Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tal-1 ta’ April 2025 dwar il-ħatra proposta ta’ Lucian Romașcanu għall-kariga ta’ Membru tal-Qorti tal-Awdituri (C10-0010/2025 – )
(Konsultazzjoni)
Il-Parlament Ewropew,
–wara li kkunsidra l-Artikolu 286(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C10-0010/2025),
–wara li kkunsidra l-Artikolu 133 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
–wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A10-0039/2025),
A.billi, bl-ittra tat-12 ta’ Frar 2025, il-Kunsill ikkonsulta lill-Parlament Ewropew dwar il-ħatra ta’ Lucian Romașcanu għall-kariga ta’ Membru tal-Qorti tal-Awdituri;
B.billi l-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit tiegħu evalwa l-kwalifiki tal-kandidat propost, b’mod partikolari fir-rigward tal-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 286(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea; billi, fil-qafas ta’ din l-evalwazzjoni, il-Kumitat irċieva mill-kandidat curriculum vitae mingħand kif ukoll it-tweġibiet tiegħu għall-kwestjonarju miktub li kien indirizzat lilu;
C.billi dan il-Kumitat imbagħad, fit-18 ta’ Marzu 2025, ipproċeda b’seduta ta’ smigħ tal-kandidat, li matulha dan għamel stqarrija preliminari, u wara wieġeb għall-mistoqsijiet li saru mill-membri tal-Kumitat;
1.Jagħti opinjoni favorevoli dwar il-proposta tal-Kunsill għall-ħatra ta’ Lucian Romașcanu għall-kariga ta’ Membru tal-Qorti tal-Awdituri;
2.Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din id-deċiżjoni lill-Kunsill u, għal skopijiet ta’ informazzjoni, lill-Qorti tal-Awdituri kif ukoll lill-istituzzjonijiet l-oħra tal-Unjoni Ewropea u lill-istituzzjonijiet tal-awditjar tal-Istati Membri.