RAKKOMANDAZZJONI GĦAL DEĊIŻJONIli ma ssir ebda oġġezzjoni għar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni tal-4ta' Mejju2020 li jidderoga fir-rigward tas-sena 2020 mir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/891 fir-rigward tas-settur tal-frott u l-ħxejjex u mir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/1149 fir-rigward tas-settur tal-inbid b'rabta mal-pandemija tal-COVID-19
10.6.2020-(C(2020)02908 – )
Norbert Lins
f'isem il- Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
9‑0185/2020
Abbozz ta' deċiżjoni tal-Parlament Ewropew li ma ssir ebda oġġezzjoni għar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni tal-4ta'Mejju2020 li jidderoga fir-rigward tas-sena 2020 mir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE)2017/891 fir-rigward tas-settur tal-frott u l-ħxejjex u mir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE)2016/1149 fir-rigward tas-settur tal-inbid b'rabta mal-pandemija tal-COVID-19
(C(2020)02908 – )
Il-Parlament Ewropew,
–wara li kkunsidra r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (C(2020)02908),
–wara li kkunsidra l-ittra tal-Kummissjoni tas-27ta'Mejju2020 li permezz tagħha hija talbet lill-Parlament jiddikjara li ma kienx se joġġezzjona għar-regolament delegat,
–wara li kkunsidra l-ittra tal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali tat-2ta' Ġunju2020 lill-President tal-Konferenza tal-Presidenti tal-Kumitati,
–wara li kkunsidra l-Artikolu290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
–wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17ta'Diċembru2013 dwar il-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru352/78, (KE) Nru165/94, (KE) Nru2799/98, (KE) Nru814/2000, (KE) Nru1290/2005 u (KE) Nru485/2008 u b'mod partikolari l-Artikolu62(1), l-Artikolu64(6) u l-Artikolu115(5) tiegħu,
–wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17ta'Diċembru2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru922/72, (KEE) Nru234/79, (KE) Nru1037/2001 u (KE) Nru1234/2007, u b'mod partikolari l-Artikoli37,53 u173 u l-Artikolu 227(5) tiegħu,
–wara li kkunsidra l-Artikolu111(6) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
–wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni għal deċiżjoni tal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali,
A.billi, minħabba l-pandemija attwali tal-COVID-19 u r-restrizzjonijiet estensivi fuq il-moviment li rriżultaw, l-Istati Membri kollha u l-bdiewa fl-Unjoni kollha ħabbtu wiċċhom ma' diffikultajiet eċċezzjonali fl-ippjanar, l-implimentazzjoni u l-eżekuzzjoni tal-iskemi ta' għajnuna stabbiliti fl-Artikoli32 sa38 tar-Regolament (UE) Nru1308/2013 għas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u fl-Artikoli39 sa54 ta' dak ir-Regolament għas-settur tal-inbid;
B.billi s-sitwazzjoni wasslet għal diffikultajiet finanzjarji, problemi ta' likwidità, tfixkil tas-suq u disturb serju tal-funzjonament tal-katina tal-provvista fis-settur tal-frott u l-ħaxix u fis-settur tal-inbid;
C.billi l-Istati Membri kollha esperjenzaw diffikultajiet eċċezzjonali fl-ippjanar, il-ġestjoni u l-implimentazzjoni tal-programmi operattivi ta' organizzazzjonijiet rikonoxxuti tal-produtturi u assoċjazzjonijiet ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi fis-settur tal-frott u l-ħaxix u fl-Istati Membri li jipproduċu l-inbid bl-ippjanar, il-ġestjoni u l-implimentazzjoni ta' operazzjonijiet taħt programmi ta’ appoġġ fis-settur tal-inbid;
D.billi, fid-dawl tan-natura bla preċedent ta' dawn iċ-ċirkostanzi kkombinati, il-Kummissjoni adottat dispożizzjonijiet li jipprevedu flessibilitajiet u jippermettu derogi mir-regolamenti delegati applikabbli fis-settur tal-frott u l-ħxejjex u fis-settur tal-inbid;
E.billi l-implimentazzjoni rapida ta' dawk il-flessibbiltajiet u d-derogi hija essenzjali għall-effettività u l-effikaċja tagħhom fl-indirizzar tad-diffikultajiet fit-tħaddim tal-iskemi ta' għajnuna għaż-żewġ setturi, il-prevenzjoni ta' telf ekonomiku ulterjuri u l-indirizzar tas-sitwazzjoni tas-suq u t-tfixkil fil-funzjonament tal-katina tal-provvista fis-settur tal-frott u l-ħaxix u fis-settur tal-inbid;
1.Jiddikjara li ma joġġezzjonax għar-regolament delegat;
2.Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.