Ϸվ

Ի徱ċ
ʰċԳپ
Li jmiss
Test sħiħ
Proċedura :
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċikli relatati mad-dokumenti :

Testi mressqa :

RC-B8-0484/2018

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV25/10/2018-13.13

Testi adottati :

P8_TA(2018)0429

Testi adottati
PDF143kWORD55k
Il-Ħamis, 25 ta' Ottubru 2018-Strasburgu
It-trattament xieraq tal-annimali, l-użu tal-antimikrobiċi u l-impatt ambjentali tat-trobbija industrijali tat-tiġieġa tas-simna
P8_TA(2018)0429RC-B8-0484/2018

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-25 ta' Ottubru 2018 dwar it-trattament xieraq tal-annimali, l-użu tal-antimikrobiċi u l-impatt ambjentali tat-trobbija industrijali tat-tiġieġa tas-simna ()

Il-Parlament Ewropew,

–wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill2007/43/KE tat-28ta'Ġunju2007 li tistabbilixxi regoli minimi għall-protezzjoni tat-tiġieġ miżmuma għall-produzzjoni tal-laħam(1) ("Direttiva dwar il-Brojlers"),

–wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-26ta'Novembru2015 dwar strateġija ġdida għall-benessri tal-annimali għall-2016-2020(2),

–wara li kkunsidra l-Pjan ta' Azzjoni tal-UE "Saħħa Waħda" kontra r-Reżistenza għall-Antimikrobiċi tal-2017,

–wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tad-19ta'Jannar2012 dwar l-Istrateġija tal-Unjoni Ewropea għall-Protezzjoni u l-Benessri tal-Annimali 2012-2015 (),

–wara li kkunsidra r-Rapport tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill tat-13ta'April2018 dwar l-applikazzjoni tad-Direttiva2007/43/KE u l-effetti tagħha fuq il-benessri tat-tiġieġ miżmuma għall-produzzjoni tal-laħam, kif ukoll l-iżvilupp ta' indikaturi tal-benessri (),

–wara li kkunsidra l-istudju mill-Kummissjoni tal-21ta'Novembru2017 dwar l-applikazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill2007/43/KE u l-iżvilupp ta' indikaturi tal-benessri,

–wara li kkunsidra l-ftehim(3) dwar ir-Regolament dwar il-Prodotti Mediċinali Veterinarji milħuq fil-5ta'Ġunju2018,

–wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9ta'Marzu2016 dwar il-mard trasmissibbli tal-annimali u li jemenda u jħassar ċerti atti fil-qasam tas-saħħa tal-annimali ("Liġi dwar is-Saħħa tal-Annimali")(4),

–wara li kkunsidra r-Regolament (UE)2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15ta'Marzu2017 dwar il-kontrolli uffiċjali u attivitajiet uffiċjali oħra mwettqa biex jiżguraw l-applikazzjoni tal-liġi tal-ikel u tal-għalf, ta' regoli dwar is-saħħa u t-trattament xieraq tal-annimali, dwar is-saħħa tal-pjanti u dwar prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti(5),

–wara li kkunsidra l-Konvenzjoni Ewropea għall-Ħarsien ta' Annimali miżmuma għal Skopijiet ta' Biedja u d-Direttiva tal-Kunsill98/58/KE tal-20ta'Lulju1998 dwar l-istess suġġett(6),

–wara li kkunsidra d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/302 tal-15ta'Frar2017 li tistabbilixxi l-konklużjonijiet tal-aqwa tekniki disponibbli (BAT), skont id-Direttiva2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, għat-trobbija intensiva tat-tjur jew tal-ħnieżer(7),

–wara li kkunsidra l-Artikoli128(5) u 123(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.billi l-UE hija produttur globali ewlieni tat-tiġieġ tas-simna, b'madwar 7biljun minnhom li jinqatlu għal finijiet alimentari; billi s-settur tat-tjur, li jipproduċi skont il-prinċipju Ewropew "mill-għalqa sal-platt", jimpjega aktar minn kwart ta' miljun ruħ, bi 23000 farm tat-tiġieġ tas-simna fl-Ewropa;

B.billi d-Direttiva2007/43/KE (id-Direttiva dwar il-Brojlers) tistabbilixxi standards minimi għall-protezzjoni tat-tiġieġ miżmuma għall-produzzjoni tal-laħam; billi huwa importanti li l-Kummissjoni, l-Istati Membri u l-produtturi jirrispettaw dawn ir-regoli u jsegwu spezzjonijiet regolari f'dan il-qasam;

