Ϸվ

Mozzjoni għal riżoluzzjoni - B9-0034/2019Mozzjoni għal riżoluzzjoni
B9-0034/2019

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONIdwar it-trasport ta' bhejjem mir-Rumanija matul perjodi ta' sħana estrema

8.8.2019

imressqa skont l-Artikolu143 tar-Regoli ta' Proċedura

Dominique Bilde

9‑0034/2019

Mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar it-trasport ta' bhejjem mir-Rumanija matul perjodi ta' sħana kbira

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-Artikolu13 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,– wara li kkunsidra r-Regolament Nru1/2005 dwar il-protezzjoni tal-annimali waqt it-trasport,

wara li kkunsidra l-Artikolu143 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.billi bejn wieħed u ieħor 70000 nagħġa jiġu esportati mir-Rumanija kull sena, b'mod partikolari lejn il-pajjiżi tal-Golf u tal-Afrika ta' Fuq, u li dawn l-esportazzjonijiet jiżdiedu sew meta joqrob l-Aïd-el-Kébir[1];

B.billi s-sħana estrema ta' dan is-sajf wasslet għall-mewt ta' xi annimali fuq bastimenti u trakkijiet minħabba diżidratazzjoni u nuqqas ta' biżżejjed attenzjoni, u skont l-NGO Compassion in World Farming il-kontrolli mhumiex suffiċjenti u r-regoli ma japplikawx għad-destinazzjoni tal-konvojs barra mill-Unjoni Ewropea[2];

1.Jieħu nota tat-twissijiet mill-Kummissjoni lir-Rumanija fl-10ta'Lulju2019 u jħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiżguraw il-konformità mar-Regolament imsemmi hawn fuq[3];

2.Jinkoraġġixxi lill-Kummissjoni ssaħħaħ ir-regoli applikabbli għat-trasport ta' annimali lejn pajjiżi terzi skont it-termini tar-Regolament imsemmi hawn fuq;

3.Iħeġġeġ lir-Rumanija twaqqaf in-nuqqasijiet formulati f'din ir-riżoluzzjoni.

Aġġornata l-aħħar: 12 ta' Settembru 2019
Avviż legali-Politika tal-privatezza