA’ ISTITUZZJONIJIET U KORPI OĦRA
KAPITOLU 7:FTEHIM INTERISTITUZZJONALI
Artikolu 148:Ftehim interistituzzjonali
1.Il-Parlament jista' jidħol fi ftehim ma' istituzzjonijiet oħra fil-kuntest tal-applikazzjoni tat-Trattati jew sabiex itejjeb jew jikkjarifika proċeduri.
Ftehim ta' dan it-tip jista’ jieħu l-forma ta' dikjarazzjonijiet konġunti, skambju ta' ittri jew kodiċijiet ta' kondotta jew strumenti oħra xierqa. Dawn għandhom jiġu ffirmati mill-President wara li jiġu eżaminati mill-kumitat responsabbli għall-affarijiet kostituzzjonali u wara li jkunu approvati mill-Parlament.
2.Meta ftehim ta' dan it-tip iġib miegħu bdil fi drittijiet jew obligazzjonijiet proċedurali eżistenti jew jistabbilixxi drittijiet jew obligazzjonijiet proċedurali ġodda għall-Membri jew għall-korpi tal-Parlament, jew b'xi mod ieħor iġib miegħu bdil jew interpretazzjoni tar-Regoli ta' Proċedura, il-kwistjoni għandha tiġi riferuta lill-kumitat responsabbli biex tiġi eżaminata skont l-Artikolu 236(2) sa (6) qabel ma jkun iffirmat l-ftehim.