Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Novembru 2018 dwar is-servizzi tal-kura fl-UE għal ugwaljanza aħjar bejn is-sessi ()
Il-Parlament Ewropew,
–wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-26ta'April2017 bit-titolu "Inizjattiva ta' appoġġ għall-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata għall-ġenituri u l-persuni li jindukraw li jaħdmu" (),
–wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26ta'April2017 dwar il-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata għall-ġenituri u għall-persuni li jindukraw, u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill2010/18/UE (),
–wara li kkunsidra d-Direttiva2006/54/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5ta'Lulju2006 dwar l-implimentazzjoni tal-prinċipju ta' opportunitajiet indaqs u ta' trattament ugwali tal-irġiel u n-nisa fi kwistjonijiet ta' impjiegi u xogħol(1),
–wara li kkunsidra l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, b'mod partikolari l-Artikoli 1, 3, 5, 27, 31, 32, 33 u 47 tagħha,
–wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tan-NU dwar l-Eliminazzjoni ta' Kull Forma ta' Diskriminazzjoni kontra n-Nisa, adottata fi New York fit-18ta'Diċembru1979,
–wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet tal-Persuni b'Diżabilità, ratifikata mill-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri kollha tagħha,
–wara li kkunsidra l-Għan ta' Żvilupp Sostenibbli (SDG) 5: il-ksib tal-ugwaljanza bejn is-sessi u l-emanċipazzjoni tan-nisa u tal-bniet kollha, u b'mod partikolari l-Mira 5.4: li jkunu rikonoxxuti u mogħtija valur il-kura u x-xogħol domestiku mhux imħallsa permezz tal-forniment ta' servizzi pubbliċi, infrastruttura u politiki tal-protezzjoni soċjali u l-promozzjoni tar-responsabbiltà kondiviża fl-unità domestika u l-familja, skont il-kuntest nazzjonali,
–wara li kkunsidra r-rapport tas-Segretarju Ġenerali tan-NU tal-10 ta' Mejju 2018 dwar il-Progress lejn l-Għanijiet tal-Iżvilupp Sostenibbli,
–wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tas-7ta' Diċembru 2017 dwar it-Tisħiħ tal-Appoġġ u l-Kura Bbażati fil-Komunità għal Għajxien Indipendenti,
–wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar il-kura u l-edukazzjoni bikrija tat-tfal: nagħtu lil uliedna l-aqwa bidu għad-dinja ta' għada(2),
–wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Presidenza tal-Kunsill Ewropew ta' Barċellona tal-15 u s-16ta'Marzu2002,
–wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-20ta'Novembru2017 bit-titolu "Pjan ta' Azzjoni 2017-2019 tal-UE: L-indirizzar tad-differenza bejn il-pagi tal-irġiel u n-nisa" (),
–wara li kkunsidra d-Dokument ta' Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni tat-3ta'Diċembru2015 bit-titolu "L-impenn strateġiku tal-Kummissjoni Ewropea għall-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel 2016-2019, u b'mod partikolari l-Kapitolu3.1 tiegħu: Iż-żieda fil-parteċipazzjoni tan-nisa fis-suq tax-xogħol u l-indipendenza ekonomika indaqs tan-nisa u l-irġiel (SWD(2015)0278),
–wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni tat-8ta'Mejju2018 dwar l-iżvilupp ta' faċilitajiet ta' indukrar għal tfal żgħar, bl-intenzjoni li tiżdied il-parteċipazzjoni tan-nisa fis-suq tax-xogħol, jinstab bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata għal ġenituri li jaħdmu u biex jinkiseb tkabbir sostenibbli u inklussiv fl-Ewropa ("l-objettivi ta' Barċellona"), (),
–wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni tad-29ta'Mejju2013 dwar l-objettivi ta' Barċellona: "L-iżvilupp tas-servizzi ta' akkoljenza tat-tfal żgħar fl-Ewropa għal tkabbir sostenibbli u inklusiv" (),
–wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-17ta'Frar 2011 bit-titolu "Il-kura u l-edukazzjoni bikrija tat-tfal: Nagħtu lil uliedna l-aqwa bidu għad-dinja ta' għada" (),
–wara li kkunsidra l-pjan direzzjonali tal-Kummissjoni dwar il-kwalità fl-edukazzjoni u l-kura fit-tfulija bikrija (Ares(2018)1505951),
–wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-3ta'Marzu2010 bit-titolu "Ewropa 2020: Strateġija għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklussiv" (), il-komunikazzjoni tal-20ta'Frar2013 bit-titolu "Lejn Investiment Soċjali għat-Tkabbir u l-Koeżjoni – inkluża l-implimentazzjoni tal-Fond Soċjali Ewropew2014-2020" () u l-komunikazzjoni tas-26ta'April2017 bit-titolu "L-istabbiliment tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali" (),
–wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-6 ta' Ġunju 2014 dwar Qafas Strateġiku tal-UE dwar is-Saħħa u s-Sikurezza Okkupazzjonali 2014-2020 (),
–wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-3ta'Ottubru2017 dwar l-emanċipazzjoni ekonomika tan-nisa fis-setturi privati u pubbliċi fl-UE(4),
–wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-14ta'Ġunju2017 dwar il-ħtieġa ta' strateġija tal-UE biex titwaqqaf u tiġi evitata d-differenza bejn il-pensjonijiet tan-nisa u tal-irġiel(5),
–wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-13ta'Settembru2016 dwar il-ħolqien ta' kundizzjonijiet fis-suq tax-xogħol favorevoli għal bilanċ bejn il-ħajja u dik tax-xogħol(6),
–wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-26ta'Mejju2016 dwar il-faqar: perspettiva tal-ġeneru(7),
–wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-28ta'April2016 dwar il-ħaddiema domestiċi nisa u n-nisa li jaħdmu fis-settur tal-kura fl-UE(8),
–wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-8ta'Marzu2016 dwar l-integrazzjoni tal-perspettiva tal-ġeneri fil-ħidma tal-Parlament Ewropew(9),
–wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-7 ta' Settembru 2010 dwar ir-rwol tan-nisa f'soċjetà li qed tixjieħ(10),
–wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-6 ta' Lulju 2010 dwar kuntratti atipiċi, karrieri professjonali sikuri, flessigurtà u forom ġodda ta' djalogu soċjali(11),
–wara li kkunsidra l-Patt Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi (2011-2020),
–wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni tat-22ta'Mejju2018 għal Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar Sistemi ta' Edukazzjoni u Kura Bikrija tat-Tfal ta' Kwalità Għolja () u d-dokument ta' ħidma tal-persunal tal-istess data, li jakkumpanjah (SWD(2018)0173),
–wara li kkunsidra l-Ի徱ċ dwar l-Ugwaljanza bejn is-Sessi tal-2015 tal-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi u r-rapport tiegħu tal-2015 bit-titolu "Reconciliation of work, family and private life in the European Union: Policy review"
–wara li kkunsidra r-rapport tal-Eurofound tas-7 ta' Diċembru 2011 bit-titolu "Company initiatives for workers with care responsibilities for disabled children or adults" (Inizjattivi tal-kumpaniji favur ħaddiema li għandhom fir-responsabbiltà tagħhom il-kura ta' tfal jew adulti b'diżabbiltà),
–wara li kkunsidra d-dokument ta' sfond tal-Eurofound tal-14ta'Lulju2013 bit-titolu "Caring for children and dependants: effect on careers of young workers" (Il-kura tat-tfal u persuni dipendenti: l-effett fuq il-karrieri ta' ħaddiema żgħażagħ),
–wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni tas-17ta'Ġunju2014 bit-titolu "Residential care sector: Working conditions and job quality" (Il-kundizzjonijiet tax-xogħol u l-kwalità tal-impjiegi),
–wara li kkunsidra r-rapport tal-Eurofound tat-22ta'Ottubru2015 bit-titolu "Working and care: Reconciliation measures in times of demographic change" (Ix-xogħol u l-kura: Miżuri ta' rikonċiljazzjoni fi żminijiet ta' tibdil demografiku),
–wara li kkunsidra r-rapport ġenerali tal-Eurofound tas-17ta'Novembru2016 dwar is-Sitt Stħarriġ Ewropew dwar il-Kundizzjonijiet tax-Xogħol,
–wara li kkunsidra l-istudju tal-Eurofound tat-28ta'Novembru2017 bit-titolu "Care homes for older Europeans: Public, for-profit and non-profit providers" (Djar ta' kura għall-anzjani Ewropej: Fornituri pubbliċi, bi skop ta' qligħ u bla skop ta' qligħ),
–wara li kkunsidra l-istħarriġ tal-Eurofound tat-23ta' Jannar 2018 bit-titolu "European Quality of Life Survey 2016: Quality of life, quality of public services and quality of society" (Stħarriġ tal-kwalità tal-ħajja 2016: Il-kwalità tal-ħajja, il-kwalità tas-servizzi pubbliċi u l-kwalità tas-soċjetà),
–wara li kkunsidra r-rapport konġunt tal-10 ta' Ottubru 2014 imħejji mill-Kumitat tal-Protezzjoni Soċjali u l-Kummissjoni bit-titolu "Adequate social protection for long-term care needs in an ageing society" (Protezzjoni soċjali adegwata għall-ħtiġijiet ta' kura fit-tul f'soċjetà li qed tixjieħ),
–wara li kkunsidra r-rapport konġunt tal-7ta'Ottubru2016 imħejji mill-Kumitat tal-Politika Soċjali u l-Kummissjoni dwar is-sistemi tal-kura tas-saħħa u tal-kura fit-tul u s-sostenibbiltà fiskali,
–wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-21ta'Settembru2016 dwar id-drittijiet tal-ħaddiema tal-kura tas-saħħa li jgħixu fl-unità domestika fejn jaħdmu(12),
–wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tas-16 ta' Ottubru 2014 dwar l-iżvilupp tas-servizzi għall-familja biex ir-rati tal-impjieg jiżdiedu u tiġi promossa l-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa fix-xogħol(13),
–wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tas-26 ta' Mejju 2010 dwar il-professjonalizzazzjoni tax-xogħol domestiku(14),
–wara li kkunsidra Rapport tal-Ի徱ċ dwar l-Ugwaljanza bejn is-Sessi tal-2017 tal-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi: "Measuring gender equality in the European Union 2005-2015" (Il-kejl tal-ugwaljanza bejn is-sessi fl-Unjoni Ewropea 2005-2015),
–wara li kkunsidra l-istudji mid-Direttorat Ġenerali għall-Politiki Interni tiegħu ta' Marzu2016 bit-titolu "Differences in men's and women's work, care and leisure time" (Id-differenzi bejn ix-xogħol, il-kura u l-ħin ta' rikreazzjoni tal-irġiel u tan-nisa) u ta' Novembru2016 bit-titolu "The use of funds for gender equality in selected Member States" (L-użu ta' fondi għall-ugwaljanza bejn is-sessi fi Stati Membri magħżula),
–wara li kkunsidra l-pubblikazzjoni tal-proġett WeDo għall-benesseri u d-dinjità tal-persuni anzjani fl-2012 bit-titolu "European Quality Framework for long-term care services: Principles and guidelines for the wellbeing and dignity of older people in need of care and assistance" (Qafas Ewropew tal-Kwalità għas-servizzi ta' kura fit-tul: Prinċipji u linji gwida għall-benesseri u d-dinjità tal-anzjani li jeħtieġu l-kura u l-assistenza),
–wara li kkunsidra l-Artikolu52 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
–wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi (A8-0352/2018),
A.billi, skont l-Artikoli 2 u 3(3) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 21 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali, l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel hi wieħed mill-valuri ewlenin li fuqhom hija msejsa l-UE; billi, barra minn hekk, skont l-Artikolu 8 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, l-Unjoni għandha tfittex li fl-azzjonijiet kollha tagħha telimina l-inugwaljanzi u tippromwovi l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel. billi l-kisba tal-ugwaljanza bejn is-sessi madankollu kienet kajmana;
B.billi l-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali, ipproklamat b'mod konġunt mill-Parlament, il-Kunsill u l-Kummissjoni fis-17 ta' Novembru 2017, jistabbilixxi prinċipji u għanijiet sinifikanti biex joffri drittijiet ġodda għaċ-ċittadini tal-Unjoni, fosthom l-ugwaljanza bejn is-sessi, l-opportunitajiet indaqs, l-appoġġ għat-tfal u l-inklużjoni ta' persuni b'diżabilità, li għadhom l-appoġġ unanimu tal-Istati Membri u tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea; billi l-Prinċipju 9 tal-Pilastru dwar Bilanċ bejn ix-Xogħol u l-Ħajja Privata jistabbilixxi li l-ġenituri u persuni oħra b'responsabbiltajiet ta' kura għandhom ikollhom id-dritt għal leave xieraq, arranġamenti tax-xogħol flessibbli u aċċess għal servizzi ta' kura;
C.billi fl-UE kollha, ir-rata ta' impjieg ġenerali tan-nisa hija kważi 12% iktar baxxa minn dik tal-irġiel, u 31.5% tan-nisa li jaħdmu jagħmlu dan fuq bażi part-time, filwaqt li fost l-irġiel, dawk li jaħdmu part-time jammontaw għal 8.2% biss tal-irġiel li jaħdmu; billi d-differenza fir-rati tal-impjieg bejn in-nisa u l-irġiel fl-UE għadha 12%; billi l-evidenza tissuġġerixxi li waħda mill-kawżi ewlenin ta' dan huma r-responsabbiltajiet sproporzjonati ta' kura li għandhom in-nisa; billi l-effett kumulattiv tal-waqfiet multipli fil-karriera li jolqtu lin-nisa b'riżultat tar-responsabbiltajiet ta' kura jikkontribwixxu b'mod sostanzjali għal pagi aktar baxxi, karrieri iqsar u differenzi ta' 16% u 37% rispettivament bejn is-salarji u l-pensjonijiet tan-nisa u tal-irġiel; billi dan iwassal biex in-nisa jkunu aktar esposti għall-faqar u għall-esklużjoni soċjali, u dan għandu riperkussjonijiet negattivi li jestendu wkoll għat-tfal tagħhom u l-familji tagħhom; billi huwa importanti li jintemmu d-differenzi fl-impjieg, fil-pagi u fil-pensjonijiet bejn in-nisa u l-irġiel, minħabba li t-telf ekonomiku dovut għad-differenza fl-impjieg bejn in-nisa u l-irġiel jammonta għal EUR370 biljun fis-sena; billi l-għoti ta' servizzi ta' kura jista' jkun strumentali għal rispons effettiv għan-nuqqasijiet ta' ħaddiema;
D.billi "kura" għandha tinftiehem bħala xogħol imwettaq, f'kapaċità personali, f'istituzzjonijiet pubbliċi jew privati jew f'unità domestika jew unitajiet domestiċi privati, għat-tfal, l-anzjani, il-morda jew persuni b'diżabilità; billi x-xogħol tal-kura għandu, f'ċirkostanzi ideali, isir minn persuni li jindukraw b'mod professjonali, li jkunu impjegati minn entitajiet pubbliċi jew privati jew minn familji, jew li jaħdmu għal rashom, iżda jsir ukoll b'mod informali - u mingħajr ħlas - minn persuni li jindukraw mingħajr kwalifiki professjonali, li normalment ikunu membri tal-familja;
E.billi bħala medja, in-nisa jqattgħu tliet darbiet aktar ħin fuq xogħol domestiku u ta' kura mhux imħallas, u dan jidher l-aktar fil-koppji li l-iżgħar wild tagħhom għandu inqas minn seba' snin: in-nisa jqattgħu medja ta' 32 siegħa fil-ġimgħa fuq xogħol imħallas u 39 siegħa fuq xogħol mhux imħallas, filwaqt li l-irġiel, fil-ġimgħa jagħmlu 41 siegħa xogħol imħallas u 19-il siegħa xogħol mhux imħallas;
