Ϸվ

ʰċԳپ
Li jmiss
Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew
Id-disà leġislatura-Novembru 2023
EPUB155kPDF814k
KONTENUT
NOTA LILL-QARREJ
KOMPENDJU TAL-ATTI LEGALI EWLENIN RELATATI MARREGOLI TA' PROĊEDURA
Il-verżjoni li se tidħol fis-seħħ fis-16 ta' Lulju 2024PDF

TITOLU VII:SESSJONIJIET
KAPITOLU 3:REGOLI ĠENERALI DWAR IT-TMEXXIJA TAS-SEDUTI

Artikolu 168:Arranġament tranżitorju

1.Matul perjodu tranżitorju li jibqa' jgħodd sa tmiem id-disgħa leġiżlatura parlamentari (1), derogi mill-Artikolu 167 għandhom jiġu permessi jekk u sal-punt li ma jkunux disponibbli interpreti jew tradutturi f'numru biżżejjed minkejja miżuri xierqa, f'xi lingwa uffiċjali.

2.Il-Bureau għandu jiddetermina, fuq proposta tas-Segretarju Ġenerali u bil-kunsiderazzjoni dovuta tal-arranġamenti msemmija fil-paragrafu 3, fir-rigward ta’ kull lingwa uffiċjali kkonċernata, jekk l-kundizzjonijiet msemmija fil-paragrafu 1 humiex sodisfatti. Il-Bureau għandu, abbażi ta' rapport tas-Segretarju Ġenerali dwar il-progress li jkun sar, jeżamina d-deċiżjoni tiegħu li jippermetti deroga kull sitt xhur. Il-Bureau jadotta r-regoli ta’ implementazzjoni meħtieġa.

3.Għandhom japplikaw l-arranġamenti tranżitorji speċjali adottati mill-Kunsill rigward t-tfassil ta’ atti legali.

4.Il-Parlament jista' jiddeċiedi fi kwalunkwe ħin, abbażi ta’ rakkomandazzjoni motivati mill-Bureau, li jħassar dan l-artikolu kmieni, jew meta jiskadi l-perjodu stipulat fil-paragrafu 1, li jestendih.

(1) Estiż b'deċiżjoni tal-Parlament tat-12 ta' Marzu 2019.
Aġġornata l-aħħar: 24 ta' Ottubru 2023Avviż legali-Politika tal-privatezza