C.billi skont l-istudju tal-Kummissjoni tal-21ta'Novembru2017 dwar l-applikazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill2007/43/KE, 34% tat-tiġieġ tas-simna jinżammu f'densitajiet ta' ħażna ta' 33kg/m2 bi qbil mar-regola ġenerali, 40% jinżammu f'densitajiet ta' ħażna ta' bejn 34-39kg/m2 u 26% jinżammu fl-ogħla densità (sa 42kg/m2) permessa mid-direttiva;

D.billi l-infurzar tad-Direttiva dwar il-Brojlers mhuwiex uniformi u r-rapport ta' implimentazzjoni reċenti tal-Kummissjoni wera li l-infurzar huwa, fl-aktar termini pożittivi possibbli, inkonsistenti fost l-Istati Membri;

E.billi użu żejjed ta' mediċini veterinarji antimikrobiċi, speċjalment bħala promoturi ta' tkabbir u għal metafilassi u profilassi, huwa wieħed mill-fatturi ewlenin li jinfluwenzaw l-iżvilupp ta' batterji b'reżistenza antimikrobika b'mod globali; billi n-nuqqas ta' trattament xieraq ikkawżat mid-densitajiet tal-ħażna għoljin jew mill-istress tas-sħana jista' jwassal għal żbilanċi immunoloġiċi u jagħmel lit-tiġieġ tas-simna aktar suxxettibbli għall-mard;

F.billi l-preżenza ta' varjetajiet żoonotiċi ta' Campylobacter spp. u Salmonella spp. reżistenti għal diversi mediċini fil-farms tat-tiġieġ tas-simna u fil-laħam tat-tiġieġ tas-simna tikkostitwixxi theddida dejjem ikbar għas-saħħa pubblika, kif irrappurtat mill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (EFSA) u miċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard (ECDC);

G.billi r-regoli dwar it-trattament xieraq tal-annimali għandhom jiġu aġġornati abbażi ta' sejbiet xjentifiċi ġodda u b'kunsiderazzjoni xierqa tal-kompetittività fuq perjodu twil tat-trobbija agrikola tal-bhejjem; billi l-użu ta' sistemi tal-biedja bi trattament aktar xieraq jista' jtejjeb ir-riżultati tas-saħħa u tat-trattament xieraq tal-annimali, u b'hekk jikkontribwixxi għal tnaqqis fil-ħtieġa ta' antimikrobiċi, filwaqt li jkompli jipprovdi prodotti b'livell għoli ta' kwalità;

H.billi l-opinjoni xjentifika tal-2010 tal-EFSA dwar l-influwenza ta' parametri ġenetiċi fuq it-trattament xieraq u r-reżistenza għall-istress tat-tiġieġ tas-simna kummerċjali wriet li l-għażla ġenetika bbażata fuq ir-rati ta' tkabbir tat-tiġieġ tas-simna tista' tikkomprometti s-saħħa u t-trattament xieraq ta' dawn l-annimali;

I.billi ċ-ċittadini Ewropej għandhom interess kbir fit-trattament xieraq tal-annimali u jixtiequ jkunu jistgħu jagħmlu għażliet aktar infurmati bħala konsumaturi;

J.billi l-iktar Ewrobarometru speċjali reċenti dwar it-trattament xieraq tal-annimali juri li aktar minn 50% taċ-ċittadini Ewropej ifittxu informazzjoni dwar il-metodu ta' produzzjoni meta jixtru prodotti tal-annimali u jaf ikunu lesti jħallsu aktar għal livell ogħla ta' trattament xieraq tal-annimali; billi 'l fuq minn 80% taċ-ċittadini Ewropej iridu li jissaħħaħ it-trattament xieraq tal-annimali fil-farms fl-UE;

K.billi 25% mil-laħam tas-sider tat-tjur li jiġi kkunsmat fl-UE huwa importat minn pajjiżi terzi b'leġiżlazzjoni inqas stretta dwar it-trattament xieraq tal-annimali; billi l-biċċa l-kbira tal-laħam tat-tjur importat jintuża fis-servizzi tal-ikel jew fl-ipproċessar tal-ikel, fejn l-informazzjoni dwar l-oriġini u t-tikkettar tal-laħam mhumiex obbligatorji;

L.billi t-Tajlandja, il-Brażil, u l-Ukrajna, li flimkien jammontaw għal 90% tal-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, kollha ġew soġġetti għal awditi mid-DĠ SANTE tal-Kummissjoni, li wrew li jeżistu defiċjenzi sinifikanti fil-proċess tal-produzzjoni u fir-rispett għal-leġiżlazzjoni tal-UE; billi l-bdiewa tal-UE, kif ukoll l-NGOs, esprimew tħassib dwar l-impatti ekonomiċi, soċjali u ambjentali tal-importazzjonijiet ta' laħam tat-tiġieġ prodott b'mod irħis u ta' tikkettar qarrieqi ta' laħam tat-tiġieġ ipproċessat fl-Unjoni Ewropea, iżda li joriġina minn pajjiżi terzi;