F.billi skont iċ-ċifri mill-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol, is-settur tax-xogħol domestiku u tal-kura impjega madwar 52 miljun persuna fid-dinja kollha fl-2010, u 7.4 miljun ħaddiem domestiku ieħor taħt l-età ta' 15-il sena, u jammonta għal bejn 5% u 9% tal-impjegar kollu fil-pajjiżi industrijalizzati;
G.billi l-impjiegi relatati mal-kura mhumiex imħallsa tajjeb f'ħafna Stati Membri, sikwit ma joffrux kuntratti formali jew drittijiet bażiċi oħra tal-ħaddiema u mhumiex professjonalment attraenti, minħabba riskju kbir ta' stress fiżiku u emozzjonali, it-theddida ta' eżawriment, u nuqqas ta' opportunitajiet ta' żvilupp fil-karriera; billi s-settur joffri ftit opportunitajiet ta' taħriġ u, barra minn hekk, il-ħaddiema f'dan is-settur b'mod predominanti huma persuni kbar fl-età, nisa u ħaddiema migranti;
H.billi l-miżuri ta' appoġġ, bħat-tnaqqis fiskali għas-servizzi domestiċi fl-Iżvezja, il-vawċer tal-impjieg għas-servizz Franċiż u l-vawċer għas-servizz Belġjan urew li kienu effettivi għal tnaqqis fix-xogħol mhux iddikjarat, titjib tal-kundizzjonijiet tax-xogħol u l-għoti tad-drittijiet tax-xogħol regolari lill-ħaddiema domestiċi u lill-ħaddiema fis-settur tal-kura;
I.billi l-evidenza turi li 80% tal-kura provduta fl-UE tingħata minn persuni li jindukraw informali u mingħajr ħlas, li 75% minnhom huma nisa; billi 27.4% tan-nisa jaħdmu part-time biex jieħdu ħsieb tfal jew adulti bi ħtiġijiet ta' kura, meta mqabbla ma' 4.6% tal-irġiel(15); billi l-għoti ta' servizzi ta' kura m'għandux iġiegħel lill-persuni li jindukraw b'mod informali jkollhom jagħżlu bejn ir-responsabilitajiet tal-kura u l-ħin liberu tagħhom, peress li dawk li għandhom impjieg diġà jridu jibbilanċjaw ir-responsabbiltajiet differenti u l-użu tal-ħin tagħhom;
J.billi ċerti statistiki nazzjonali juru li madwar 6-7% tal-persuni li jindukraw fl-Istati Membri huma żgħażagħ taħt l-età ta' 17-il sena, filwaqt li hemm ħames darbiet aktar nisa minn irġiel tal-età ta' bejn 15 u 24 li jagħmlu dan ix-xogħol; billi ż-żgħażagħ li jindukraw ġieli jġorru responsabbiltajiet adulti kbar billi jipprovdu kura, għajnuna u appoġġ lill-ġenituri, lil ħuthom, lin-nanniet jew qraba oħra li jkollhom diżabilità, mard kroniku jew problema ta' saħħa mentali; billi ż-żgħażagħ li jindukraw iħabbtu wiċċhom ma' ostakoli partikolari fl-aċċess għall-edukazzjoni u t-taħriġ u fir-rikonċiljazzjoni tal-edukazzjoni mar-responsabbiltajiet tal-kura, u dan għandu impatt fuq is-saħħa u l-għajxien tagħhom;
K.billi f'għadd ta' Stat Membru jeżisti nuqqas ta' servizzi ta' kura professjonali ta' kwalità disponibbli għal kulħadd, indipendentement mill-introjtu tagħhom;
L.billi ħafna membri tal-familji dipendenti li jeħtieġu kura jgħixu f'żoni milquta minn nuqqas persistenti ta' servizzi, filwaqt li l-iżolament u ċirkostanzi oħra jagħmluha diffiċli għalihom li jiksbu aċċess għal servizzi professjonali ta' kura; billi f'ħafna każijiet jieħdu ħsiebhom persuni mhux professjonali, li sikwit ħafna ikunu l-qraba nisa tagħhom;
M.billi l-Ewropa qed ikollha tgħaddi minn bidliet demografiċi li qed iwasslu għal inċidenza akbar ta' mard relatat mal-età u popolazzjoni li qed tixjieħ, u għaldaqstant ħtiġijiet akbar ta' kura; billi fi żmien fejn it-talba għall-kura qed tikber, teżisti distribuzzjoni sproporzjonata tar-responsabbiltajiet tal-kura bejn il-ġeneri, fejn in-nisa jġorru l-parti l-kbira tal-piż minħabba r-rwoli sterjotipiċi tal-ġeneri li għadhom jipprevalu fis-soċjetà Ewropea; billi n-numru dejjem akbar ta' persuni anzjani, it-tnaqqis fl-għadd ta' persuni tal-età tax-xogħol u r-restrizzjonijiet baġitarji xprunati mill-awsterità qed ikollhom impatt sinifikanti fuq is-servizzi soċjali, li se jkollu wkoll riperkussjonijiet fuq il-persuni li jkollhom jikkombinaw ix-xogħol u r-responsabbiltajiet ta' kura, sikwit f'ċirkostanzi diffiċli;
N.billi hu maħsub li l-popolazzjoni tal-UE se tixjieħ, u l-proporzjon tal-popolazzjoni tal-età ta' 65 u aktar hu mistenni li jikber minn 17.1% fl-2008 għal 30% fl-2060, waqt li fl-istess perjodu, dak ta' persuni ta' 80 u aktar se jikber minn 4.4% għal 12.1%;
O.billi l-anzjani jinsabu f'riskju akbar ta' faqar mill-popolazzjoni ġenerali: fl-2008 madwar 19% ta' dawk li għandhom 65 sena u aktar kienu f'riskju, meta fl-2000 dawn kienu 17%; billi din ir-rata hija 5 punti ogħla għan-nisa milli għall-irġiel;
P.billi l-anzjani xi drabi jġarrbu sessiżmu u diskriminazzjoni minħabba l-età, filwaqt li l-abbuż tal-anzjani, li jinstab f'varjetà ta' ambjenti ta' kura, huwa problema soċjali fl-Istati Membri kollha;
Q.billi l-parti l-kbira tal-mudelli tal-politika nazzjonali għas-servizzi ta' kura fil-preżent mhix adatta biex taqdi l-ħtiġijiet tas-soċjetà Ewropea li qed tixjieħ, u billi l-parti l-kbira tal-Istati Membri s'issa għadhom ma indirizzawx l-isfidi demografiċi fl-inizjattivi u fis-sistemi rispettivi tagħhom tal-politika u tal-kura soċjali;
R.billi għalkemm l-għadd ta' djar tal-kura għall-anzjani żdied matul dawn l-aħħar 10snin fi kważi l-Istati Membri kollha, id-domanda għadha tiżboq id-disponibbiltà ta' akkomodazzjoni indipendenti u servizzi ta' kura ta' appoġġ; billi teżisti ħtieġa urġenti ta' investiment ulterjuri f'servizzi ta' kura fit-tul ibbażati fil-komunità jew fid-dar, għax kulħadd għandu d-dritt għal ħajja indipendenti, servizzi ta' appoġġ u inklużjoni fil-komunità; billi, barra minn hekk, in-nuqqas ta' informazzjoni diżaggregata fil-livell nazzjonali, inkluż dwar strumenti finanzjarji, u n-nuqqas ta' indikaturi tal-kwalità jagħmlu din il-parti importanti tal-infrastruttura tal-kura diffiċli biex tiġi monitorjata u vvalutata, u li jiġu mfassla rakkomandazzjonijiet għat-teħid ta' deċiżjonijiet;
S.billi l-miri ta' Barċellona dwar il-kura tat-tfal lil mill-inqas 33% tat-tfal taħt l-età ta' 3snin (mira1) u lil mill-inqas 90% tat-tfal bejn l-età ta' 3snin u l-età tal-iskola obbligatorja (mira2) intlaħqu biss fi 12-il Stat Membru mill-2002, u r-rati f'xi Stati Membri għadhom tant baxxi li joħolqu tħassib;
T.billi l-parteċipazzjoni akbar tan-nisa fis-suq tax-xogħol iżżid il-ħtieġa ta' kura tat-tfal ta' kwalità u bi prezz li jintlaħaq, u d-domanda għall-postijiet fis-servizzi tal-edukazzjoni u l-kura fit-tfulija bikrija fl-Ewropa tiżboq il-provvista; billi l-evidenza turi li l-kura tat-tfal għal dawk li għandhom bejn 0 u 3 snin tintuża prinċipalment fuq bażi part-time (inqas minn 30 siegħa fil-ġimgħa) f'aktar minn nofs l-Istati Membri kollha; billi l-parteċipazzjoni sħiħa tan-nisa fis-suq tax-xogħol teħtieġ li l-kura tat-tfal tkun disponibbli full-time u tissodisfa d-domanda waqt il-ħinijiet tax-xogħol tal-ġenituri;
