RAPPORTdwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-adozzjoni mill-Unjoni tal-Ftehim dwar l-interpretazzjoni u l-applikazzjoni tat-Trattat tal-Karta tal-Enerġija bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom
4.2.2025-( – C10‑0058/2024 – )-***
Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali
Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija
Rapporteur: Anna Cavazzini, Borys Budka
(Proċedura simplifikata – l-Artikolu 52(1) tar-Regoli ta’ Proċedura)
ABBOZZ TA’ RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-adozzjoni mill-Unjoni tal-Ftehim dwar l-interpretazzjoni u l-applikazzjoni tat-Trattat tal-Karta tal-Enerġija bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom
( – C10‑0058/2024 – )
(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)
Il-Parlament Ewropew,
–wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (),
–wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 194 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C10‑0058/2024),
–wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
–wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-4 ta’ Diċembru 2024[1],
–wara li kkonsulta l-Kumitat tar-Reġjuni,
–wara li kkunsidra l-Artikolu 60 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
–wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali u tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija (A10-0009/2025),
1.Jadotta l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari billi jinkorpora l-proposta tal-Kummissjoni;
2.Jitlob lill-Kummissjoni terġa’ tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b’mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b’mod sustanzjali;
3.Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.
ANNESS: ENTITAJIET JEW PERSUNILI R-RAPPORTEURS IRĊEVEW KONTRIBUT MINGĦANDHOM
Ir-rapporteurs jiddikjaraw, taħt ir-responsabbiltà esklużiva tagħhom, li ma rċevew l-ebda kontribut minn entità jew persuna li jrid jissemma f’dan l-Anness f’konformità mal-Artikolu 8 tal-Anness I tar-Regoli ta’ Proċedura.
PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI
Titolu |
Adozzjoni mill-Unjoni tal-Ftehim dwar l-interpretazzjoni u l-applikazzjoni tat-Trattat tal-Karta tal-Enerġija bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom |
|||
Referenzi |
– C10-0058/2024 – |
|||
Data meta ġiet ippreżentata lill-PE |
2.7.2024 |
|
|
|
Kumitati responsabbli |
INTA |
ITRE |
|
|
Kumitati mitluba jagħtu opinjoni Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
JURI 13.11.2024 |
|
|
|
Opinjoni(jiet) mhux mogħtija Data tad-deċiżjoni |
JURI 18.11.2024 |
|
|
|
Rapporteurs Data tal-ħatra |
Anna Cavazzini 12.9.2024 |
Borys Budka 12.9.2024 |
|
|
Artikolu 58 – Proċedura b’kumitati konġunti Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
13.11.2024 |
|||
Proċedura simplifikata - data tad-deċiżjoni |
29.1.2025 |
|||
Eżami fil-kumitat |
29.1.2025 |
|
|
|
Data tal-adozzjoni |
29.1.2025 |
|
|
|
Data tat-tressiq |
4.2.2025 |
- [1] Għad mhijiex ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali.