Ϸվ

Ի徱ċ
Test sħiħ
Proċedura :
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A9-0004/2020

Testi mressqa :

A9-0004/2020

Dibattiti :

PV29/01/2020-16
CRE29/01/2020-16

Votazzjonijiet :

PV29/01/2020-17.1
CRE29/01/2020-17.1
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P9_TA(2020)0018

Testi adottati
PDF129kWORD45k
L-Erbgħa, 29 ta' Jannar 2020-Brussell
Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u tal-Irlanda ta' Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika ***
P9_TA(2020)0018A9-0004/2020

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tad-29 ta' Jannar 2020 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq mill-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (XT 21105/3/2018 – C9-0148/2019 – )

(Approvazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–wara li kkunsidra n-notifika tad-29ta'Marzu2017 li r-Renju Unit bagħat lill-Kunsill Ewropew dwar l-intenzjoni tiegħu li joħroġ mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, f'konformità mal-Artikolu50(2) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mal-Artikolu106a tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika,

–wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq mill-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (XT21105/3/2018),

–wara li kkunsidra l-abbozz ta' ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika(1),

–wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni politika li tistabbilixxi l-qafas għar-relazzjonijiet futuri bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju Unit(2),

–wara li kkunsidra d-Deċiżjonijiet tal-Kunsill Ewropew (UE)2019/476 tat-22ta'Marzu2019(3), (UE)2019/584 tal-11ta'April2019(4) u (UE) 2019/1810 tad-29ta'Ottubru2019(5), meħuda bi qbil mar-Renju Unit, li jestendu l-perjodu skont l-Artikolu50(3) tat-TUE sat-12ta'April2019, sal-31ta'Ottubru2019, u sal-31ta'Jannar2020, rispettivament,

–wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tiegħu tal-5ta'April2017 dwar in-negozjati mar-Renju Unit wara n-notifika tiegħu li biħsiebu joħroġ mill-Unjoni Ewropea(6), tat-3ta'Ottubru2017 dwar il-qagħda tan-negozjati mar-Renju Unit(7), tat-13ta'Diċembru2017 dwar il-qagħda tan-negozjati mar-Renju Unit(8), tal-14ta'Marzu2018 dwar il-qafas tar-relazzjonijiet futuri bejn l-UE u r-Renju Unit(9), u tat-18ta'Settembru2019 dwar il-qagħda kurrenti tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea(10),

–wara li kkunsidra t-talba għall-approvazzjoni ppreżentata mill-Kunsill, skont l-Artikolu50(2) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (C9-0148/2019),

–wara li kkunsidra l-Artikolu105(1) u (4) u l-Artikolu88 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–wara li kkunsidra l-ittri mill-Kumitat għall-Affarijiet Barranin, mill-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali, mill-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali, mill-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel, mill-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur, mill-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu, mill-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali, mill-Kumitat għall-Affarijiet Legali, mill-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern u mill-Kumitat għall-Petizzjonijiet,

–wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali (A9-0004/2020),

1.Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-ftehim dwar il-ħruġ;

2.Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali u lill-Gvern tar-Renju Unit.

(1) ĠU C384I, 12.11.2019, p.1.
(2) ĠU C384I, 12.11.2019, p.178.
(3) ĠU L80I, 22.3.2019, p.1.
(4) ĠU L101, 11.4.2019, p.1.
(5) ĠU L278I, 30.10.2019, p.1.
(6) ĠU C298, 23.8.2018, p.24.
(7) ĠU C346, 27.9.2018, p.2.
(8) ĠU C369, 11.10.2018, p.32.
(9) ĠU C162, 10.5.2019, p.40.
(10) Testi adottati, P9_TA(2019)0016.

Aġġornata l-aħħar: 24 ta' April 2020Avviż legali-Politika tal-privatezza