U.billi jeżisti nuqqas ta' infrastruttura suffiċjenti li toffri kura tat-tfal aċċessibbli u ta' kwalità għal-livelli kollha ta' introjtu, kif muri mill-fatt li mit-32 miljun tifel u tifla taħt l-età tal-edukazzjoni obbligatorja fl-UE, madwar 15-il miljun biss għandhom aċċess għas-servizzi fit-tfulija bikrija(16) u l-parti l-kbira tan-nefqa pubblika tal-Istati Membri issir għal tfal li jkollhom minn tliet snin sal-età tal-bidu tal-iskola obbligatorja; billi l-investiment mis-setturi kollha għandu jiżdied, għax l-evidenza fil-pajjiżi tal-OECD turi li żieda fl-investiment mill-PDG fis-servizzi tal-kura twassal għal żieda fl-impjegar tan-nisa; billi l-investiment fil-kura tat-tfal hu strateġija li minnha jirbaħ kulħadd, u jiġġenera aktar dħul mit-taxxi minħabba l-parteċipazzjoni akbar tal-ġenituri fis-suq tax-xogħol; billi filwaqt li jikkomplementaw ir-rwol ċentrali tal-familja, l-edukazzjoni u l-kura ta' kwalità fit-tfulija bikrija jipprovdu ħafna benefiċċji għal żmien qasir u fit-tul għall-individwi u għas-soċjetà kollha kemm hi, fosthom għal persuni minn sfondi soċjoekonomikament żvantaġġati jew bi bżonnijiet edukattivi speċjali, u huma effettivi fl-indirizzar tal-inugwaljanza li tolqot lit-tfal minn età bikrija, u fl-indirizzar tal-prevenzjoni tat-tluq bikri mill-iskola;
V.billi l-edukazzjoni ta' kwalità fit-tfulija bikrija hi investiment effettiv, u tipprovdi l-pedament għal tagħlim tul il-ħajja b'suċċess u tindirizza l-inugwaljanzi u l-isfidi li jħabbtu wiċċhom magħhom it-tfal żvantaġġati;
W.billi fl-UE hawn aktar minn 80 miljun persuna b'diżabilità, u dan in-numru qed ikompli jikber, u wieħed minn kull erba' Ewropej għandu qarib b'diżabilità; billi meta saret Parti tal-Konvenzjoni dwar id-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabilità tan-NU fl-2011, l-UE ħadet l-impenn li tippromwovi u tipproteġi d-drittijiet tal-persuni b'diżabilità; billi fid-dawl ta' dawn id-drittijiet u l-ħtiġijiet tal-persuni b'diżabilità ta' kull età, rajna ċaqliqa, riċentement, minn kura istituzzjonalizzata għal kura bbażata fil-komunità għall-persuni b'diżabilità;
X.billi taħt l-Artikolu 19 tal-Konvenzjoni dwar id-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabilità, kulħadd għandu d-dritt għal ħajja indipendenti u inklużjoni fil-komunità, u dan jinvolvi mhux biss li tkun provduta akkomodazzjoni indipendenti, iżda wkoll li jkunu provduti servizzi ta' appoġġ li jirriflettu l-ħtiġijiet tal-persuni b'diżabilità;
Y.billi t-tfal u l-adulti b'awtiżmu sever aktarx isibuha diffiċli biex jagħmlu l-attivitajiet ta' kuljum weħidhom, u ġeneralment jirrikjedu assistenza fil-parti l-kbira tal-attivitajiet;
Z.billi s-servizzi tal-kura fit-tul u tal-kura tat-tfal sikwit huma sottovalutati u f'ħafna Stati Membri din il-professjoni għandha profil u status pjuttost baxx, li hu rifless f'pagi baxxi, rappreżentanza inugwali tan-nisa u tal-irġiel fil-forza tax-xogħol, kundizzjonijiet tax-xogħol mhux tajba;
AA.billi l-impjiegi fil-kura formali, inkluża l-kura fid-dar, jinvolvi persunal kwalifikat, li jrid jitħallas b'mod adegwat(17); billi jeħtieġ li tkun żgurata provvista adegwata ta' persuni li jindukraw kwalifikati għax l-iżvilupp ta' servizzi ta' kura formali ta' kwalità għat-tfal, l-anzjani u l-persuni b'diżabilità huwa marbut ma' relazzjonijiet tal-impjieg ta' kwalità, pagi diċenti u investiment fil-ħaddiema li jipprovdu dawn is-servizzi, inkluż l-investiment fit-taħriġ tal-persuni li jindukraw it-tfal; billi r-relazzjonijiet tal-impjieg professjonali għall-persuni li jindukraw għandhom effett pożittiv fuq il-ħila tagħhom li jibbilanċjaw ix-xogħol u l-ħajja personali;
AB.billi l-utenti tal-kura fit-tul jaf ikollhom diffikultà biex jħallsu għal servizzi ta' kura privati, li normalment ikunu jiswew aktar mis-servizzi ta' kura pprovduti mis-settur pubbliku; billi n-nisa jintlaqtu dejjem aktar mill-irġiel minħabba d-differenzi bejn il-ġeneri fil-pagi u fil-pensjonijiet, u jkollhom jonfqu sehem akbar tal-introjtu tagħhom fuq il-kura fit-tul;
AC.billi ġie rappurtat li meta d-disponibbiltà ta' servizzi ta' kura ta' kwalità tkun limitata, persuni minn sfondi żvantaġġati qed iħabbtu wiċċhom ma' sfidi partikolari, fosthom dawk minn familji b'introjtu baxx, dawk li jgħixu f'żoni rurali, u t-tfal minn sfondi ta' minoranzi etniċi jew migranti;
Il-kuntest fi ħdan il-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata
1.Jinnota li d-distakk bejn is-sessi fl-impjiegi jikber sostanzjalment ladarba l-familji jkollhom it-tfal, li jirrifletti d-diffikultajiet li n-nisa jiffaċċjaw fir-rikonċiljazzjoni tat-trobbija tat-tfal u r-responsabbiltajiet tal-indukrar max-xogħol tagħhom, dan huwa dovut għan-nuqqas ta' infrastruttura pubblika tal-kura suffiċjenti u għad-diviżjoni persistenti bbażat fuq il-ġeneri tax-xogħol, li timponi ammont kbir ta' indukrar li jrid isir prinċipalment minn nisa, u dan iwassal biex in-nisa jqattgħu bejn id-doppju u għaxar darbiet aktar ħin mill-irġiel fuq il-kura mhux imħallsa(18);
2.Jinnota li kwart tan-nisa kollha għadhom ħaddiema tal-familja li jikkontribwixxu iżda ma jitħallsux, li jfisser li ma jirċievu l-ebda ħlas dirett, u teżisti segregazzjoni ċara tan-nisa fis-setturi li ġeneralment huma kkaratterizzati minn paga baxxa, sigħat twal u spiss b'arranġamenti tax-xogħol informali, li jwasslu għal inqas gwadanji monetarji, soċjali u strutturali għan-nisa;
3.Jenfasizza li l-femminilizzazzjoni tal-faqar hija l-konsegwenza ta' diversi fatturi, inklużi d-differenza bejn il-pagi tal-irġiel u n-nisa, id-diskrepanza fil-pensjonijiet bejn is-sessi, ir-responsabilitajiet tal-kura u l-pawżi relatati; jenfasizza li d-diskriminazzjoni multipla li jħabbtu wiċċhom magħha n-nisa minħabba, fost fatturi oħra, l-identità tal-ġeneru u l-karatteristiċi tas-sess tagħhom, tikkontribwixxi għall-feminizzazzjoni tal-faqar;
4.Jilqa' l-proklamazzjoni interistituzzjonali għal Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali, u jfakkar il-prinċipji tiegħu, li jinkludu:
–
it-trattament u l-opportunitajiet indaqs bejn in-nisa u l-irġiel, b'mod partikolari fir-rigward tal-parteċipazzjoni fis-suq tax-xogħol;
–
id-dritt għal trattament u opportunitajiet tax-xogħol indaqs, irrispettivament mill-età jew mid-diżabbiltà;
–
id-dritt għal liv xieraq, arranġamenti tax-xogħol flessibbli u aċċess għal servizzi tal-kura tas-saħħa għall-ġenituri u persuni b'responsabbiltajiet ta' kura;
–
id-dritt għal servizzi tal-kura fit-tul ta' kwalità tajba;
5.Jesprimi t-tħassib tiegħu dwar l-iżviluppi mhux favorevoli fil-qasam tal-liv tal-ġenituri u d-drittijiet relatati mat-trobbija tat-tfal, bħall-irtirar tal-abbozz ta' direttiva dwar l-estensjoni tal-liv tal-maternità, u s-sentenza reċenti tal-Qorti tal-Ġustizzja li tqis li hija legali t-tkeċċija ta' ħaddiema nisa tqal bħala parti minn sensji kollettivi; jistieden lill-Kummissjoni timla malajr kemm jista' jkun il-lakuni fil-leġiżlazzjoni tal-UE;
6.Jilqa' l-proposta tal-Kummissjoni għal direttiva dwar il-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata għall-ħaddiema u l-persuni li jindukraw, u jenfasizza, f'dan il-kuntest, l-importanza tad-drittijiet individwali tal-liv u l-arranġamenti flessibbli tax-xogħol biex individwi li jaħdmu jiġu megħjuna jimmaniġġjaw il-ħajjiet privati u professjonali tagħhom; ifakkar li l-politiki dwar il-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata għandhom jinkoraġġixxu lill-irġiel biex jassumu responsabbiltajiet ta' kura fuq bażi ugwali man-nisa; jemmen li għall-finijiet tal-iżvilupp fil-futur, l-għan jenħtieġ li jkun li l-liv tal-ġenituri u l-liv għall-indukrar jiġu estiżi progressivament(19), kif ukoll il-livell ta' pagament relattiv, li għandu jkun xieraq, sabiex jiġu żgurati l-liv tal-ġenituri mhux trasferibbli, il-garanziji fir-rigward tat-tkeċċija, ir-ritorn fl-istess pożizzjoni jew pożizzjoni ekwivalenti u l-protezzjoni minn diskriminazzjoni mwettqa abbażi ta' deċiżjonijiet tat-teħid tal-liv, u l-estensjoni tad-drittijiet lill-persuni li jaħdmu għal rashom u lil dawk li jeħtieġu liv adegwat sabiex jindukraw persuni dipendenti oħra għajr it-tfal;
