Ϸվ

Ի徱ċ
ʰċԳپ
Li jmiss
Test sħiħ
Proċedura :
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : B9-0122/2020

Testi mressqa :

B9-0122/2020

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV10/07/2020-4
PV10/07/2020-13

Testi adottati :

P9_TA(2020)0199

Testi adottati
PDF128kWORD45k
Il-Ġimgħa, 10 ta' Lulju 2020-Brussell
Reviżjoni tal-linji gwida għall-infrastruttura tal-enerġija trans-Ewropea
P9_TA(2020)0199B9-0122/2020

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-10 ta' Lulju 2020 dwar ir-reviżjoni tal-linji gwida għall-infrastruttura tal-enerġija trans-Ewropea ()

Il-Parlament Ewropew,

–wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru347/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17ta'April2013 dwar linji gwida għall-infrastruttura tal-enerġija trans-Ewropea u li jħassar id-Deċiżjoni Nru1364/2006/KE u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru713/2009, (KE) Nru714/2009 u (KE) Nru715/2009(1),

–wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru1316/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11ta'Diċembru2013 li jistabbilixxi l-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa, li jemenda r-Regolament (UE) Nru913/2010 u jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru680/2007 u (KE) Nru67/2010(2),

–wara li kkunsidra l-pożizzjoni tal-Parlament fl-ewwel qari adottata fis-17ta' April2019 dwar ir-reviżjoni tar-Regolament (UE)Nru1316/2013 li jistabbilixxi l-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa(3) u t-talba tiegħu li r-Regolament (UE) Nru347/2013 dwar in-Netwerk Trans-Ewropew tal-Enerġija (TEN-E) jinfetaħ għal reviżjoni fid-dawl tal-miri attwali tal-Unjoni Ewropea rigward il-klima u l-enerġija,

–wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE)2016/1841 tal-5ta'Ottubru2016 dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea, tal-Ftehim ta' Pariġi adottat skont il-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima(4),

–wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-4ta'Ottubru2017 dwar il-Konferenza tan-NU dwar it-Tibdil fil-Klima2017 li saret f'Bonn, il-Ġermanja (COP23)(5),

–wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni bit-titolu "Pjaneta Nadifa għal kulħadd: Viżjoni strateġika Ewropea fit-tul għal ekonomija għanja, moderna, kompetittiva u newtrali għall-klima" (),

–wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-25ta'Ottubru2018 dwar il-Konferenza tan-NU dwar it-Tibdil fil-Klima2018 li saret f'Katowice, il-Polonja (COP24)(6),

–wara li kkunsidra l-pakkett leġiżlattiv dwar Enerġija Nadifa għall-Ewropej kollha,

–wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-28ta'Novembru2019 dwar il-Konferenza tan-NU tal-2019 dwar it-Tibdil fil-Klimali saret f'Madrid, Spanja (COP25)(7),

–wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tat-12ta'Diċembru2019 li japprovaw l-objettiv li tinkiseb Unjoni newtrali għall-klima sal-2050,

–wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-28ta'Novembru2019 dwar l-emerġenza klimatika u ambjentali(8),

–wara li kkunsidra l-komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni bit-titolu "Il-Patt Ekoloġiku Ewropew" (),

–wara li kkunsidra l-kriterji tas-self għall-enerġija tal-Bank Ewropew tal-Investiment,

–wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-15ta'Jannar2020 dwar il-Patt Ekoloġiku Ewropew(9),

–wara li kkunsidra l-Artikolu172 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE),

–wara li kkunsidra l-mistoqsija lill-Kummissjoni dwar ir-reviżjoni tal-linji gwida għall-infrastruttura tal-enerġija trans-Ewropea (O-000012/2020 – B9-0008/2020),

–wara li kkunsidra l-Artikoli136(5) u 132(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–wara li kkunsidra l-mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija,

