Il-ġlieda tal-Parlament Ewropew għall-ugwaljanza bejn il-ġeneri fl-UE

Skopri kif l-UE u l-Parlament Ewropew jaħdmu biex jipproteġu d-drittijiet tan-nisa u biex itejbu l-ugwaljanza bejn il-ġeneri fuq ix-xogħol, fil-politika u f’oqsma oħra.

Ħaddiema daħkana ġo ħanut tal-kafè. Photo by Brooke Cagle on Unsplash
Ħaddiema daħkana ġo ħanut tal-kafè

Miżuri tal-UE biex jiġu indirizzati l-inugwaljanzi bejn il-ġeneri

Mill-bidu l-Unjoni Ewropea ppromwoviet l-ugwaljanza bejn il-ġeneri kif ukoll Ewropa aktar soċjali.

L-UE adottat ġżDzԾ importanti biex tiżgura l-ugwaljanza bejn il-ġeneri. Il-finanzjament tal-UE jappoġġa l-azzjoni mill-pajjiżi tal-UE.

Il-Parlament Ewropew għadda, flimkien mal-Kunsill, atti leġiżlattivi ewlenin li javvanzaw id-drittijiet tan-nisa. Barra minn hekk, huwa jadotta regolarment rapporti fuq inizjattiva proprja, u jappella għal aktar sforzi biex tittejjeb l-ugwaljanza bejn il-ġeneri.

Il-kunċetti tal-politika tal-UE dwar l-ugwaljanza bejn il-ġeneri ssawru wkoll mid-deċiżjonijiet tal-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja.

Il-Parlament Ewropew għandu kumitat permanenti ddedikat għad-drittijiet tan-nisa u l-ugwaljanza bejn is-sessi. Kull sena, il-Parlament jimmarka l-Jum Internazzjonali tan-Nisa fit-8 ta’ Marzu u jqajjem kuxjenza billi jorganizza avvenimenti.

B'riflessjoni dwar il-progress li sar fid-difiża tad-drittijiet tan-nisa f'dawn l-aħħar snin u l-isfidi li ġejjin, il-Membri tal-PE esprimew tħassib dwar ir-rigressjoni f'xi pajjiżi tal-UE u r-riskju li l-ugwaljanza bejn il-ġeneri tista' taqa' lura fl-aġenda tagħhom.

Il-Parlament stieden ukoll lill-Kummissjoni Ewropea tiżgura li d-drittijiet tan-nisa jitqiesu fil-proposti kollha tagħha, tiżviluppa pjanijiet konkreti biex ittejjeb ir-rati tal-faqar tan-nisa u ssaħħaħ l-isforzi biex titnaqqas id-differenza bejn il-pagi tal-irġiel u n-nisa.

Il-ġimgħa għall-ugwaljanza bejn il-ġeneri fil-Parlament

Fl-2020, il-Parlament Ewropew waqqaf il-Ġimgħa Ewropea għall-Ugwaljanza bejn il-Ġeneri. Din issir kull sena u tipprovdi opportunità għall-kumitati tal-Parlament biex jikkunsidraw il-kwistjonijiet li jittrattaw mill-perspettiva tal-ġeneru.

Leġiżlazzjoni adottata dwar id-drittijiet tan-nisa u l-ugwaljanza bejn il-ġeneri

L-UE għandha l-għan li tiżgura l-ugwaljanza bejn il-ġeneri fuq il-post tax-xogħol, fil-politika u f’oqsma oħra. Il-ġżDzԾ adottata tkopri varjetà wiesgħa ta' kwistjonijiet: l-għajnuna biex tintemm il-paga mhux ugwali, l-eliminazzjoni tad-diskriminazzjoni bbażata fuq il-ġeneru, it-tisħiħ tal-preżenza tan-nisa fuq il-bordijiet korporattivi u l-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa.

Il-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa

’April 2024 il-Parlament adotta l-ewwel regoli tal-UE dwar il-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa. L-għan huwa li tiġi evitata l-vjolenza abbażi tal-ġeneru u jiġu protetti l-vittmi, speċjalment in-nisa u l-vittmi tal-vjolenza domestika. Id-direttiva tappella għal liġijiet aktar b’saħħithom kontra l-vjolenza ċibernetika, assistenza aħjar għall-vittmi, passi għall-prevenzjoni tal-istupru u definizzjoni aħjar tal-kunsens sesswali.

Ir-regoli jipprevedu li s-sikurezza u l-benesseri tal-vittmi għandhom jingħataw prijorità, inkluż billi jiġi offrut aċċess għal akkomodazzjoni protetta.

L-avvanz tad-drittijiet tan-nisa fl-UE: iltaqa’ ma’ Stella u Linda

Regoli ġodda biex titnaqqas id-differenza bejn il-pagi tal-irġiel u n-nisa

Il-Parlament ilu jinsisti għal miżuri konkreti biex titnaqqas id-differenza bejn il-pagi tal-irġiel u n-nisa - id-differenza fil-qligħ bejn l-irġiel u n-nisa - li fl-UE kienet medja ta' 12,7 % fl-2022 - u d-differenza fil-pensjonijiet - id-differenza fl-introjtu mill-pensjonijiet li jiksbu l-irġiel u n-nisa - li kienet ta' Huwa appella wkoll għal miżuri biex jiġi indirizzat il-faqar fost in-nisa, peress li n-nisa huma aktar probabbli li jgħixu fil-faqar mill-irġiel.

