Il-verżjoni li se tidħol fis-seħħ fis-16 ta' Lulju 2024
TITOLU VII:SESSJONIJIET
KAPITOLU 3:REGOLI ĠENERALI DWAR IT-TMEXXIJA TAS-SEDUTI
Artikolu 170:Proċessar elettroniku ta' dokumenti
Id-dokumenti tal-Parlament jistgħu jiġu ppreparati, iffirmati u mqassmin f'forma elettronika. Il-Bureau għandu jiddeċiedi dwar l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi u dwar il-preżentazzjoni tal-forma elettronika.