Żgurar tal-aċċess għall-ġustizzja 

Ir-rispett tad-drittijiet fundamentali fl-UE għandhom ikunu effettivi. Dan ifisser li meta jinkisru d-drittijiet ta' persuna, din għandha d-dritt għal rimedju effettiv quddiem tribunal.


 

Id-dritt għal rimedju effettiv huwa minqux fl-. Dan jiżgura li f'każ ta' ksur tad-drittijiet garantiti mil-liġijiet tal-UE, individwu jista' jmur quddiem qorti biex jitlob li d-drittijiet tiegħu jiġu rispettati.

Il-karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea tistabbilixxi wkoll li f'kull proċedura ġudizzjarja dwar il-liġijiet tal-UE, kullħadd għandu d-dritt ta' proċess ġust: "Smigħ ġust u pubbliku fi żmien raġonevoli minn tribunal indipendenti u imparzjali stabbilit bil-liġi minn qabel u li kullħadd għandu jkollha l-possibbiltà ta' konsulenza, difiża u rappreżentanza".

Il-Parlament Ewropew ikkontribwixxa għall-iżvilupp tad-drittijiet ta' persuni li huma suspettati jew akkużati fi proċedimenti kriminali sabiex ikollhom l-istess salvagwardji proċedurali minimi fl-Istati Membri kollha.

  • Il-prinċipju tal- irid jiġi rispettat, u l-persuni suspettati jew akkużati jeħtiġilhom jifhmu xi jkun għaddej fil-proċeduri kriminali u jkollhom .
  • Iridu wkoll jiġu meta jitressqu quddiem il-ġustizzja u għandu għandha tkun disponibbli għal dawk li m'għandhomx biżżejjed riżorsi.
  • Fil-każ ta' , japplikaw salvagwardji addizzjonali.
  • Id- għandhom ikunu protetti wkoll madwar l-UE kollha. Il-leġiżlazzjoni reċenti adottata mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill ser tiżgura li l-vittmi ta' kriminalitajiet jiġu ttrattati b'rispett u jirċievu protezzjoni, appoġġ u aċċess għall-ġustizzja b'mod xieraq.

Il-liġi tal-UE tagħti attenzjoni speċjali lil gruppi speċifiċi ta' vittmi bħat-tfal, il-vittmi tat-traffikar ta' bnedmin u l-vittmi tat-terroriżmu.