7.Jistieden lill-Istati Membri kollha jħeġġu lill-missirijiet jagħmlu l-aħjar użu mil-liv tal-paternità, li huwa mod effettiv kif jiġu mħeġġa jaċċettaw ir-responsabbiltà biex jieħdu ħsieb uliedhom u l-familji tagħhom u mezz utli biex tinkiseb ugwaljanza ġenwina bejn in-nisa u l-irġiel;
8.Jemmen li l-għoti ta' servizzi ta' kura ma għandux ikollu impatt negattiv fuq il-livelli tal-pagi tal-persuni li jindukraw jew il-benefiċċji soċjali jew tal-pensjoni; jitlob, f'dan il-kuntest, li tiġi promossa l-ugwaljanza bejn is-sessi fl-implimentazzjoni tal-politiki dwar il-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata;
9.Jiġbed l-attenzjoni għas-sitwazzjoni diffiċli tal-familji li jieħdu ħsieb tifel jew tifla jew qraba b'diżabbiltà, peress li f'dawn il-każijiet il-kura hija tul ħajjithom kollha;
10.Jiġbed l-attenzjoni għan-nuqqas ta' servizzi ta' assistenza temporanja għall-ġenituri ta' tfal b'diżabbiltà; jirrimarka li dan in-nuqqas ta' appoġġ spiss jagħmilha totalment impossibbli għall-ġenituri biex jaħdmu; jinnota, f'dan ir-rigward, in-nuqqas allarmanti ta' faċilitajiet għal persuni li jbatu minn awtiżmu serju;
11.Jemmen li kull persuna bi bżonnijiet ta' kura għandu jkollha d-dritt soġġettiv li tagħżel servizzi ta' kura ta' kwalità li jissodisfaw bl-aħjar mod ir-rekwiżiti tagħhom għall-kura u li jkunu xierqa u aċċessibbli kemm għalihom kif ukoll għall-persuni li jindukrawhom; huwa tal-fehma li irrispettivament mid-differenzi bejn l-utenti u l-ħtiġijiet tagħhom, is-servizzi ta' kura għandhom jiġu żviluppati b'mod iffukat fuq il-persuna, individwalizzati u komprensivi; jinnota li l-familji mhumiex omoġenji u li l-politika u l-programmazzjoni għandhom jiġu adattati għal tali varjetà;
12.Jemmen li l-għażliet ta' servizzi ta' kura għandhom jirriflettu n-natura tax-xogħol li qed tinbidel hekk kif dawn jiġu żviluppati aktar;
13.Jemmen li, f'konformità mad-dritt għal kura fit-tul stabbilit fil-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali, il-kura fit-tul għandha titqies bħala fergħa ta' protezzjoni soċjali, li għandha tistabbilixxi d-dritt għal kura ta' kwalità u ffukata fuq il-persuna għal kulħadd; jemmen, barra minn hekk, li hemm ħtieġa urġenti għal aktar investiment f'servizzi ta' kura fit-tul affordabbli ta' kwalità tajba, kif ukoll servizzi ta' kura fid-djar u bbażati fil-komunità, f'konformità mal-Pilastru Soċjali Ewropew tad-Drittijiet Soċjali u mas-CRPD tan-NU; jistieden lill-Istati Membri, f'dan il-kuntest, jiżguraw aċċess ugwali u trattament ġust għas-servizzi ta' kura għall-anzjani, it-tfal, u l-persuni b'diżabbiltà u/jew mard kroniku li jkollhom bżonn kura fit-tul, filwaqt li jagħtu attenzjoni partikolari lil persuni li ġejjin minn ambjenti żvantaġġati;
14.Jenfasizza li d-disponibbiltà ta' infrastruttura, servizzi u appoġġ ta' kura pubblika u privata, varjata, ta' kwalità, aċċessibbli u affordabbli għat-tfal, persuni anzjani, persuni b'diżabbiltà u persuni b'mard kroniku jew li jeħtieġu kura fit-tul, kemm f'pajjiżhom kif ukoll fil-komunità f'sitwazzjonijiet ta' tip ta' djar, uriet li hija aspett kruċjali tal-politiki dwar il-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata u fattur ewlieni li jippromwovi t-teħid ta' liv fost il-ġenituri u l-persuni li jagħtu l-kura b'mod informali, bħala parti mill-isforzi biex in-nisa jiġu megħjuna jirritornaw malajr u jibqgħu fis-suq tax-xogħol; jilqa' t-tranżizzjoni lejn servizzi bbażati fil-komunità, f'konformità mal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali u s-CRPD tan-NU, filwaqt li jinnota l-ħtieġa li dawn is-servizzi jiġu mmonitorjati biex tiġi żgurata l-kwalità tagħhom; iqis li l-kwalità għolja tal-kura tiddependi fuq il-kwalità għolja tas-servizzi pprovduti u kemm dawn jirrispettaw id-dinjità u d-drittijiet tal-bniedem tar-riċevituri u kif dawn jiżguraw l-inklużjoni tar-riċevituri fil-komunità;
15.Ifakkar li n-nuqqas ta' servizzi ta' kura huwa fattur ewlieni tas-sottorappreżentanza tan-nisa fis-suq tax-xogħol, peress li jagħmilha aktar diffiċli biex jinstab bilanċ bejn ir-responsabbiltajiet tax-xogħol u tal-familja, li jwassal biex xi nisa jitilqu mis-suq tax-xogħol għalkollox, jaħdmu inqas sigħat f'impjieg bi ħlas u jqattgħu aktar ħin jaqdu responsabbiltajiet ta' kura mhux imħallsa, b'riperkussjonijiet dannużi għad-drittijiet tas-sigurtà soċjali tagħhom, b'mod partikolari l-pensjonijiet, u riskju akbar ta' faqar u esklużjoni soċjali, speċjalment matul l-età avvanzata;
It-tipi ta' kura
16.Jinnota li hemm varjetà ta' servizzi ta' kura, inklużi l-indukrar u l-edukazzjoni fl-ewwel snin tat-tfulija, is-servizzi ta' kura għall-persuni anzjani u l-kura jew l-appoġġ għall-persuni b'diżabbiltà u/jew mard kroniku li jkollhom ħtiġijiet ta' saħħa u kura dejjiema, u jinnota li bħala riżultat ta' dan ġew żviluppati approċċi ta' politika differenti; huwa tal-fehma li l-kura tista' tingħata minn persuni li jagħtu kura b'mod formali u informali;
17.Jemmen li l-approċċ għall-iżvilupp ta' servizzi ta' kura għandu jqis il-kategoriji kollha ta' utenti u d-differenzi u l-preferenzi differenti tagħhom għat-tipi ta' servizzi ta' kura li jeħtieġu, inklużi persuni li ġejjin minn ambjenti żvantaġġati, bħall-minoranzi etniċi jew familji migranti, u persuni li jgħixu f'żoni remoti u rurali u familji bi dħul baxx; ifakkar li l-kunċett tal-familja użat fil-leġiżlazzjoni u fil-politiki għandu jinftiehem f'sens wiesa';
18.Jirrikonoxxi li status soċjoekonomiku baxx u livelli baxxi ta' edukazzjoni huma, għal ħafna nies, ostakli għas-servizzi ta' kura, li jaggravaw l-isfidi li jiffaċċjaw biex jiksbu bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata; iqis li dan jirrikjedi programmazzjoni u politika espliċiti;
19.Jinnota li s-settur privat għandu rwol importanti fil-provvista ta' servizzi ta' kura fit-tul għal persuni b'diżabbiltà u persuni anzjani, u li l-kwistjonijiet relatati mal-aċċessibbiltà u l-kwalità ta' tali servizzi tqajmu fl-UE kollha; jistieden lill-Kummissjoni tivvaluta s-sitwazzjoni fis-suq tas-servizzi ta' kura u tieħu l-inizjattivi regolatorji meħtieġa biex tikkontrolla u tissorvelja l-kwalità tas-servizzi offruti f'sitwazzjonijiet bħal dawn;
Il-kwalità, l-affordabbiltà u l-aċċessibbiltà tal-kura
20.Jemmen li s-servizzi ta' kura għandhom jitfasslu b'tali mod li jipprovdu għażliet ġenwini lill-utenti, lill-membri tal-familja u lill-persuni li jindukraw kollha, kemm jekk ikunu f'impjieg full-time kif ukoll part-time, dawk li jaħdmu għal rashom jew persuni qiegħda;
