RAKKOMANDAZZJONI GĦAL DEĊIŻJONIli ma ssir ebda oġġezzjoni għar-Regolament Delegat tal-KummissjoniC(2023)5369 tal-10 ta’ Awwissu 2023 li jidderoga mir-Regolament Delegat (UE)2017/891 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill għas-sena 2023 fir-rigward tal-valur tal-produzzjoni kkummerċjalizzata, l-istrateġija nazzjonali u l-irkupru tal-assistenza finanzjarja tal-Unjoni għal impenji pluriennali fis-settur tal-frott u l-ħxejjex minħabba avvenimenti meteoroloġiċi avversi
30.8.2023-(C(2023)5369 – )
Norbert Lins
f'isem il-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
9‑0364/2023
Abbozz ta’ deċiżjoni tal-Parlament Ewropew li ma ssir ebda oġġezzjoni għar-Regolament Delegat tal-KummissjoniC(2023)5369 tal-10 ta’ Awwissu 2023 li jidderoga mir-Regolament Delegat (UE)2017/891 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill għas-sena 2023 fir-rigward tal-valur tal-produzzjoni kkummerċjalizzata, l-istrateġija nazzjonali u l-irkupru tal-assistenza finanzjarja tal-Unjoni għal impenji pluriennali fis-settur tal-frott u l-ħxejjex minħabba avvenimenti meteoroloġiċi avversi
(C(2023)5369 – )
Il-Parlament Ewropew,
–wara li kkunsidra r-Regolament Delegat tal-KummissjoniC(2023)5369)
–wara li kkunsidra l-ittra tal-Kummissjoni tat-8 ta’ Awwissu 2023, li permezz tagħha hija talbet lill-Parlament jiddikjara li mhux se joġġezzjona għar-Regolament Delegat (UE) NruC(2023)5369,
–wara li kkunsidra l-ittra tal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali lill-President tal-Konferenza tal-Presidenti tal-Kumitati, bid-data 30 ta’ Awwissu 2023,
–wara li kkunsidra l-Artikolu290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
–wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru922/72, (KEE) Nru234/79, (KE) Nru1037/2001 u (KE) Nru1234/2007[1], u b'mod partikolari l-Artikoli 37 u 173 u l-Artikolu 227(5) tiegħu,
–wara li kkunsidra l-Artikolu 111(6) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
–wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni għal deċiżjoni tal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali,
A.billi, minħabba l-avvenimenti meteoroloġiċi avversi severi (fost oħrajn in-nixfa u l-għargħar) li fl-2023 affettwaw diversi reġjuni tal-Istati Membri, saret ħsara drammatika lill-produzzjoni tal-frott u l-ħxejjex, u din affettwat kemm il-volum prodott kif ukoll il-kwalità tiegħu;
Bbilli ħafna organizzazzjonijiet tal-produtturi u assoċjazzjonijiet tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi rikonoxxuti qed jiffaċċjaw diffikultajiet biex jimplimentaw il-programmi operattivi approvati tagħhom;
Cbilli xi wħud mill-azzjonijiet u l-miżuri approvati mhux se jiġu implimentati fl-2023 u għalhekk parti mill-fondi operazzjonali mhux se jintefqu; billi organizzazzjonijiet tal-produtturi u assoċjazzjonijiet tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi rikonoxxuti oħra qed jemendaw il-programmi operazzjonali tagħhom bil-ħsieb li jimplimentaw azzjonijiet u miżuri biex jindirizzaw l-impatt tal-avvenimenti meteoroloġiċi avversi severi fuq is-settur tal-frott u l-ħxejjex, bħall-miżuri ta’ ġestjoni tal-kriżijiet.
Dbilli l-Kummissjoni, bil-għan li tindirizza l-konsegwenzi tan-natura bla preċedent tal-avvenimenti meteoroloġiċi avversi severi li seħħew fir-Rebbiegħa tal-2023, ipproponiet li huwa meħtieġ li jittaffew dawk id-diffikultajiet billi ssir deroga minn ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/891 applikabbli fis-settur tal-frott u l-ħxejjex; billi, għalhekk, l-organizzazzjonijiet tal-produtturi għandhom ikunu eżentati fis-sena 2023 mid-dispożizzjonijiet rigward l-obbligu li l-valur ekonomiku ta’ prodotti mibjugħa minn produtturi li mhumiex membri tal-organizzazzjoni tal-produtturi jew tal-assoċjazzjoni tal-organizzazzjoni tal-produtturi jrid ikun taħt il-valur tal-produzzjoni kkummerċjalizzata tal-organizzazzjoni tal-produtturi jew tal-assoċjazzjoni tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi; billi, barra minn hekk, l-Istati Membri għandhom ukoll ikunu eżentati mill-obbligu tagħhom li jistabbilixxu fl-istrateġija nazzjonali l-perċentwali massimi tal-fond operattiv li jistgħu jintefqu fuq miżuri individwali jew tipi ta’ azzjoni;
E.billi, sabiex tiġi żgurata l-istabbiltà finanzjarja tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi, l-assistenza finanzjarja tal-Unjoni riċevuta għall-impenji pluriennali fis-settur tal-frott u l-ħxejjex, bħal pereżempju azzjonijiet ambjentali, m’għandhiex tiġi rkuprata u rimborżata fil-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG), kif previst fl-Artikolu36(3) tar-Regolament Delegat (UE)2017/891, jekk l-objettivi fit-tul tagħhom ma setgħux jintlaħqu minħabba li ġew interrotti fl-2023 għal raġunijiet marbuta mal-konsegwenzi tal-avvenimenti meteoroloġiċi avversi tar-Rebbiegħa tal-2023.
1.Jiddikjara li ma joġġezzjonax għar-regolament delegat;
2.Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din id-deċiżjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.
- [1] ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.