Ϸվ

Mozzjoni għal riżoluzzjoni - B9-0033/2019Mozzjoni għal riżoluzzjoni
B9-0033/2019

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONIkontra l-projbizzjoni fuq it-terf artifiċjali

15.7.2019

imressqa skont l-Artikolu143 tar-Regoli ta' Proċedura

Markus Buchheit

9‑0033/2019

Mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew kontra l-projbizzjoni fuq it-terf artifiċjali

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-Artikolu143 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra d-Direttiva (UE)2019/904 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5ta'Ġunju2019 dwar it-tnaqqis tal-impatt ta' ċerti prodotti tal-plastik fuq l-ambjent,

A.billi, permezz ta' projbizzjoni fuq il-mikroplastik, fil-Ġermanja biss 5,000grawnd tal-isport intlaqtu minn projbizzjoni fuq it-terf artifiċjali;

B.billi l-ispiża għall-bini mill-ġdid jew it-trasformazzjoni tal-grawnds tista' tilħaq EUR500,000 għal kull grawnd;

C.billi t-terf artifiċjali jirrappreżenta alternattiva ta' ffrankar tal-ilma għat-terf naturali u l-irrigazzjoni li dan jirrikjedi,

D.billi l-isport jagħti kontribut importanti kemm soċjali kif ukoll għas-saħħa tal-bniedem;

1.Huwa tal-fehma li projbizzjoni fuq it-terf artifiċjali tpoġġi fuq il-klabbs sportivi kkonċernati piż finanzjarju eċċessiv;

2.Jenfasizza li l-klabbs sportivi għandhom rwol ewlieni x'jaqdu fil-promozzjoni tas-saħħa, u projbizzjoni fuq it-terf artifiċjali sservi ta' ostaklu għal dan l-impenn;

3.Iħeġġeġ lill-UE u lill-Istati Membri tagħha jistabbilixxu eżenzjonijiet għall-grawnds tat-terf artifiċjali fl-isport.

Aġġornata l-aħħar: 27 ta' Awwissu 2019
Avviż legali-Politika tal-privatezza