Ϸվ

Ի徱ċ
ʰċԳپ
Li jmiss
Test sħiħ
Proċedura :
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0131/2019

Testi mressqa :

A8-0131/2019

Dibattiti :

PV26/03/2019-12
CRE26/03/2019-12

Votazzjonijiet :

PV26/03/2019-13.36

Testi adottati :

P8_TA(2019)0277

Testi adottati
PDF158kWORD53k
It-Tlieta, 26 ta' Marzu 2019-Strasburgu
Kwittanza 2017: Il-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ (ETF)
P8_TA(2019)0277A8-0131/2019
ٱċżDzԾ
ٱċżDzԾ
龱żDZܳDzԾ

1. ٱċżDzԾ tal-Parlament Ewropew tas-26 ta' Marzu 2019 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ (ETF) għas-sena finanzjarja2017 ()

Il-Parlament Ewropew,

–wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ għas-sena finanzjarja2017,

–wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ għas-sena finanzjarja2017, flimkien mar-risposta tal-Fondazzjoni(1),

–wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja2017 skont l-Artikolu287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12ta'Frar2019 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Fondazzjoni fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja2017 (05825/2019 – C8-0077/2019),

–wara li kkunsidra l-Artikolu319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25ta'Ottubru2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru1605/2002(3), u b'mod partikolari l-Artikolu208 tiegħu,

–wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18ta'Lulju2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru1296/2013, (UE) Nru1301/2013, (UE) Nru1303/2013, (UE) Nru1304/2013, (UE) Nru1309/2013, (UE) Nru1316/2013, (UE) Nru223/2014, (UE) Nru283/2014, u d-ٱċżDzԾ Nru541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru966/2012(4), u b'mod partikolari l-Artikolu70 tiegħu,

–wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru1339/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16ta'Diċembru2008 li jistabbilixxi Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ(5), u b'mod partikolari l-Artikolu17 tiegħu,

–wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru1271/2013 tat-30ta'Settembru2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(6), u b'mod partikolari l-Artikolu108 tiegħu,

–wara li kkunsidra l-Artikolu94 u l-AnnessIV tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali (A8-0131/2019),

1.Jagħti l-kwittanza lid-Direttur tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Fondazzjoni għas-sena finanzjarja2017;

2.Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha, lid-Direttur tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serjeL).

(1) ĠUC434, 30.11.2018, p.184.
(2) ĠUC434, 30.11.2018, p.184.
(3) ĠU L298, 26.10.2012, p.1.
(4) ĠU L193, 30.7.2018, p.1.
(5) ĠU L354, 31.12.2008, p.82.
(6) ĠU L328, 7.12.2013, p.42.


2. ٱċżDzԾ tal-Parlament Ewropew tas-26 ta’ Marzu 2019 dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ għas-sena finanzjarja2017 ()

Il-Parlament Ewropew,

–wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ għas-sena finanzjarja2017,

–wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ għas-sena finanzjarja2017, flimkien mar-risposta tal-Fondazzjoni(1),

–wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja2017 skont l-Artikolu287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12ta'Frar2019 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Fondazzjoni fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja2017 (05825/2019 – C8-0077/2019),

–wara li kkunsidra l-Artikolu319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25ta'Ottubru2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru1605/2002(3), u b'mod partikolari l-Artikolu208 tiegħu,

–wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18ta'Lulju2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru1296/2013, (UE) Nru1301/2013, (UE) Nru1303/2013, (UE) Nru1304/2013, (UE) Nru1309/2013, (UE) Nru1316/2013, (UE) Nru223/2014, (UE) Nru283/2014, u d-ٱċżDzԾ Nru541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru966/2012(4), u b'mod partikolari l-Artikolu70 tiegħu,

–wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru1339/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16ta'Diċembru2008 li jistabbilixxi Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ(5), u b'mod partikolari l-Artikolu17 tiegħu,

–wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru1271/2013 tat-30ta'Settembru2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(6), u b'mod partikolari l-Artikolu108 tiegħu,

–wara li kkunsidra l-Artikolu94 u l-AnnessIV tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali (A8-0131/2019),

1.Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ għas-sena finanzjarja2017;

2.Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lid-Direttur tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serjeL).