’Marzu 2023, il-Parlament adotta dawk ir-regoli l-ġodda li jirrikjedu li l-kumpaniji jagħtu informazzjoni dwar is-salarji, u b’hekk jagħmluha aktar faċli li titqabbel ir-remunerazzjoni u jiġu esposti d-differenzi fil-pagi bejn il-ġeneri.

Jekk ir-rappurtar juri differenza fil-pagi bejn il-ġeneri ta’ mill-inqas 5 %, l-impjegaturi se jkollhom iwettqu valutazzjoni konġunta tal-pagi f’kooperazzjoni mar-rappreżentanti tal-ħaddiema. Il-pajjiżi tal-UE se jkollhom jimponu penali, bħal multi, għal impjegaturi li jiksru r-regoli. L-avviżi ta’ postijiet battala u t-titoli tax-xogħol iridu jkunu newtrali fir-rigward tal-ġeneru.

“Kull stat membru għandu jiżgura li jiġi applikat il-prinċipju ta’ paga ugwali għall-ħaddiema rġiel u nisa għal xogħol ugwali jew xogħol ta’ valur ugwali.”
Artikolu 157, Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE)

Nisa fuq il-bordijiet tal-kumpanija

F'Novembru 2022, il-Parlament approva regoli biex tingħata spinta lill-ugwaljanza bejn il-ġeneri fil-bordijiet korporattivi. Id-direttiva għandha l-għan li tintroduċi proċeduri ta’ reklutaġġ trasparenti fil-kumpaniji, sabiex mill-inqas 40 % tal-karigi ta’ direttur mhux eżekuttiv jew 33 % tal-karigi ta’ direttur kollha jkunu okkupati mill-ġeneru sottorappreżentat sal-aħħar ta’ Ġunju 2026.

Id-direttiva tapplika għal bordijiet ta' kumpaniji elenkati pubblikament fl-UE. Intrapriżi żgħar u ta' daqs medju b'inqas minn 250 impjegat huma esklużi mir-regoli.

Leave tal-maternità, tal-paternità u tal-ġenituri

Fl-2019, l-UE approvat regoli ġodda dwar leave tal-familja u tal-kura u kundizzjonijiet tax-xogħol aktar adattabbli, biex jinħolqu aktar inċentivi għall-missirijiet biex jieħdu leave relatat mal-familja u biex tiżdied ir-rata ta' impjieg tan-nisa.

Leġiżlazzjoni tal-UE dwar l-ugwaljanza bejn il-ġeneri fuq il-post tax-xogħol:

  • regoli dwar l-impjieg (inklużi paga ugwali, sigurtà soċjali, kundizzjonijiet tax-xogħol u fastidju)
  • regoli dwar l-impjieg indipendenti
  • drittijiet għal-leave tal-maternità, tal-paternità u tal-ġenituri

Inizjattivi oħra favur l-ugwaljanza bejn il-ġeneri appoġġati mill-Parlament

Id-drittijiet sesswali u riproduttivi tan-nisa

żDZܳDzԾ adottata f’April 2024, il-Membri tal-PE ħeġġew lill-Kunsill iżid il-kura tas-saħħa sesswali u riproduttiva u d-dritt għal abort sikur u legali mal- — talba li għamlu diversi drabi. It-test stieden lill-pajjiżi tal-UE jiddekriminalizzaw bis-sħiħ l-abort f'konformità mal- Il-Membri tal-PE talbu lill-Kummissjoni Ewropea tiżgura li l-organizzazzjonijiet li jaħdmu kontra l-ugwaljanza bejn il-ġeneri u d-drittijiet tan-nisa, inklużi d-drittijiet riproduttivi, ma jirċevux finanzjament mill-UE.

F'Marzu 2022, il-Parlament adotta l-Pjan ta’ Azzjoni tal-UE dwar il-Ġeneru III bil-għan li jippromwovi s-saħħa u d-drittijiet sesswali u riproduttivi barra mill-UE u jiżgura aċċess universali fil-pajjiżi tal-UE.

In-nisa fil-politika

Il-Parlament enfasizza kemm-il darba l-importanza tal-ugwaljanza bejn il-ġeneri fil-politika, billi jippromwovi l-parteċipazzjoni ugwali tan-nisa fil-proċessi tat-teħid tad-deċiżjonijiet fil-livelli kollha.

Is-sehem ta’ nisa eletti bħala Membri tal-PE fl-elezzjonijiet Ewropej f’Ġunju 2024 kien ta’ 38,5 %, tnaqqis żgħir meta mqabbel ma’ 39,8 % eżatt qabel l-elezzjonijiet.

F'rapport adottat f'Jannar 2019, il-Parlament appella lill-partiti politiċi Ewropej biex jiżguraw li kemm in-nisa kif ukoll l-irġiel jitressqu għall-korpi li jirregolaw il-Parlament Ewropew fid-disa' leġiżlatura.

Aktar nisa fl-ICT u fix-xjenzi

In-nisa huma sottorappreżentatifis-settur diġitali tal-Ewropa, peress li huma inqas probabbli li jibdew studji jew japplikaw għal impjieg f'dan il-qasam. F'żDZܳDzԾ adottata fl-2018, il-Membri tal-PE talbu lill-pajjiżi tal-UE biex jistabbilixxu miżuri biex jiżguraw l-integrazzjoni sħiħa tan-nisa fis-setturi tal-ICT, kif ukoll irawmu l-edukazzjoni u t-taħriġ fl-ICT, ix-xjenza, it-teknoloġija, l-inġinerija u l-matematika.

Tgħallem aktar