A.billi r-Regolament (UE) Nru347/2013 dwar linji gwida għall-infrastruttura tal-enerġija trans-Ewropea ("Regolament TEN-E") jistabbilixxi regoli għall-iżvilupp f'waqtu u l-interoperabbiltà ta' netwerks tat-TEN-E sabiex jinkisbu l-objettivi tal-politika tal-enerġija tal-Unjoni;

B.billi r-Regolament TEN-E jidentifika kurituri u oqsma tematiċi prijoritarji fl-infrastruttura tal-enerġija trans-Ewropea, u jipprovdi linji gwida għall-għażla ta' proġetti ta' interess komuni (PCIs); billi r-Regolament TEN-E jistabbilixxi li l-PCIs jistgħu jiksbu appoġġ finanzjarju mill-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa (FNE), u li jkun ta' benefiċċju għalihom li jkollhom proċeduri simplifikati għall-għoti tal-permessi, trattament regolatorju speċifiku li jipprovdi aċċess għal mekkaniżmi u inċentivi transfruntiera għall-allokazzjoni tan-nefqa, kif ukoll aktar trasparenza;

C.billi l-ewwel lista ta' PCIs, stabbilita fl-2013 mir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE)Nru1391/2013, kien fiha248PCI, filwaqt li t-tieni lista, stabbilita mir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE)2016/89, kien fiha195PCI, u t-tielet lista, stabbilita mir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE)2018/540, kien fiha173PCI; billi l-Kummissjoni adottat ir-raba' lista ta' PCIs fil-31ta' Ottubru2019, u din kien fiha151 PCI;

D.billi, kif rifless fil-pożizzjoni tal-Parlament fl-ewwel qari tas-17ta' April2019 dwar il-proposta għal regolament dwar il-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa għall-perjodu 2021-2027, il-koleġiżlaturi qablu b'mod proviżorju li l-Kummissjoni għandha tevalwa l-effikaċja u l-koerenza politika tar-Regolament TEN-E fid-dawl ta', fost l-oħrajn, il-miri tal-Unjoni dwar l-enerġija u l-klima għall-2030, l-impenn fit-tul tal-UE għad-dekarbonizzazzjoni, u l-prinċipju li l-effiċjenza enerġetika tiġi l-ewwel; billi din il-valutazzjoni għandha tiġi ppreżentata lill-Parlament u lill-Kunsill sal-31ta' Diċembru2020;

E.billi r-Regolament TEN-E ġie approvat qabel l-adozzjoni tal-Ftehim ta' Pariġi, ftehim li jinkludi impenn biex iż-żieda fit-temperatura medja globali tinżamm sew taħt 2°C aktar mil-livelli preindustrijali u biex isiru sforzi biex iż-żieda fit-temperatura tiġi limitata għal 1,5°C aktar mil-livelli preindustrijali;

F.billi diversi żviluppi biddlu b'mod sinifikanti x-xenarju tal-politika tal-enerġija fl-Unjoni mill-adozzjoni tar-Regolament TEN-E fl-2013;

G.billi l-enerġija għandha rwol ċentrali fit-tranżizzjoni lejn ekonomija b'emissjonijiet ta' gassijiet serra żero netti, u billi l-isforzi biex titkompla d-dekarbonizzazzjoni tas-sistema tal-enerġija għaldaqstant huma meħtieġa biex l-Unjoni tkun tista' tilħaq il-mira ta' emissjonijiet żero netti sa mhux aktar tard mill-2050, filwaqt li fl-istess ħin tiġi promossa t-tranżizzjoni f'setturi oħra, u tlaħħaq maż-żieda fid-domanda għall-elettriku;

H.billi sabiex tilħaq l-għanijiet tagħha fir-rigward tal-klima u l-enerġija u li tagħti spinta lit-tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv, l-Unjoni teħtieġ infrastruttura tal-enerġija aġġornata b'livell għoli ta' prestazzjoni li tibqa' valida fil-futur, tkun kosteffiċjenti u tkun tista' tipprovdi sigurtà tal-provvista tal-enerġija, inkluża d-diversifikazzjoni tar-rotot, tas-sorsi u tal-fornituri;