21.Jemmen li dawk li jippjanaw, jipprogrammaw u jipprovdu servizzi ta' kura għandhom responsabbiltà li jkunu jafu bil-ħtiġijiet tal-utenti u li s-servizzi ta' kura għall-anzjani u persuni b'diżabbiltà jridu jiġu ppjanati u żviluppati bil-parteċipazzjoni attiva u sinifikanti tal-utenti u għandhom jiġu mfassla u implimentati permezz ta' approċċ ibbażat fuq id-drittijiet; jinnota l-esperjenzi pożittivi ta' persuni b'diżabbiltajiet mentali u intellettwali li ħadu sehem fl-iżvilupp ta' infrastruttura u servizzi li jtejbu l-għajxien indipendenti u l-kwalità tal-ħajja tagħhom;
22.Jirrimarka li l-provvista ta' kura ta' kwalità fl-UE tvarja ħafna kemm fi ħdan kif ukoll fost l-Istati Membri: bejn l-ambjenti privati u pubbliċi, iż-żoni urbani u rurali, u gruppi ta' etajiet differenti; jieħu nota tal-fatt li parti kbira mir-responsabbiltajiet tal-indukrar tat-tfal u tal-kura fit-tul hija r-responsabbiltà tal-familji, speċjalment in-nanniet fil-każ tal-indukrar tat-tfal, li hija partikolarment evidenti fin-Nofsinhar u l-Lvant tal-Ewropa(20);
23.Jistieden lill-Istati Membri jiżguraw kopertura tajba tas-servizzi ta' kura, kemm f'żoni urbani kif ukoll f'żoni rurali, sabiex jitjiebu l-aċċessibbiltà u d-disponibbiltà tal-kura għal persuni li ġejjin minn ambjenti żvantaġġati, inklużi dawk li jgħixu f'żoni rurali u remoti;
24.Jemmen li l-aċċessibbiltà tirriżulta minn taħlita tal-kost u tal-flessibbiltà u li għalhekk għandu jkun hemm firxa ta' provvedimenti tas-servizzi ta' kura, kemm pubbliċi kif ukoll privati, u għall-kura fid-dar u f'ambjenti bħal dak tad-dar; iqis, barra minn hekk, li l-membri tal-familja jew għandhom ikunu jistgħu jipprovdu l-kura b'mod volontarju jew ikunu ssussidjati biex jakkwistaw servizzi ta' kura;
25.Jenfasizza li l-kwalità tas-servizzi ta' kura għandha tinftiehem f'varjetà sħiħa ta' modi, inklużi l-kwalità tal-faċilitajiet u s-servizzi, il-kwalità tal-programmi tat-tagħlim għat-tfal, il-professjonaliżmu tal-persuni li jindukraw, il-kwalità tal-bini u l-ambjent, il-livelli tal-edukazzjoni tal-persuni li jindukraw u l-kundizzjonijiet tax-xogħol tagħhom;
26.Jinnota li s-servizzi ta' kura għandhom jiġu żviluppati sabiex isaħħu l-kontinwità tal-kura, il-kura tas-saħħa u soċjali preventiva, ir-rijabilitazzjoni u l-għajxien indipendenti; jemmen li l-arranġamenti diretti għall-kura fid-djar għandhom jiġu mħeġġa, sabiex il-persuni bi bżonnijiet ta' kura jkunu jistgħu jiksbu s-servizzi ta' professjonisti tal-kura kwalifikati fi djarhom u jkunu jistgħu jgħixu b'mod indipendenti, fejn ikun possibbli; huwa tal-fehma li s-servizzi ta' kura għandhom, fejn rilevanti, ikunu mmirati lejn appoġġ tal-familja komprensiv, bħal għajnuna fid-dar, tutoraġġ u indukrar tat-tfal;
27.Jenfasizza li l-informazzjoni dwar is-servizzi ta' kura u l-fornituri ta' servizzi disponibbli għandha tkun aċċessibbli għall-ġenituri, għall-anzjani, għall-persuni b'diżabbiltà u/jew li għandhom mard kroniku li jeħtieġu kura fit-tul kif ukoll għal dawk li jagħtu l-kura b'mod informali;
28.Jissottolinja l-fatt li n-nuqqas ta' disponibbiltà ta' servizzi u l-ispejjeż projbittivi tal-indukrar tat-tfal għandhom impatt negattiv fuq it-tfal li ġejjin minn familji bi dħul baxx, li jpoġġihom fi żvantaġġ minn età żgħira; jenfasizza li kull wild għandu d-dritt għal kura ta' kwalità tajba u għall-iżvilupp bikri tat-tfulija, inkluża firxa sħiħa ta' stimoli soċjali; jinnota li l-ispejjeż eċċessivi tas-servizzi ta' kura jaffettwaw ukoll lil persuni dipendenti li ġejjin minn familji bi dħul baxx, filwaqt li jpoġġuhom fi żvantaġġ;
29.Huwa tal-fehma li n-nuqqas ta' investiment fl-indukrar tat-tfal ta' kwalità għolja għal tfal taħt it-tliet snin jestendi l-interruzzjonijiet fil-karriera tan-nisa u joħloq diffikultajiet meta jirritornaw għax-xogħol;
30.Jemmen li l-programmi nazzjonali għandhom jissaħħu sabiex itejbu l-kwalità tal-ħajja ta' nisa anzjani, b'mod partikolari dawk b'mard li jikkawża diżabbiltà tal-memorja, u l-dawk li jindukraw, li ħafna drabi huma nisa anzjani huma wkoll; jipproponi li l-assoċjazzjonijiet tal-Alzheimer għandhom jiġu kkonsultati fit-tfassil u l-implimentazzjoni ta' tali miżuri;
31.Jistieden lill-Kummissjoni tiżviluppa gwida għall-Istati Membri, f'konformità mal-proposti fformulati hawn, dwar l-iżvilupp ta' servizzi ta' kura komprensivi favur l-impjiegi, ibbażati fuq il-persuni, u servizzi ta' kura bbażati fuq il-komunità u aċċessibbli li jinkludu l-indukrar tat-tfal, servizzi ta' kura għal persuni anzjani u servizzi ta' kura għal persuni b'diżabbiltà u/jew mard kroniku, u li huma bbażati fuq il-parteċipazzjoni u l-konsultazzjoni mal-utenti li għalihom huma intiżi s-servizzi biex jiġi żgurat li huma aċċessibbli u jissodisfaw il-ħtiġijiet tal-utenti maħsuba;
32.Jieħu nota tad-diversi prattiki fl-Istati Membri u jenfasizza li l-kooperazzjoni u l-iskambju tal-aħjar prattiki fil-livell Ewropew jistgħu jappoġġaw it-tagħlim bejn il-pari u l-konsulenza bejn il-pari fost l-Istati Membri u jikkontribwixxu għall-iżvilupp ta' servizzi ta' kura ta' kwalità billi jappoġġaw u jikkomplementaw il-miżuri meħuda fil-livelli reġjonali u nazzjonali, minbarra li jgħinu lill-Istati Membri jindirizzaw sfidi komuni; jistieden lill-Kummissjoni sservi bħala pjattaforma u tiffaċilita dan l-iskambju ta' esperjenzi u prattiki tajbin dwar il-kwalità, l-aċċessibbiltà u l-affordabbiltà tas-servizzi ta' kura, kif ukoll il-mudelli differenti ta' provvista għal servizzi ta' kura mfassla apposta għal ċirkostanzi individwali u kapaċitajiet finanzjarji biex jiġu indirizzati l-isfidi tal-kura;
33.Jinsab imħasseb dwar il-kundizzjonijiet tax-xogħol f'ħafna servizzi ta' kura, bħal pereżempju sigħat twal ta' xogħol, paga inadegwata, nuqqas ta' taħriġ u politiki dgħajfa dwar is-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol; jinsab imħasseb li x-xogħol ta' kura huwa meqjus bħala settur mhux attraenti għall-impjiegi, li jattira prinċipalment nisa u ħaddiema migranti; jenfasizza li dawn il-kundizzjonijiet għandhom ukoll impatt fuq il-kwalità tal-kura li tingħata; jistieden, għalhekk, lill-Istati Membri jagħtu valur mill-ġdid lill-kura bħala għażla ta' karriera, u jistieden lill-Kummissjoni tistabbilixxi qafas legali għal standards minimi għall-ħaddiema fis-settur, f'kollaborazzjoni mas-sħab soċjali, u tniedi inizjattiva dwar il-kwalità tal-kura fit-tul, billi tispira ruħha mill-għodod u l-inizjattivi volontarji disponibbli mmexxija mis-soċjetà ċivili, bħall-Qafas Ewropew ta' Kwalità għal servizzi ta' kura fit-tul u l-proposta reċenti tal-Kummissjoni għal Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar Sistemi ta' Edukazzjoni u Kura Bikrija tat-Tfal ta' Kwalità Għolja;
34.Jistieden lill-Istati Membri jimmonitorjaw u jiżguraw li l-istituzzjonijiet u postijiet oħra li jipprovdu l-kura jkunu postijiet sikuri u motivanti għax-xogħol u li hemm investiment adegwat fil-benessri u s-saħħa okkupazzjonali tal-fornituri tas-servizzi tal-kura tas-saħħa; jemmen li huwa essenzjali li jiġi żgurat il-benessri tal-persuni li jindukraw sabiex jiġi evitat l-abbuż ta' dawk li jirċievu l-kura; jappoġġa, f'dan il-kuntest, l-inizjattivi leġiżlattivi għaċ-ċertifikazzjoni u r-rikonoxximent ta' professjonisti li jindukraw, u jistieden lill-Istati Membri jieħdu miżuri biex itejbu l-kundizzjonijiet tax-xogħol tal-persuni li jindukraw, bħall-iżgurar tad-drittijiet tagħhom għal kuntratt ta' impjieg formali u liv imħallas; jistieden ukoll lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jqajmu kuxjenza pubblika dwar il-valur tas-servizzi tal-kura sabiex itejbu l-istatus tal-professjoni tal-kura u jippromwovu l-involviment tal-irġiel fl-attivitajiet ta' kura;
