Ϸվ

Ի徱ċ
ʰċԳپ
Li jmiss
Test sħiħ
Proċedura :
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċikli relatati mad-dokumenti :

Testi mressqa :

RC-B10-0175/2025

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV13/03/2025-7.3
CRE13/03/2025-7.3

Testi adottati :

P10_TA(2025)0037

Testi adottati
PDF123kWORD44k
Il-Ħamis, 13 ta' Marzu 2025-Strasburgu
Il-kriżi politika, umanitarja u tad-drittijiet tal-bniedem gravi fis-Sudan, b’mod partikolari l-vjolenza sesswali u l-istupru tat-tfal
P10_TA(2025)0037RC-B10-0175/2025

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Marzu 2025 dwar il-kriżi politika, umanitarja u tad-drittijiet tal-bniedem gravi fis-Sudan, b’mod partikolari l-vjolenza sesswali u l-istupru tat-tfal ()

Il-Parlament Ewropew,

–wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar is-Sudan,

–wara li kkunsidra l-Artikolu 150(5) u l-Artikolu 136(4) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

A.billi l-Forzi Armati Sudaniżi (SAF) u l-Forzi ta’ Appoġġ Rapidu (RSF) ilhom f’kunflitt minn April 2023 u ż-żewġ partijiet qed jiġġieldu għall-kontroll tas-Sudan u r-riżorsi tiegħu;

B.billi l-kunflitt ikkaġuna l-ispostament furzat ta’ 13-il miljun persuna; billi kważi żewġ terzi tal-popolazzjoni tas-Sudan, inklużi 16-il miljun tifel u tifla, għandhom bżonn urġenti ta’ assistenza umanitarja, filwaqt li s-sistema tal-kura tas-saħħa fil-biċċa l-kbira kkrollat; billi l-għajnuna umanitarja qed tiġi ostakolata u dan qed jiggrava l-insigurtà tal-ikel, il-malnutrizzjoni u t-tixrid tal-mard;

C.billi, skont rapporti mill-UNICEF, l-użu tal-istupru bħala arma tal-gwerra ġġeneralizza ruħu tant li laħaq livelli allarmanti, it-tfal jinsabu partikolarment esposti għal dan ir-riskju, u madwar 12,1-il miljun persuna jinsabu f’riskju ta’ vjolenza abbażi tal-ġeneru, inklużi l-istupru u ż-żwieġ furzat; billi, mill-bidu tal-2024 ’il hawn, ġew irrappurtati 221 każ ta’ stupru tat-tfal;

1.Jistieden lill-partijiet kollha biex minnufih iwaqqfu l-ostilitajiet, ifittxu soluzzjoni nnegozjata u jissodisfaw l-impenji tagħhom fil-qafas tad-Dikjarazzjoni ta’ Jeddah;

2.Jissottolinja l-ħtieġa urġenti li l-popolazzjoni ċivili jkollha aċċess ekwu għas-sokkors umanitarju; jistieden lill-partijiet kollha jiżguraw aċċess sikur, f’waqtu u mingħajr xkiel għall-atturi umanitarji, inkluż il-Programm Dinji tal-Ikel;

3.Jikkundanna bil-qawwa l-attakki indiskriminati fuq il-popolazzjoni ċivili u l-vjolenza sesswali mifruxa fil-konfront tan-nisa u tat-tfal imwettqa kemm mill-SAF kif ukoll mill-RSF; iħeġġeġ lill-partijiet kollha jieqfu jwettqu dawn l-atti orribbli u dawn id-delitti tal-gwerra, inkluż l-istupru tat-tfal; jenfasizza l-ħtieġa ta’ appoġġ għas-superstiti, inklużi l-kura tas-saħħa, it-trattament u l-appoġġ psikosoċjali, u s-servizzi tal-kura tas-saħħa sesswali u riproduttiva; jesiġi li l-awturi tar-reati jinżammu responsabbli;

4.Iħeġġeġ lill-awtoritajiet Sudaniżi u lill-fazzjonijiet kollha fil-gwerra jirrispettaw id-dritt umanitarju internazzjonali u jieqfu jirreklutaw u jużaw suldati tfal;

5.Iħeġġeġ lill-Kunsill jadotta miżuri u sanzjonijiet immirati fil-konfront tal-entitajiet u tal-kmandanti responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem, inklużi Abdel Rahim Hamdan Dagalo, Mohamed Hamdan “Hemedti” Dagalo u Abu Aqla Keikel;

6.Iħeġġeġ lill-Kunsill u lill-Kummissjoni jieħdu azzjoni kontra l-atturi kollha li jiksru l-embargo tal-armi tan-NU fuq id-Darfur u jħeġġiġhom jappoġġjaw l-espansjoni tiegħu biex ikopri s-Sudan kollu;

7.Iħeġġeġ lill-UE u lill-Istati Membri tagħha jappoġġjaw l-investigazzjoni tal-Qorti Kriminali Internazzjonali dwar il-ġenoċidju, id-delitti tal-gwerra u d-delitti kontra l-umanità fid-Darfur u jappoġġjaw il-ħidma tal-Missjoni ta’ Ġbir ta’ Informazzjoni tan-NU dwar is-Sudan, inkluż l-aċċess sħiħ tagħha għall-pajjiż; jinkoraġġixxi lin-NU, lill-Unjoni Afrikana u lil organizzazzjonijiet reġjonali oħra jappoġġjaw l-iskjerament ta’ missjoni robusta bil-għan li tipproteġi lill-popolazzjoni ċivili, tissorvelja d-drittijiet tal-bniedem u tinvestiga l-vjolenza sesswali;

8.Jistieden lill-UE u lill-Istati Membri tagħha jżidu l-għajnuna umanitarja favur is-Sudan u l-pajjiżi ġirien, jiffinanzjaw l-appoġġ għas-superstiti tal-vjolenza sesswali u jkomplu jiffinanzjaw programmi lokali ta’ reżiljenza u protezzjoni, filwaqt li jiżguraw id-drittijiet tan-nisa u tat-tfal u l-ugwaljanza bejn il-ġeneri;

9.Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà, lill-awtoritajiet Sudaniżi, lill-Unjoni Afrikana, lis-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti u lill-Parlament Pan-Afrikan.

Aġġornata l-aħħar: 15 ta' Marzu 2025Avviż legali-Politika tal-privatezza