RAKKOMANDAZZJONI GĦAL DEĊIŻJONIli ma ssir ebda oġġezzjoni għar-regolament delegat tal-Kummissjoni tat-18ta'Ottubru2022 li jemenda l-istandards tekniċi regolatorji stabbiliti fir-Regolament ta' Delega (UE) Nru149/2013 fir-rigward tal-valur tal-limitu minimu għall-ikklerjar għal pożizzjonijiet miżmuma f'kuntratti tad-derivattivi tal-komoditajiet OTC u kuntratti tad-derivattivi OTC oħrajn
17.11.2022-(C(2022)7413 – )
Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji
Membru responsabbli: Irene Tinagli
9‑0490/2022
Abbozz ta' deċiżjoni tal-Parlament Ewropew li ma ssir ebda oġġezzjoni għar-regolament delegat tal-Kummissjoni li jemenda l-istandards tekniċi regolatorji stabbiliti fir-Regolament ta' Delega (UE) Nru149/2013 fir-rigward tal-valur tal-limitu minimu għall-ikklerjar għal pożizzjonijiet miżmuma f'kuntratti tad-derivattivi tal-komoditajiet OTC u kuntratti tad-derivattivi OTC oħrajn
(C(2022)7413 – )
Il-Parlament Ewropew,
–wara li kkunsidra r-regolament delegat tal-Kummissjoni (C(2022)7413),
–wara li kkunsidra l-ittra tal-Kummissjoni tal-25ta'Ottubru2022, li permezz tagħha hija talbet lill-Parlament jiddikjara li mhux se joġġezzjona għar-regolament delegat,
–wara li kkunsidra l-ittra tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji lill-President tal-Konferenza tal-Presidenti tal-Kumitati, bid-data 17ta'Novembru2022,
–wara li kkunsidra l-Artikolu290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
–wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4ta'Lulju2012 dwar derivati OTC, kontropartijiet ċentrali u repożitorji tad-data dwar it-tranżazzjonijiet[1], u b'mod partikolari t-tielet subparagrafu tal-Artikolu10(4) tiegħu,
–wara li kkunsidra l-abbozz ta' standards tekniċi ta' regolamentazzjoni ppreżentati fit-3ta'Ġunju2022 mill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (ESMA) skont it-tieni subparagrafu, tal-Artikolu10(4), tar-Regolament (UE) Nru648/2012,
–wara li kkunsidra l-Artikolu111(6) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
–wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni għal deċiżjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji,
A.billi r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru149/2013[2] jispeċifika, fost l-oħrajn, il-valuri tal-limiti minimi għall-ikklerjar għall-fini tal-obbligu tal-ikklerjar; billi skont ir-raba' subparagrafu, tal-Artikolu10(4), tar-Regolament (UE) Nru648/2012, l-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (ESMA) tirrieżamina perjodikament il-valuri ta' dawk il-limiti minimi għall-ikklerjar u tipproponi standards tekniċi regolatorji biex temendahom; billi għal xi ġurisdizzjonijiet ta' pajjiżi terzi, għadha ma ġiet adottata l-ebda deċiżjoni dwar l-ekwivalenza, għalhekk il-kuntratti eżegwiti fis-swieq f'dawk il-ġurisdizzjonijiet ta' pajjiżi terzi jitqiesu OTC u, għalkemm jiġu kklerjati minn kontropartijiet ċentrali rikonoxxuti (CCPs), jgħoddu għal-limiti minimi għall-ikklerjar;
B.billi reċentement il-prezzijiet tal-komoditajiet żdiedu, u ġew aggravati b'mod sinifikanti mill-aggressjoni militari tar-Russja kontra l-Ukrajna; billi ż-żieda fil-prezzijiet u l-volatilità estrema fis-swieq tad-derivattivi tal-enerġija dan l-aħħar wasslu għal appelli għal marġni ogħla mis-CCPs għall-kumpaniji tal-enerġija biex ikopru l-iskoperturi relatati; billi din is-sitwazzjoni ħolqot pressjoni ta' likwidità fuq il-kontropartijiet nonfinanzjarji, bħalma huma l-kumpaniji tal-enerġija, peress li l-kollateral iddepożitat mas-CCPs tal-Unjoni normalment jiġi pprovdut fi flus kontanti; billi l-kumpaniji tal-enerġija, li spiss ikollhom inqas assi likwidi biex jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-marġni, jistgħu jiġu mġiegħla jnaqqsu l-pożizzjonijiet tagħhom jew iħalluhom iħħeġġjati b'mod mhux xieraq, u dan jesponihom għal varjazzjonijiet ulterjuri fil-prezzijiet; billi l-kumpaniji tal-enerġija għandhom iżommu l-kapaċità finanzjarja u l-likwidità biex jiżguraw il-provvisti u x-xiri ta' komoditajiet relatati mal-enerġija fuq terminu medju – filwaqt li jippreservaw l-istabbiltà finanzjarja – għall-benefiċċju tal-unitajiet domestiċi u n-negozji tal-Unjoni;
C.billi l-Kummissjoni talbet lill-ESMA, fit-13ta'Settembru2022 (permezz tal-ittra ), tikkunsidra jekk ir-Regolament ta' Delega (UE) Nru149/2013 għandux jiġi emendat temporanjament biex itaffi xi wħud minn dawn il-piżijiet; billi l-ESMA wieġbet fit-22ta'Settembru2022 (permezz tal-ittra ) u indikat li ppreżentat l-abbozz ta' standards tekniċi regolatorji tagħha () dwar il-limiti minimi għall-ikklerjar tal-komoditajiet fit-3ta'Ġunju2022 lill-Kummissjoni fejn ġie propost li l-limitu minimu għall-ikklerjar tal-komoditajiet jiżdied b'EUR1biljun, biex b'hekk jilħaq total ta' EUR4biljun; billi l-ESMA kkonfermat l-adegwatezza taż-żieda proposta u stiednet lill-Kummissjoni tadotta dik il-miżura mill-aktar fis possibbli;
D.billi l-Kummissjoni għalhekk adottat ir-regolament delegat li jżid il-valur tal-limitu minimu għall-ikklerjar għall-pożizzjonijiet miżmuma f'derivattivi ta' komoditajiet OTC stipulat fir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru149/2013 minn EUR3biljun għal EUR4biljun;
E.billi r-regolament delegat għandu jidħol fis-seħħ bħala kwistjoni ta' urġenza sabiex tittaffa ż-żieda fil-pressjoni ta' likwidità fuq il-kumpaniji tal-enerġija;
1.Jiddikjara li ma joġġezzjonax għar-regolament delegat;
2.Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din id-deċiżjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.
- [1] ĠUL201, 27.7.2012, p.1.
- [2] Ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru149/2013 tad-19ta'Diċembru2012 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji dwar l-arranġamenti tal-ikklerjar indiretti, l-obbligu tal-ikklerjar, ir-reġistru pubbliku, l-aċċess għal ċentru tan-negozjar, kontropartijiet nonfinanzjarji, tekniki tal-mitigazzjoni tar-riskji għal kuntratti tad-derivattivi OTC mhux ikklerjati minn CCP (ĠUL52, 23.2.2013, p.11).