35.Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tippreżenta lill-Kunsill, għal approvazzjoni, programm tal-persuni li jindukraw Ewropej, bil-għan li jiġu identifikati u rikonoxxuti d-diversi tipi ta' kura fl-Ewropa, u jiġi garantit l-appoġġ finanzjarju għall-persuni li jindukraw, u l-iżvilupp progressiv tal-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata tagħhom;
36.Ifakkar li r-riżoluzzjoni tiegħu tal-4ta'Lulju2013 dwar l-impatt tal-kriżi fuq l-aċċess għall-kura tal-gruppi vulnerabbli(21) speċifikament titlob għal direttiva dwar il-liv tal-persuni li jindukraw; jinnota li l-persuni li jindukraw b'mod informali li jagħżlu li jipprovdu kura informali lill-qraba tagħhom għandhom jirċievu kumpens adegwat u aċċess għad-drittijiet soċjali fuq bażi komparabbli ma' fornituri oħra ta' kura; jitlob, barra minn hekk, approċċ komprensiv biex jiġu indirizzati l-isfidi ta' persuni li jindukraw b'mod informali li jmorru lil hinn mil-leġiżlazzjoni dwar l-impjiegi, bħall-appoġġ kontinwu għad-dħul, l-aċċess għall-kura tas-saħħa, il-possibbiltà ta' liv annwali u l-akkumulazzjoni tad-drittijiet tal-pensjoni sabiex ikunu suffiċjenti, anke meta l-livelli ta' dħul tal-persuni li jindukraw jkunu temporanjament aktar baxxi minħabba l-provvediment ta' kura informali, sitwazzjoni li tikkonċerna l-aktar lin-nisa; jemmen li l-għoti ta' servizzi ta' kura m'għandux ikollu impatt negattiv fuq is-saħħa u l-benesseri tal-persuni li jindukraw b'mod informali; jistieden lill-Istati Membri, f'dan il-kuntest, jipprovdu servizzi adegwati ta' kura temporanja u konsulenza, konsulenza bejn il-pari, appoġġ psikoloġiku, kura matul il-jum u faċilitajiet ta' kura temporanja għal persuni li jindukraw b'mod informali li jgħinu biex tiżdied il-parteċipazzjoni tagħhom fl-impjieg;
37.Jistieden lill-Istati Membri jintroduċu "care credits" (krediti tal-kura) permezz ta' leġiżlazzjoni dwar ix-xogħol u s-sigurtà soċjali kemm għan-nisa kif ukoll għall-irġiel bħala perjodi ekwivalenti għall-akkumulazzjoni ta' drittijiet tal-pensjoni sabiex jiġu protetti dawk li jieqfu għal ftit mill-impjieg biex jipprovdu kura informali u mhux imħallas lil persuna dipendenti jew membru tal-familja u biex jiġi rikonoxxut il-valur tax-xogħol ta' dawn il-persuni li jindukraw għas-soċjetà kollha kemm hi;
38.Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiżguraw li l-persuni li jindukraw b'mod informali huma rikonoxxuti bħala atturi ugwali fl-għoti tas-servizzi tal-kura u jiżviluppaw, barra minn hekk, bħala parti minn programmi ta' tagħlim tul il-ħajja, taħriġ u rikonoxximent tal-ħiliet miksuba ta' dawk li jindukraw b'mod informali; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri, jipprovdu appoġġ għal żgħażagħ li jindukraw, f'kooperazzjoni mal-NGOs u l-istabbilimenti edukattivi; jitlob lill-Kummissjoni tipproponi pjan ta' azzjoni li jkun fih dawn il-miżuri u oħrajn biex jiġu żgurati l-kwalità tal-kura u l-kwalità tal-ħajja tal-persuni li jindukraw;
39.Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jwettqu riċerka dwar l-għadd ta' żgħażagħ li jindukraw u dwar l-impatt ta' dan ir-rwol fuq il-benessri u l-għajxien tagħhom u, fuq il-bażi ta' din ir-riċerka, jipprovdu appoġġ u jindirizzaw il-ħtiġijiet speċifiċi tal-persuni li jindukraw iż-żgħażagħ, b'kooperazzjoni mal-NGOs u l-istabbilimenti edukattivi;
40.Jistieden lill-Kummissjoni tqis aħjar is-servizzi ta' kura u tal-persuni li jindukraw meta tiżviluppa r-riċerka u l-politiki, b'mod partikolari fir-rigward tal-Fond Soċjali Ewropew (FSE), l-Istrateġija tad-Diżabbiltà u l-Programm tas-Saħħa;
Il-miri tal-kura
41.Jenfasizza l-fatt li l-isfida attwali biex jintlaħqu l-miri ta' Barċellona hija li jiżdied il-provvediment tal-indukrar tat-tfal għat-tfal ta' bejn 3-4snin; jilqa' r-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni biex testendi l-mira tal-Istrateġija2020 għall-Edukazzjoni u t-Taħriġ biex toffri postijiet għall-indukrar tat-tfal għal mill-inqas 95% tat-tfal bejn l-età ta' tliet snin u l-età tal-iskola obbligatorja; jistieden lill-Kummissjoni, f'konsultazzjoni mal-atturi rilevanti inklużi l-Istati Membri, tirrevedi 'l fuq il-miri ta' Barċellona u l-miri dwar l-edukazzjoni bikrija tat-tfal; jistieden lill-Istati Membri jżidu l-isforzi tagħhom biex jilħqu l-miri u jagħtu prijorità lill-provvediment ta' kura fl-aġendi politiċi tagħhom; jistieden lill-Istati Membri jtejbu l-oqfsa ta' kwalità nazzjonali tas-servizzi tal-edukazzjoni u kura bikrija tat-tfal billi jqisu l-proposta tal-Kummissjoni għal Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar Sistemi ta' Kura u Edukazzjoni Bikrija tat-Tfal ta' Kwalità Għolja, u jinkoraġġixxi lill-Istati Membri jirrevedu l-ħames oqsma kruċjali tas-servizzi tal-edukazzjoni u kura bikrija tat-tfal imsemmija fil-proposta: aċċess, forza tax-xogħol, kurrikulu, monitoraġġ u evalwazzjoni, u governanza u finanzjament. jistieden lill-Istati Membri biex fl-għoti ta' servizzi ta' indukrar tat-tfal ta' qabel l-iskola jagħmlu enfasi mhux biss fuq l-aċċessibbiltà iżda anki fuq il-kwalità tal-indukrar, b'mod partikolari għal tfal li ġejjin minn ambjenti żvantaġġati u tfal b'diżabbiltà;
42.Jistieden lill-Kummissjoni tistabbilixxi indikaturi u miri ta' kwalità korrispondenti dwar is-servizzi ta' kura għall-anzjani u għall-persuni b'diżabbiltà u/jew mard kroniku li jeħtieġu l-kura, simili għall-miri ta' Barċellona, b'għodod ta' monitoraġġ biex jitkejlu l-kwalità, l-aċċessibbiltà u l-affordabbiltà ta' dawn is-servizzi;
43.Jistieden lill-Kummissjoni tinkludi l-kura għall-anzjani u għall-persuni b'diżabilità u/jew mard kroniku fil-monitoraġġ u r-reviżjoni tagħha tad-data fis-Semestru Ewropew u fir-rapport annwali dwar l-ugwaljanza bejn is-sessi; jistieden lill-Istati Membri jikkunsidraw li jinkludu valutazzjonijiet ta' servizzi ta' kura għal persuni anzjani u persuni b'diżabbiltà u/jew mard kroniku fir-rapporti tal-pajjiżi tagħhom, filwaqt li jqisu l-feedback mingħand dawk li jindukraw u dawk li jirċievu l-kura; jistieden lill-Kummissjoni tinkludi data dwar din il-kura f'sett ta' indikaturi tal-progress soċjali, li għandhom jiġu mmonitorjati fil-kuntest tas-Semestru Ewropew; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Kunsill jinkludu dawn l-indikaturi soċjali fost ir-regoli tas-Semestru; iħeġġeġ lill-Istati Membri jadottaw u jużaw miżuri korrettivi jekk il-progress ikun kajman ħafna;
