Ϸվ

Ի徱ċ
ʰċԳپ
Li jmiss
Test sħiħ
Proċedura :
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A9-0128/2020

Testi mressqa :

A9-0128/2020

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV11/11/2020-26

Testi adottati :

P9_TA(2020)0301

Testi adottati
PDF133kWORD43k
L-Erbgħa, 11 ta' Novembru 2020-Brussell
Kooperazzjoni mtejba bejn is-Servizzi Pubbliċi tal-Impjiegi (PES) ***I
P9_TA(2020)0301A9-0128/2020
龱żDZܳDzԾ
Test

龱żDZܳDzԾ leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-11 ta’ Novembru 2020 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Deċiżjoni Nru573/2014/UE dwar kooperazzjoni mtejba bejn is-Servizzi Pubbliċi tal-Impjiegi (PES) ( – C9-0117/2019 – )

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (),

–wara li kkunsidra l-Artikolu294(2), u l-Artikolu149 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C9-0117/2019),

–wara li kkunsidra l-Artikolu294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tat-30ta'Ottubru2019(1),

–wara li kkonsulta lill-Kumitat tar-Reġjuni,

–wara li kkunsidra l-ftehim proviżorju approvat mill-kumitat responsabbli fis-sens tal-Artikolu 74(4) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu u l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill permezz tal-ittra tas-7 ta’ Ottubru 2020 li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–wara li kkunsidra l-Artikolu59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali (A9-0128/2020),

1.Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.Jitlob lill-Kummissjoni terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

3.Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

(1) Għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali.


Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fil-11 ta’ Novembru 2020 bil-ħsieb tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni (UE) 2020/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Deċiżjoni Nru573/2014/UE dwar kooperazzjoni mtejba bejn is-Servizzi Pubbliċi tal-Impjiegi (PES)
P9_TC1-COD(2019)0188

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament taqbel mal-att leġislattiv finali, id-Deċiżjoni (UE) 2020/1782.)

Aġġornata l-aħħar: 1 ta' Frar 2021Avviż legali-Politika tal-privatezza