(1) ĠUC434, 30.11.2018, p.184.
(2) ĠUC434, 30.11.2018, p.184.
(3) ĠU L298, 26.10.2012, p.1.
(4) ĠU L193, 30.7.2018, p.1.
(5) ĠU L354, 31.12.2008, p.82.
(6) ĠU L328, 7.12.2013, p.42.


3. 龱żDZܳDzԾ tal-Parlament Ewropew tas-26 ta’ Marzu 2019 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ għas-sena finanzjarja2017 ()

Il-Parlament Ewropew,

–wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ għas-sena finanzjarja2017,

–wara li kkunsidra l-Artikolu94 u l-AnnessIV tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali (A8-0131/2019),

A.billi, skont ir-rapporti tad-dħul u n-nefqa tagħha(1), il-baġit finali tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ (il-"Fondazzjoni") għas-sena finanzjarja2017 kien jammonta għal EUR20144089, li jirrappreżenta tnaqqis ta' 3,62% meta mqabbel ma' dak għas-sena2016; billi l-baġit tal-Fondazzjoni jiġi kważi kollu mill-baġit tal-Unjoni;

B.billi l-Qorti tal-Awdituri, fir-rapport tagħha dwar il-kontijiet annwali tal-Fondazzjoni għas-sena finanzjarja2017 ("ir-rapport tal-Qorti"), stqarret li kisbet assigurazzjonijiet raġonevoli li l-kontijiet annwali tal-Fondazzjoni huma affidabbli u li t-tranżazzjonijiet ta' bażi huma legali u regolari;

Ġestjoni baġitarja u finanzjarja

1.Jinnota b'sodisfazzjon li l-isforzi ta' monitoraġġ baġitarju matul is-sena finanzjarja2017 irriżultaw f'rata għolja ta' implimentazzjoni tal-baġit ta' 99,93%, li meta mqabbla mal-2016 tirrappreżenta tnaqqis żgħir ta' 0,06%; jieħu nota li r-rata ta' eżekuzzjoni tal-approprjazzjonijiet ta' pagament kienet ta' 97,97%, li tirrappreżenta żieda ta' 0,31% meta mqabbla mas-sena preċedenti;

Kanċellazzjoni tar-riporti

2.Jinnota bi tħassib li l-livell tal-kanċellazzjonijiet tar-riporti mill-2016 għall-2017 kienu jammontaw għal EUR42925, u li għadu jirrappreżenta 9,16% tal-ammont totali riportat, minkejja tnaqqis sinifikanti ta' 8,42% meta mqabbel mal-2016;

Prestazzjoni

3.Jinnota b'sodisfazzjon li l-Fondazzjoni tuża għadd ta' Indikaturi Ewlenin tal-Prestazzjoni (KPIs) flimkien ma' indikaturi oħra ta' produttività u kwalità, sabiex tivvaluta l-valur miżjud ipprovdut mill-attivitajiet tagħha, u wkoll sabiex ittejjeb il-ġestjoni baġitarja tagħha;

4.Jilqa' l-appoġġ u l-komplementarjetà tal-Fondazzjoni għall-politiki esterni, b'mod partikolari l-Politiki tat-Tkabbir u l-Viċinat, u l-istrumenti tal-politika barranija tal-Unjoni; jilqa' l-kontribut tal-Fondazzjoni għall-assistenza esterna bilaterali marbuta mad-djalogu politiku u l-proċessi ta' rapportar fl-Unjoni; jirrikonoxxi l-volontà tagħha li tkun involuta aktar mill-qrib fi kwistjonijiet ta' Edukazzjoni u Taħriġ Vokazzjonali (ETV) fl-għajnuna mogħtija mill-Unjoni lill-pajjiżi terzi u jħeġġeġ id-disponibbiltà tal-Fondazzjoni li tappoġġja l-għajnuna tal-Unjoni għat-tisħiħ tar-riforma globali tal-ETV;

