Ϸվ

Ի徱ċ
ʰċԳپ
Li jmiss
Test sħiħ
Proċedura :
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A10-0015/2024

Testi mressqa :

A10-0015/2024

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV27/11/2024-5.2
CRE27/11/2024-5.2

Testi adottati :

P10_TA(2024)0047

Testi adottati
PDF129kWORD44k
L-Erbgħa, 27 ta' Novembru 2024-Strasburgu
Emenda tar-Regolament (UE) 2018/1806 fir-rigward ta’ Vanuatu
P10_TA(2024)0047A10-0015/2024
龱żDZܳDzԾ
Test

龱żDZܳDzԾ leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' Novembru 2024 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) 2018/1806 fir-rigward ta’ Vanuatu ( – C10-0008/2024 – )

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (),

–wara li kkunsidra l-Artikolu294(2) u l-Artikolu 77(2), il-punt(a), tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C10‑0008/2024),

–wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–wara li kkunsidra l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tat-13 ta’ Novembru 2024, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament, skont l-Artikolu294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–wara li kkunsidra l-Artikolu 60 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

–wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A10-0015/2024),

1.Jadotta l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.Jitlob lill-Kummissjoni terġa’ tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b’mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b’mod sustanzjali;

3.Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.


Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari tas-27 ta' Novembru 2024 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2024/... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) 2018/1806 fir-rigward ta’ Vanuatu
P10_TC1-COD(2024)0128

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament taqbel mal-att leġiżlattiv finali, ir-Regolament (UE) 2025/11.)

Aġġornata l-aħħar: 26 ta' Frar 2025Avviż legali-Politika tal-privatezza