44.Jistieden ukoll lill-Kummissjoni ttejjeb il-ġbir ta' data diżaggregata skont il-ġeneru u tiżviluppa statistika speċifika għas-settur, definizzjonijiet u indikaturi komparabbli, tivvaluta d-dimensjonijiet tas-sessi tal-aċċessibbiltà, il-kwalità, id-disponibbiltà u l-effiċjenza tas-servizzi ta' kura tat-tfal, persuni b'diżabbiltà u mard kroniku u persuni anzjani fil-livell tal-UE, filwaqt li jinstabu modi biex jiġi evitat li jiżdied il-piż ta' monitoraġġ fuq il-professjonisti tal-kura; jistieden lill-Kummissjoni timmonitorja l-iżvilupp tas-servizzi ta' kura u tħejji rakkomandazzjonijiet għal azzjoni korrettiva jekk ikun meħtieġ;
45.Jistieden lill-Istati Membri jiġbru data ta' kwalità dwar l-għoti ta' servizzi ta' kura disponibbli permezz ta' finanzjament pubbliku u privat għat-tfal, l-anzjani u l-persuni b'diżabbiltà, bil-għan li jimmonitorjaw is-sitwazzjoni ġenerali u jtejbu s-servizzi ta' kura billi jiffokaw mhux biss fuq il-ħtiġijiet tal-utenti iżda wkoll il-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata tan-numru kbir ta' persuni li jindukraw; jistieden lill-Istati Membri jadottaw strumenti ta' politika effikaċi u azzjonijiet korrettivi meta jkun meħtieġ;
Il-finanzjament tal-kura
46.Jistieden lill-Istati Membri, anki bil-għan li jindirizzaw id-defiċit ta' investiment eżistenti, biex iżidu l-investiment pubbliku fis-servizzi ta' kura u fl-infrastruttura għat-tfal, speċjalment fit-tfulija bikrija, u għall-kura ta' persuni dipendenti oħra, jiżguraw aċċess universali għal tali servizzi, itejbu l-kwalità tal-kura, u jżidu l-investiment f'miżuri speċjali li jippermettu li l-persuni li jindukraw ikollhom ħajja professjonali attiva;
47.Jinnota l-impatt sproporzjonat li n-nuqqas ta' investiment fi strutturi u servizzi ta' kura għandu fuq ġenituri weħidhom, li l-biċċa l-kbira minnhom huma nisa, u fuq il-familji li jgħixu fil-faqar u f'riskju ta' esklużjoni soċjali;
48.Jinnota l-importanza tal-integrazzjoni ta' kwistjonijiet ta' ugwaljanza bejn is-sessi fl-istadji kollha ta' implimentazzjoni tad-diversi politiki, b'mod kruċjali fl-istadju tal-programmazzjoni; jistieden lill-Istati Membri jiżguraw li d-dimensjoni tal-ġeneri tiġi integrata bis-sħiħ fil-Pjanijiet ta' Riforma Nazzjonali mhux biss bis-sostenn tal-FSE iżda wkoll b'dak ta' fondi tal-UE oħra li jipprovdu riżorsi għall-infrastruttura soċjali ġenerali, li għandhom jintużaw mill-Istati Membri għall-iżvilupp ta' servizzi ta' kura;
49.Jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li l-proċess tas-Semestru Ewropew iservi biex jintlaħaq il-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali, u b'hekk iħalli biżżejjed spazju biex l-Istati Membri jiffinanzjaw u jsostnu l-finanzjament tagħhom għas-servizzi ta' kura;
50.Jappoġġa l-inklużjoni fir-Rakkomandazzjonijiet Speċifiċi għall-Pajjiż tal-Kummissjoni ta' miżuri li jiffokaw fuq l-investiment fil-faċilitajiet għall-kura tat-tfal u d-diżinċentivi fiskali li jipprevjenu lit-tieni sors ta' dħul – fil-biċċa l-kbira nisa – milli jaħdmu aktar jew milli jaħdmu għalkollox, u fuq miżuri oħrajn biex tiġi indirizzata d-differenza bejn il-pagi tal-irġiel u n-nisa;
51.Jistieden lill-Kummissjoni ssaħħaħ il-provvista tal-finanzjament għat-tipi kollha ta' servizzi ta' kura b'attenzjoni partikolari, fejn xieraq, għat-tranżizzjoni minn servizzi istituzzjonali għal servizzi bbażati fil-komunità permezz tal-FSE+ u strumenti finanzjarji oħra li l-għan tagħhom hu li jiffinanzjaw l-infrastruttura soċjali; jistieden lill-Kummissjoni, bl-istess mod, biex issaħħaħ id-dotazzjoni tal-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) sabiex tappoġġa l-provvista ta' faċilitajiet għall-kura tat-tfal f'żoni rurali, u biex tkompli tuża l-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi (FEIS) sabiex tiffinanzja l-proġetti tal-ECEC; jistieden lill-Kummissjoni, barra minn hekk, timmonitorja b'mod rigoruż l-infiq tal-finanzjament tal-UE, speċjalment taħt il-Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej (SIE) fil-qasam tas-servizzi tal-kura soċjali u l-kura fit-tul u biex tiżgura li l-investimenti jkunu konformi mal-obbligi tad-drittijiet tal-bniedem skont il-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet Fundamentali u l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali;
52.Jistieden lill-Kummissjoni tikkunsidra li l-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali tagħmilhom applikabbli minn fruntiera għal oħra, bil-għan li l-Istat Membru ta' oriġini ta' persuna jkun jista' jiffinanzja l-assenjazzjoni ta' dak iċ-ċittadin f'faċilità ta' servizz soċjali fi Stat Membru ieħor (f'każijiet fejn tali faċilità mhijiex disponibbli fl-Istat Membru ta' oriġini);
53.Jindika l-ħtieġa li ssir analiżi aħjar tal-potenzjal għal investiment pubbliku-privat fl-għoti ta' servizzi ta' kura fir-rigward ta' inizjattivi eżistenti tal-kumpaniji għall-ħaddiema b'responsabbiltajiet ta' kura ta' persuni b'diżabbiltà u adulti;
54.Jistieden lill-Istati Membri biex jieħdu approċċ komprensiv għal kull tip ta' servizz ta' kura u jsaħħu d-dispożizzjonijiet għall-użu effiċjenti u sinerġistiku tal-istrumenti finanzjarji rilevanti tal-UE fl-oqsma tat-tagħlim tul il-ħajja, ir-riċerka u l-iżvilupp infrastrutturali; iħeġġeġ lill-Istati Membri jipprijoritizzaw il-finanzjament għall-kura tat-tfal u l-kura fit-tul bl-użu tal-istrumenti finanzjarji disponibbli fi ħdan il-qafas finanzjarju pluriennali (QFP) li jmiss, mhux l-inqas il-FEIS eżistenti, il-Fondi SIE, bħall-FSE u l-FEŻR, u l-FAEŻR; iħeġġeġ aktar lill-Istati Membri biex iqassmu r-riżorsi tagħhom b'mod aktar effiċjenti b'tali mod li jiżdied kemm l-aċċess kif ukoll l-affordabbiltà tas-servizzi tal-kura għall-gruppi żvantaġġati u vulnerabbli, u biex ifasslu mudelli ta' finanzjament effiċjenti, inkluż finanzjament immirat, li jsibu l-bilanċ ġust bejn l-investiment pubbliku u l-investiment privat, skont iċ-ċirkostanzi nazzjonali u lokali;
55.Jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li l-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi ikollu riżorsi adegwati biex jimmonitorja l-iżvilupp tal-infrastruttura tal-kura u l-implimentazzjoni ta' politiki dwar il-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja, u biex janalizza jekk u kif il-politiki qed jiksbu t-titjib mixtieq f'dak li jikkonċerna l-ugwaljanza bejn is-sessi;
56.Jilqa' d-deċiżjoni ta' xi Stati Membri li jintroduċu inċentivi fiskali għall-kumpaniji li jipprovdu servizzi ta' kura tat-tfal għall-impjegati tagħhom sabiex itejbu l-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata;
o oo
57.Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.
Pjan Direzzjonali tal-Kummissjoni Ewropea għall-2018, Ċentru Ewropew ta' Strateġija Politika (2017), "10 Trends Transforming Education as We Know It" (10 Xejriet li qed jittrasformaw l-edukazzjoni kif nafuha).
Eurofound , "Caring for children and dependants: effect on careers of young workers" (Il-kura tat-tfal u persuni dipendenti: l-effett fuq il-karrieri ta' ħaddiema żgħażagħ),
Kif appellat fir-riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-20ta'Ottubru2010 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva tal-Kunsill92/85/KEE dwar l-introduzzjoni ta' mizuri biex jinkoraġġixxu t-titjib fis-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol għall-ħaddiema nisa tqal u ħaddiema li welldu reċentement, jew li qed ireddgħu (ĠUC70E, 8.3.2012, p.162).