5.Jirrikonoxxi l-ħidma tal-Fondazzjoni biex tappoġġja lill-pajjiżi sħab tal-Unjoni sabiex jisfruttaw il-kapital uman tagħhom permezz tar-riforma tas-sistemi edukattivi, tat-taħriġ u tas-suq tax-xogħol fil-kuntest tal-politika tar-relazzjonijiet esterni tal-Unjoni; jilqa' l-attivitajiet tal-Fondazzjoni b'rabta mal-iżvilupp tal-ħiliet u l-iffaċilitar tat-tagħlim tul il-ħajja biex il-pajjiżi sħab jingħataw appoġġ sabiex itejbu l-impjegabbiltà u l-prospetti tal-impjieg taċ-ċittadini tagħhom;

6.Jilqa' l-appoġġ tal-Fondazzjoni lill-pajjiżi kandidati tal-Unjoni f'oqsma bħat-tagħlim imsejjes fuq ix-xogħol, l-iżvilupp professjonali kontinwu tal-għalliema tal-VET, u t-tagħlim intraprenditorjali; jappoġġja l-isforzi tal-Fondazzjoni fil-Balkani tal-Punent bil-għan li jiġu mmodernizzati l-kwalifiki u s-sistemi relattivi magħhom; jirrikonoxxi l-progress mwettaq bl-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-oqfsa ta' kwalifiki nazzjonali f'livelli differenti kif ukoll il-validazzjoni tat-tagħlim informali u mhux formali (VINFIL); jilqa' r-rapport tal-Fondazzjoni bit-titlu "Tracking vocational graduates in the EU candidate countries"; iħeġġeġ aktar ħidma mill-Fondazzjoni fil-pajjiżi tas-Sħubija tal-Lvant kemm f'attivitajiet reġjonali kif ukoll f'dawk speċifiċi għall-pajjiżi b'rabta mat-titjib tal-kwalità tal-iskejjel vokazzjonali, it-tagħmir u r-riżultati;

7.Jilqa' l-attivitajiet u l-appoġġ offruti fl-Asja Ċentrali fir-rigward tal-monitoraġġ tal-assistenza teknika u tal-appoġġ baġitarju tal-Unjoni f'dawn il-pajjiżi u l-promozzjoni tal-kooperazzjoni reġjonali allinjata mal-Pjattaforma għall-Edukazzjoni tal-Asja Ċentrali (CAEP); jappoġġja l-involviment kontinwu tal-Asja Ċentrali f'eżerċizzju ta' analiżi tal-politika u progress tal-monitoraġġ mas-sistema kollha fil-qasam tal-ETV permezz tal-Proċess ta' Turin.

8.Jinnota li l-Fondazzjoni kisbet rata ta' tlestija tal-attività ta' 93%, b'rata ta' tlestija fil-ħin ta' 88%, varat forum għall-kwalità fl-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali (ETV), u li hija tista' tilħaq il-miri tagħha fir-rigward ta' 13 minn 14-ilindikatur ewlieni tal-prestazzjoni;

9.Jilqa' l-ftehimiet u l-pjanijiet ta' azzjoni annwali tal-Fondazzjoni dwar il-kooperazzjoni f'oqsma ta' politika li jikkoinċidu ma' dawk tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol u taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta' Taħriġ Vokazzjonali; japprezza li l-Fondazzjoni saret il-mexxejja tal-kuntratt Inter-Aġenziji għall-forniment ta' stħarriġ dwar l-ingaġġ tal-persunal abbażi ta' punti ta' riferiment;

Politika dwar il-persunal

10.Jinnota li, fil-31ta'Diċembru2017, it-tabella tal-persunal ġiet eżegwita fil-livell ta' 96,6%, bil-ħatra ta' 85aġent temporanju minn 88aġent temporanju awtorizzati skont il-baġit tal-Unjoni (mqabbla mad-90postijiet awtorizzati fl-2016); jinnota li, barra minn hekk, 40aġent kuntrattwali u espert nazzjonali sekondat wieħed kienu qed jaħdmu għall-Fondazzjoni fl-2017;

11.Jenfasizza l-importanza li jiġi żgurat li jkun hemm persunal u riżorsi finanzjarji adegwati li jippermettu lill-Fondazzjoni timplimenta l-kompiti tagħha;