I.billi r-Regolament TEN-E jidentifika l-prijoritajiet tal-infrastruttura tal-enerġija trans-Ewropea li għandhom jiġi implimentati sabiex jintlaħqu l-objettivi tal-politika tal-Unjoni dwar il-klima u l-enerġija, u jidentifika l-proġetti ta' interess komuni meħtieġa għat-twettiq ta' dawk il-prijoritajiet;

J.billi l-kurituri prijoritarji, l-oqsma prijoritarji u l-kriterji ta' eliġibbiltà għandhom isegwu l-evoluzzjoni tas-sistema tal-enerġija u għandhom dejjem ikunu konsistenti mal-prijoritajiet tal-politika tal-Unjoni, b'mod partikolari fil-kuntest tal-perkorsi fit-tul għad-dekarbonizzazzjoni;

K.billi l-introduzzjoni ta' infrastruttura adegwata u l-politiki dwar l-effiċjenza enerġetika għandhom jiġi implimentati b'mod komplementari sabiex jgħinu biex jintlaħqu l-objettivi u l-miri tal-Unjoni bl-aktar mod kosteffettiv possibbli;

L.billi l-Parlament, fir-riżoluzzjoni tiegħu tal-15ta'Jannar2020 dwar il-Patt Ekoloġiku Ewropew, talab "reviżjoni tal-linji gwida dwar l-enerġija trans-Ewropea (TEN-E) qabel ma tiġi adottata l-lista li jmiss ta' proġetti ta' interess komuni (PCI)";

1.Jilqa' t-tħabbira fil-komunikazzjoni tal-Patt Ekoloġiku Ewropew li r-reviżjoni tal-linji gwida tat-TEN-E ser issir fl-2020;

2.Jistieden lill-Kummissjoni tressaq proposta, sa mhux aktar tard minn tmiem l-2020, għal reviżjoni tal-linji gwida tat-TEN-E li tqis, b'mod partikolari, il-miri tal-Unjoni dwar l-enerġija u l-klima għall-2030, l-impenn fit-tul tal-Unjoni għad-dekarbonizzazzjoni, u l-prinċipju li l-effiċjenza enerġetika tiġi l-ewwel;

3.Jistieden lill-Kummissjoni tipproponi gwida tranżitorja dwar l-infiq fl-ambitu tal-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa u dwar l-għażla tal-proġetti għall-ħames lista ta' PCIs sa tmiem l-2020, biex jiġi żgurat li l-infiq u l-għażla jkunu konformi mal-impenji meħuda skont il-Ftehim ta' Pariġi;

4.Jikkunsidra li l-kriterji għall-għoti tal-istatus ta' PCI stabbiliti fil-linji gwida tat-TEN-E jeħtieġ li jkunu konformi mal-objettivi tal-Unjoni dwar il-klima u l-enerġija, inkluż l-objettiv tan-newtralità klimatika tal-2050, kif indikat fil-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew ta' Diċembru2019, u mal-ħames dimensjonijiet kollha tal-unjoni tal-enerġija, inkluż l-objettiv ta' prezz li jintlaħaq;

5.Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri.

(1) ĠUL115, 25.4.2013, p.39.
(2) ĠU L348, 20.12.2013, p.129.
(3) Testi adottati, P8_TA(2019)0420.
(4) ĠU L282, 19.10.2016, p.1.
(5) ĠUC346, 27.9.2018, p.70.
(6) Testi adottati, P8_TA(2018)0430.
(7) Testi adottati, P9_TA(2019)0079.
(8) Testi adottati, P9_TA(2019)0078.
(9) Testi adottati, P9_TA(2020)0005.

Aġġornata l-aħħar: 9 ta' Diċembru 2020Avviż legali-Politika tal-privatezza