Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Frar 2020 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim ta' Kummerċ Ħieles bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Soċjalista tal-Vjetnam (06050/2019 – C9-0023/2019 – )
(Approvazzjoni)
Il-Parlament Ewropew,
–wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill(06050/2019),
–wara li kkunsidra l-abbozz ta' Ftehim ta' Kummerċ Ħieles bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Soċjalista tal-Vjetnam(06051/2019),
–wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni ppreżentata mill-Kunsill skont l-Artikoli91(1), 100(2), l-Artikolu207(4), l-ewwel subparagrafu, l-Artikolu218(6), it-tieni subparagrafu, punt(a)(v), u l-Artikolu218(7) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C9-0023/2019),
–wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni mhux leġiżlattiva tiegħu tat-12 ta’ Frar 2020(1) dwar l-abbozz ta' deċiżjoni,
–wara li kkunsidra l-Artikolu105(1) u (4) u l-Artikolu114(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
–wara li kkunsidra l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Iżvilupp u tal-Kumitat għas-Sajd,
–wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali (A9-0003/2020),
1.Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-ftehim;
2.Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u tar-Repubblika Soċjalista tal-Vjetnam.