12.Jinnota li l-Fondazzjoni għandha fis-seħħ diversi miżuri kontra l-fastidju fuq il-post tax-xogħol u li l-impjegati ġodda kollha jattendu sessjoni ta' informazzjoni ppreżentata minn konsulenti kunfidenzjali;

Prevenzjoni u ġestjoni tal-kunflitti ta' interess u trasparenza

13.Jinnota l-miżuri eżistenti tal-Fondazzjoni u l-isforzi kontinwi biex tiżgura t-trasparenza, il-prevenzjoni u l-ġestjoni tal-kunflitti ta' interess, u l-protezzjoni tal-informaturi; jinnota li ġie stabbilit korp indipendenti ta' divulgazzjoni, konsulenza u riferiment għall-informaturi bil-ħatra tal-konsulent legali tal-Fondazzjoni bħala l-korrispondent tal-Fondazzjoni għall-etika u l-integrità; jinnota r-rwol tal-Korrispondent għall-Uffiċċju Ewropew ta' Kontra l-Frodi u tal-Korrispondent għall-Ombudsman ġew ikkombinati mar-rwol tal-Korrispondent għall-Etika u l-Integrità bil-għan li jkun hemm mezz wieħed ċentrali li permezz tiegħu l-persunal ikun jista' jirrapporta għemil ħażin filwaqt li jiġu garantiti l-indipendenza u l-kunfidenzjalità;

14.Jilqa' l-fatt li l-Fondazzjoni varat eżerċizzju obbligatorju online ta' sensibilizzazzjoni kontra l-frodi għall-persunal eżistenti tagħha, kif ukoll għal persunal ġdid fil-forma ta' eżerċizzju ta' induzzjoni obbligatorju;

Kontrolli interni

15.Jinnota li fl-2017, il-Fondazzjoni rrevediet il-qafas ta' kontroll intern tagħha u l-Bord tat-Tmexxija adotta l-Prinċipji ta' Kontroll Intern; jirrikonoxxi l-fatt li l-valutazzjoni kienet ibbażata fuq is-16-il standard ta' kontroll intern (ICS) fis-seħħ, u b'riżultat ta' dan, 10 mis-16-ilICS kienu vvalutati bħala li jeħtieġu biss "titjib żgħir", filwaqt li l-ebda wieħed mill-ICS ma kien meqjus bħala li jeħtieġ "titjib sinifikanti" jew li ma hemm "l-ebda sistema fis-seħħ"; jistieden lill-Fondazzjoni tirrapporta lill-awtorità ta' kwittanza dwar il-miżuri meħuda biex ittejjeb is-sitwazzjoni;

16.Jinnota li s-Servizz tal-Awditjar Intern (IAS) tal-Kummissjoni wettaq awditu dwar il-monitoraġġ tal-progress fl-ETV u li l-awditu rriżulta f'erba' rakkomandazzjonijiet, li tlieta minnhom huma meqjusa bħala "importanti" filwaqt li waħda minnhom hija meqjusa bħala "mixtieqa"; jinnota li l-Fondazzjoni għalhekk żviluppat pjan ta' azzjoni li kellu jiġi implimentat fl-2018; jirrikonoxxi l-fatt li l-Fondazzjoni ma għandha l-ebda rakkomandazzjoni miftuħa tal-awditjar maħruġa mill-IAS qabel l-2017;

Kummenti oħra

17.Jilqa' l-fatt li l-Fondazzjoni tqis li l-problemi relatati mal-uffiċċji f'Villa Gualino ngħelbu u li l-preżenza tagħha fil-faċilitajiet attwali hija assigurata għaż-żmien li ġej;

o
oo

18.Jirreferi, fir-rigward tal-kummenti l-oħrajn li jakkumpanjaw id-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza, li huma ta' natura orizzontali, għar-riżoluzzjoni tiegħu tas-26 ta’ Marzu 2019(2) dwar il-prestazzjoni, il-ġestjoni finanzjarja u l-kontroll tal-aġenziji.

(1) ĠU C84, 17.3.2017, p.28.
(2) Testi adottati, P8_TA-PROV(2019)0254.

Aġġornata l-aħħar: 20 ta' April 2020Avviż legali-Politika tal-privatezza