Ϸվ

Ի徱ċ
Test sħiħ
Testi adottati
PDF121kWORD43k
Il-Ħamis, 18 ta' Lulju 2024-Strasburgu
Elezzjoni tal-President tal-Kummissjoni
P10_TA(2024)0004

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-18 ta’ Lulju 2024 dwar l-Elezzjoni tal-President tal-Kummissjoni ()

Il-Parlament Ewropew,

–wara li kkunsidra l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 17(7) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea,

–wara li kkunsidra l-Artikolu 106a tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika,

–wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Nru 11 annessa għall-Att Finali tal-Konferenza Intergovernattiva li adotta t-Trattat ta' Lisbona,

–wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew (UE) 2024/1862 tas-27 ta’ Ġunju 2024(1), li tipproponi lil Ursula von der Leyen bħala kandidata għal President tal-Kummissjoni,

–wara li kkunsidra l-istqarrija ta’ Ursula von der Leyen u l-preżentazzjoni tal-linji gwida politiċi tagħha fis-seduta plenarja fit-18 ta' Lulju 2024,

–wara li kkunsidra l-Artikolu 128 tar-Regoli ta' Proċedura,

1.Jeleġġi lil Ursula von der Leyen bħala l-President tal-Kummissjoni għall-mandat tat-tmexxija mill-1 ta' Novembru 2024 sal-31 ta' Ottubru 2029;

2.Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex titlob lill-Kunsill u lil Ursula von der Leyen biex jipproponu bi ftehim komuni l-persuni nominati għal ħatra bħala membri tal-Kummissjoni;

3.Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din id-deċiżjoni lill-Kunsill Ewropew u lill-Kunsill u lill-President elett tal-Kummissjoni.

(1) ĠU L, 2024/1862, 1.7.2024, ELI:http://data.europa.eu/eli/dec/2024/1862/oj.

Aġġornata l-aħħar: 2 ta' Ottubru 2024Avviż legali-Politika tal-privatezza