Ϸվ

Mistoqsija Parlamentari - O-000006/2025Mistoqsija Parlamentari
O-000006/2025

l-inklużjoni ta’ Kuba fl-hekk imsejħa “lista ta’ stati sponsor tat-terroriżmu”

18.2.2025

Mistoqsija għal tweġiba orali  O-000006/2025
lill-Kunsill
Artikolu 142 tar-Regoli ta' Proċedura
João Oliveira (The Left), Ana Miranda Paz (Verts/ALE), Danilo Della Valle (The Left), Özlem Demirel (The Left), Pernando Barrena Arza (The Left), Tilly Metz (Verts/ALE), Dario Tamburrano (The Left), Leila Chaibi (The Left), Estrella Galán (The Left), Lynn Boylan (The Left), Rudi Kennes (The Left), Marc Botenga (The Left), Konstantinos Arvanitis (The Left), Giorgos Georgiou (The Left), Irene Montero (The Left), Isabel Serra Sánchez (The Left), Giuseppe Antoci (The Left), Mario Furore (The Left), Carolina Morace (The Left), Valentina Palmisano (The Left), Gaetano Pedulla' (The Left), Pasquale Tridico (The Left), Matjaž Nemec (S&D), Vicent Marzà Ibáñez (Verts/ALE), Jaume Asens Llodrà (Verts/ALE), Kathleen Funchion (The Left), Katarína Roth Neveďalová (NI), Kostas Papadakis (NI), Lefteris Nikolaou-Alavanos (NI), Alex Agius Saliba (S&D), Daniel Attard (S&D), Kateřina Konečná (NI), Judita Laššáková (NI), Branislav Ondruš (NI), Fabio De Masi (NI), Maria Zacharia (NI)

Kuba qed tkun soġġetta għal imblokk ekonomiku, kummerċjali u finanzjarju unilateralment impost mill-Istati Uniti, l-applikazzjoni ta’ liema imblokk ġiet iggravata mill-kamp ta’ applikazzjoni ekstraterritorjali tiegħu u mill-adozzjoni ta’ miżuri oħra, bħall-inklużjoni ta’ Kuba fil-lista tal-Istati Uniti ta’ hekk imsejħa “stati sponsor tat-terroriżmu”.

L-imblokk impost fuq Kuba kellu impatt profond fuq l-ekonomija tal-pajjiż, u kellu riperkussjonijiet serji fuq il-kundizzjonijiet ta’ għajxien ta’ niesha. Il-kumpaniji, inklużi dawk mill-Istati Membri tal-UE, qed inaqqsu jew iwaqqfu l-kooperazzjoni tagħhom ma’ Kuba minħabba t-theddid u l-miżuri koerċittivi tal-Istati Uniti. L-inklużjoni ta’ Kuba fil-lista tal-Istati Uniti ta’ hekk imsejħa “stati sponsor tat-terroriżmu” ġiegħlet lil diversi istituzzjonijiet finanzjarji jissospendu l-operazzjonijiet tagħhom mal-pajjiż, inklużi trasferimenti għax-xiri ta’ ikel, mediċina, fjuwil u oġġetti essenzjali oħra.

L-Assemblea Ġenerali tan-NU appellat 32 darba biex dan l-imblokk jinġieb fi tmiemu. Ir-riżoluzzjoni l-aktar riċenti tagħha, bl-isem “Necessity of ending the economic, commercial and financial embargo imposed by the United States of America against Cuba” (Il-ħtieġa tat-tmiem tal-embargo ekonomiku, kummerċjali u finanzjarju impost mill-Istati Uniti tal-Amerka kontra Kuba), ġiet adottata fl-10 ta’ Ottubru 2024 b’187 vot favur, tnejn kontra u astensjoni waħda.

Fid-dawl ta’ dan kollu hawn fuq, nistaqsu lill-Kunsill:

Imressqa: 18.2.2025

Skadenza: 19.5.2025

Aġġornata l-aħħar: 20 ta' Frar 2025
Avviż legali-Politika tal-privatezza