MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONIdwar l-applikazzjoni tad-Direttiva 2003/88/KE dwar il-Ħin tax-Xogħol għall-istatus tal-ħaddiema tat-tifi tan-nar volontarji
7.1.2025
Julien Leonardelli, Rody Tolassy, Marie Dauchy, Laurence Trochu, Mélanie Disdier, Fabrice Leggeri, Branko Grims, Christophe Bay, Elisabeth Dieringer, Gilles Pennelle, Valérie Deloge, Aleksandar Nikolic,Anne‑Sophie Frigout, Séverine Werbrouck, Julie Rechagneux, Malika Sorel, Tiago Moreira de Sá
10‑0239/2024
Mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar l-applikazzjoni tad-Direttiva 2003/88/KE dwar il-Ħin tax-Xogħol għall-istatus tal-ħaddiema tat-tifi tan-nar volontarji
Il-Parlament Ewropew,
–wara li kkunsidra l-Artikolu 149 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
–wara li kkunsidra d-Direttiva2003/88/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tikkonċerna ċerti aspetti tal-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol,
A.billi l-applikazzjoni tad-Direttiva dwar il-Ħin tax-Xogħol tipperikola serjament l-istatus tal-ħaddiema tat-tifi tan-nar volontarji fi Franza;
B.billi d-Direttiva dwar il-Ħin tax-Xogħol tmur kontra d-definizzjoni tal-istatus tal-ħaddiema tat-tifi tan-nar volontarji skont il-liġi Franċiża;
C.billi l-implimentazzjoni tad-Direttiva dwar il-Ħin tax-Xogħol tipperikola kważi s-servizzi dipartimentali kollha tat-tifi tan-nar u tas-salvataġġ fi Franza;
1.Jistieden lill-Kummissjoni Ewropea tieħu l-miżuri kollha meħtieġa biex tiżgura li d-dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-UE dwar il-Ħin tax-Xogħol ma japplikawx għall-ħaddiema tat-tifi tan-nar volontarji, u b’hekk tippreserva n-natura speċifika tal-impenn ċiviku tagħhom;
2.Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-President tal-Kummissjoni Ewropea u lill-President tal-Kunsill Ewropew.