1.Jirrikonoxxi l-eżiti tar-rapport tal-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni tad-Direttiva2007/43/KE u l-effetti tagħha fuq il-benessri tat-tiġieġ miżmuma għall-produzzjoni tal-laħam li jindika li żewġ terzi biss mill-Istati Membri implimentaw kif suppost id-direttiva; jinsab imħasseb dwar il-predominanza, kif muri fir-rapport, ta' densitajiet ta' ħażna ogħla f'ħafna postijiet mir-regola ġenerali ta' 33kg/m²;

2.Jinsab imħasseb dwar iż-żieda ta' aġenti żoonotiċi reżistenti għal diversi mediċini li jinsabu tipikament fit-trobbija tat-tiġieġ tas-simna, bħal Campylobacter spp., Salmonella spp. u E.coli;

3.Jirrikonoxxi l-isforzi li kienu diġà saru mill-bdiewa dwar it-trattament xieraq tat-tiġieġ tas-simna fl-Istati Membri varji fl-implimentazzjoni tad-Direttiva dwar il-Brojlers u b'mod partikolari minn dawk li jkunu qed jieħdu sehem fi skemi volontarji;

4.Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiżguraw implimentazzjoni armonizzata u infurzar sħiħ tad-Direttiva2007/43/KE f'termini ta' speċifikazzjonijiet u sikurezza tal-bini biex jiġu żgurati l-objettivi tad-direttiva;

5.Jenfasizza li kompetizzjoni inġusta twassal għal kundizzjonijiet tal-kummerċ mhux ugwali, peress li dawk li ma jikkonformawx mar-regoli jistgħu joffru prezzijiet aktar baxxi minn dawk li jirrispettaw ir-regoli;

6.Jistieden lill-Kummissjoni tiżgura indikaturi tat-trattament xieraq tal-annimali armonizzati li huma robusti u li jistgħu jitkejlu għat-tiġieġ tas-simna u l-istokk ġenitur, inkluża gwida għall-aħjar prattiki disponibbli għall-imfaqas;

7.Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jindirizzaw il-problema tan-nirien fil-binjiet fejn jinżammu t-tjur billi jippromwovu l-aħjar prattiki; jistieden lill-Istati Membri jipprevedu b'mod sħiħ il-korsijiet ta' taħriġ xierqa u suffiċjenti għal min irabbi, kif stabbilit fid-Direttiva2007/43/KE;

8.Jistieden lill-EFSA tfassal opinjoni dwar il-prevalenza u l-fatturi ta' riskju għal Campylobacter spp., Salmonella spp. u E.coli b' potenzjal żoonetiku reżistenti għall-antimikrobiċi;

9.Jilqa' l-ftehim dwar ir-Regolament dwar il-Prodotti Mediċinali Veterinarji milħuq fil-5ta'Ġunju2018; jilqa' d-dispożizzjonijiet stabbiliti biex ikun ristrett l-użu ta' antibijotiċi għall-metafilassi u l-profilassi; ifakkar fil-pożizzjoni tiegħu dwar miżuri preventivi u l-opinjoni xjentifika konġunta tal-EMA/EFSA(8) li titlob: l-użu ta' stokk għat-trobbija li jikber b'mod aktar b'saħħtu u bil-mod, densitajiet ta' ħażna li ma jżidux ir-riskju ta' mard, gruppi iżgħar, iżolament ta' annimali morda (l-Artikolu10 tar-Regolament (UE) 2016/429), u implimentazzjoni ta' liġijiet eżistenti dwar it-trattament xieraq; jemmen li r-regolament jiffaċilita l-azzjoni tant meħtieġa dwar ir-reżistenza antimikrobika (AMR) u jistimola l-innovazzjoni fil-qasam tal-mediċina veterinarja; iqis li s-settur Ewropew tat-tjur u l-awtoritajiet nazzjonali qed jieħdu inizjattivi biex inaqqsu l-użu tal-antibijotiċi permezz tal-modernizzazzjoni tal-farms tat-tjur;

10.Jenfasizza li t-titjib tat-tekniki tat-trobbija tal-annimali jwassal għal kwalità ta' ħajja aħjar għat-tjur u jnaqqas il-ħtieġa tal-użu ta' antimikrobiċi; eżempji ta' dan it-titjib huma li jiġu pprovduti dawl naturali, arja nadifa u aktar spazju, u li titnaqqas l-ammonijaka; ifakkar lill-Kummissjoni fid-dikjarazzjoni stipulata fl-Istrateġija dwar is-Saħħa tal-Annimali u l-promozzjoni sinifikanti li l-prevenzjoni hija aħjar mill-kura;

11.Jenfasizza li t-trattament xieraq tal-annimali jservi minnu nnifsu ta' miżura preventiva, li jikkontribwixxi fit-tnaqqis tar-riskju li l-annimal jimrad u b'hekk jitnaqqas l-użu tal-antimikrobiċi u jintlaħqu riżultati tal-produzzjoni li jkunu ta' spiss ogħla; jinnota li l-użu ħażin tal-antimikrobiċi jista' jagħmilhom ineffettivi, li konsegwentement ikun ta' periklu għas-saħħa tal-bniedem;

12.Jistieden lill-Kummissjoni żżid ir-riċerkau l-aħjar prattiki fir-rigward tal-AMR u tiżgura li l-miżuri preventivi bħas-sorveljanza tal-mard u l-kontrolli fuqhom jitwettqu b'mod effettiv mill-Istati Membri;

13.Jistieden lill-Kummissjoni tippromwovi politiki biex tinkoraġġixxi l-użu ta' sistemi ta' trobbija alternattivi għat-tiġieġ tas-simna, kif ukoll ta' razez tradizzjonali u/jew tas-simna li jippermettu livell ogħla ta' trattament xieraq;

14.Jistieden lill-Kummissjoni tfassal pjan direzzjonali biex tappoġġa l-produzzjoni tal-laħam tat-tjur kompetittiva u sostenibbli, u trobbija li tiżgura trattament aktar xieraq għat-tiġieġ tas-simna;

15.Jistieden lill-Kummissjoni ssaħħaħ il-kontrolli mwettqa fil-fruntieri ta' laħam tat-tjur importat minn pajjiżi terzi biex tiżgura li dawn l-importazzjonijiet jikkonformaw mal-leġiżlazzjoni tal-UE dwar it-trattament xieraq tal-annimali, is-sikurezza tal-ikel u l-ambjent;

16.Jenfasizza li żdiedu l-importazzjonijiet ta' laħam tat-tiġieġ minn pajjiżi li għandhom standards ambjentali, soċjali, ta' sikurezza tal-ikel u ta' trattament xieraq tal-annimali iktar baxxi; jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li l-laħam tat-tiġieġ, il-prodotti u l-preparazzjonijiet tal-laħam importati jkunu ġew prodotti bi qbil mal-istandards ambjentali, soċjali, tas-sikurezza tal-ikel u tat-trattament xieraq tal-annimali tal-Unjoni sabiex jiġu garantiti kundizzjonijiet ekwi għall-produtturi tal-UE;

17.Jistieden lill-Kummissjoni tipproponi leġiżlazzjoni dwar it-tikkettar obbligatorju tal-oriġini ta' laħam importat fi prodotti pproċessati tal-UE fis-servizzi tal-bejgħ bl-imnut, tal-catering u tal-ikel, sabiex il-konsumaturi jkunu jistgħu jagħmlu għażliet infurmati;

18.Jistieden lill-Kummissjoni tistabbilixxi metodu tal-UE ta' mmarkar tal-produzzjoni għat-tiġieġ tas-simna simili għall-metodu eżistenti tal-UE għall-bajd, sabiex jittejbu t-trasparenza u l-komunikazzjoni lill-konsumaturi dwar it-trattament xieraq tal-annimali fil-produzzjoni agrikola;

19.Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri.

(1) ĠUL182, 12.7.2007, p.19.
(2) ĠUC366, 27.10.2017, p.149.
(3) Testi adottati, P8_TA(2018)0421.
(4) ĠUL84, 31.3.2016, p.1.
(5) ĠUL95, 7.4.2017, p.1.
(6) ĠUL221, 8.8.1998, p.23.
(7) ĠUL43, 21.2.2017, p.231.
(8) Il-Kumitat għall-Prodotti Mediċinali għall-Użu Veterinarju tal-EMA (CVMP) u l-Bord tal-EFSA dwar Perikoli Bijoloġiċi (BIOHAZ), 2016. EMA and EFSA Joint Scientific Opinion on measures to reduce the need to use antimicrobial agents in animal husbandry in the European Union, and the resulting impacts on food safety (Opinjoni Xjentifika Konġunta tal-EMA u l-EFSA dwar miżuri biex jitnaqqas il-bżonn li jintużaw aġenti antimikrobiċi fit-trobbija tal-annimali fl-Unjoni Ewropea, u l-impatti li jirriżultaw fuq is-sikurezza tal-ikel.)

Aġġornata l-aħħar: 10 ta' Diċembru 2019Avviż legali-Politika tal-privatezza