Ϸվ

Rapport - A10-0025/2025Rapport
A10-0025/2025

RAPPORTdwar il-proposta għall-ħatra ta’ membru tal-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni

4.3.2025-(N10-0005/2025 – C10‑0031/2025 – )

Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji
Rapporteur: Aurore Lalucq

ʰċܰ:
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument:
A10-0025/2025
Testi mressqa :
A10-0025/2025
Dibattiti :
Testi adottati :

PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għall-ħatra ta’ membru tal-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni

(N10-0005/2025 – C10‑0031/2025 – )

(Approvazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni tat-19 ta’ Frar 2025 għall-ħatra ta’ Slavka Eley bħala Membru tal-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni (C10‑0031/2025),

wara li kkunsidra l-Artikolu 56(6) tar-Regolament (UE) Nru 806/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Lulju 2014 li jistabbilixxi regoli uniformi u proċedura uniformi għar-riżoluzzjoni tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u ċerti ditti tal-investiment fil-qafas ta’ Mekkaniżmu Uniku ta’ Riżoluzzjoni u Fond Uniku għar-Riżoluzzjoni u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1093/2010[1],

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-14 ta’ Marzu 2019 dwar il-bilanċ bejn is-sessi fin-nomini fis-settur tal-affarijiet ekonomiċi u monetarji tal-UE[2],

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-16 ta’ Jannar 2020 dwar l-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Unjoni Ekonomika u Monetarja: il-prevenzjoni tal-kunflitti ta’ interess wara l-impjieg fis-servizz pubbliku[3],

wara li kkunsidra l-Artikolu 135 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A10-0025/2025),

A.billi l-Artikolu 56(4) tar-Regolament (UE) Nru 806/2014 jipprevedi li l-membri tal-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni msemmi fl-Artikolu 43(1), il-punt (b), ta’ dak ir-Regolament għandhom jinħatru fuq il-bażi tal-mertu, il-ħiliet, l-għarfien dwar kwistjonijiet bankarji u finanzjarji, u tal-esperjenza rilevanti għas-superviżjoni u r-regolamentazzjoni finanzjarji kif ukoll ir-riżoluzzjoni tal-banek;

B.billi l-Parlament huwa impenjat li jiżgura bilanċ bejn il-ġeneri fl-ogħla pożizzjonijiet fil-qasam tas-servizzi bankarji u finanzjarji; billi l-istituzzjonijiet u l-korpi kollha nazzjonali u tal-Unjoni għandhom jimplimentaw miżuri konkreti biex jiżguraw bilanċ bejn il-ġeneri;

C.billi, f’konformità mal-Artikolu 56(6) tar-Regolament (UE) Nru 806/2014, fil-15 ta’ Jannar 2025 il-Kummissjoni adottat lista mqassra għall-kariga ta’ Membru tal-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni;

D.billi, f’konformità mal-Artikolu 56(6) tar-Regolament (UE) Nru 806/2014, il-Kummissjoni pprovdiet il-lista mqassra lill-Parlament;

E.billi, fid-19 ta’ Frar 2025, il-Kummissjoni adottat proposta biex Slavka Eley tinħatar bħala Membru tal-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni u bagħtet dik il-proposta lill-Parlament;

F.billi l-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji imbagħad ipproċeda bl-evalwazzjoni tal-kredenzjali tal-kandidata proposta għall-funzjonijiet ta’ Membru tal-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, b’mod partikolari fid-dawl tar-rekwiżiti msemmija fl-Artikolu 56(4) tar-Regolament (UE) Nru 806/2014;

G.billi, fit-3 ta’ Marzu 2025, il-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji kellu seduta ta’ smigħ ma’ Slavka Eley, li fiha hija għamlet stqarrija preliminari u mbagħad wieġbet il-mistoqsijiet li saru mill-membri tal-Kumitat;

1.Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-ħatra ta’ Slavka Eley bħala Membru tal-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni għal perjodu ta’ ħames snin;

2.Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din id-deċiżjoni lill-Kunsill Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni kif ukoll lill-gvernijiet tal-Istati Membri.


NOTA SPJEGATTIVA

Dan ir-rapport tfassal wara li l-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji eżerċita s-setgħat mogħtija lill-Parlament skont ir-Regolament (UE) Nru 806/2014, b’mod partikolari l-Artikolu 56 tiegħu, u wara li l-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji stabbilixxa proċeduri fil-kwistjoni tal-ħatriet għall-korpi regolatorji u superviżorji fil-qasam ekonomiku u finanzjarju.


ANNESS: ENTITAJIET JEW PERSUNILI R-RAPPORTEUR IRĊEVIET KONTRIBUT MINGĦANDHOM

Ir-rapporteur tiddikjara, taħt ir-responsabbiltà esklużiva tagħha, li ma rċeviet l-ebda kontribut minn entità jew persuna li jrid jissemma f’dan l-Anness f’konformità mal-Artikolu 8 tal-Anness I tar-Regoli ta’ Proċedura.


INFORMAZZJONI DWAR L-ADOZZJONIFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

Data tal-adozzjoni

3.3.2025

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

41

1

2

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Georgios Aftias, Francisco Assis, Fabio De Masi, Engin Eroglu, Marco Falcone, Jonás Fernández, Dirk Gotink, Enikő Győri, Eero Heinäluoma, Kinga Kollár, Tomáš Kubín, Marlena Maląg, Siegfried Mureşan, Fernando Navarrete Rojas, Denis Nesci, Luděk Niedermayer, Nikos Papandreou, Gaetano Pedulla’, Lídia Pereira, Sirpa Pietikäinen, Pierre Pimpie, Jaroslava Pokorná Jermanová, Paulius Saudargas, Pasquale Tridico, Stéphanie Yon-Courtin, Auke Zijlstra

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Regina Doherty, Niels Fuglsang, Michael Gahler, Alexander Jungbluth, Fernand Kartheiser, Camilla Laureti, Morten Løkkegaard, Eva Maydell, Maria Ohisalo

Sostituti (skont l-Artikolu 209(7)) preżenti għall-votazzjoni finali

Nikola Bartůšek, Jaroslav Bžoch, Veronika Cifrová Ostrihoňová, Jens Geier, Borja Giménez Larraz, Elisabeth Grossmann, Villy Søvndal, Anna Strolenberg, Lara Wolters

Aġġornata l-aħħar: 10 ta' Marzu 2025
Avviż legali-Politika tal-privatezza