Ϸվ

Mozzjoni għal riżoluzzjoni konġunta - RC-B8-0111/2019Mozzjoni għal riżoluzzjoni konġunta
RC-B8-0111/2019

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI KONĠUNTAdwar id-difensuri tad-drittijiet tan-nisa fl-Arabja Sawdija

13.2.2019-(2019/2564(鳧))

imressqa skont l-Artikoli135(5) u 123(4) tar-Regoli ta' Proċedura
li tissostitwixxi l-mozzjonijiet għal riżoluzzjoni li ġejjin:
B8-0111/2019 (ECR)
B8-0113/2019 (Verts/ALE)
B8-0115/2019 (S&D)
B8-0116/2019 (EFDD)
B8-0121/2019 (GUE/NGL)
B8-0123/2019 (ALDE)
B8-0126/2019 (PPE)

Cristian Dan Preda, Michaela Šojdrová, David McAllister, Elmar Brok, Agnieszka Kozłowska-Rajewicz, Marijana Petir, Eduard Kukan, Patricija Šulin, Jarosław Wałęsa, Tunne Kelam, Roberta Metsola, Csaba Sógor, Milan Zver, Bogusław Sonik, Adam Szejnfeld, Pavel Svoboda, Lorenzo Cesa, Giovanni La Via, Tomáš Zdechovský, Krzysztof Hetman, Anders Sellström, Ivo Belet, Dubravka Šuica, Sandra Kalniete, Seán Kelly, Francis Zammit Dimech, Deirdre Clune, Ivana Maletić, Anna Záborská, Romana Tomc, Andrey Kovatchev, Laima Liucija Andrikienė, László Tőkés, Anna Maria Corazza Bildt, Jiří Pospíšil, Stanislav Polčák, Inese Vaidere f'isem il-Grupp PPE
Elena Valenciano, Victor Boştinaru, Soraya Post, Pier Antonio Panzeri f'isem il-Grupp S&D
Charles Tannock, Jana Žitňanská, Ruža Tomašić, Jan Zahradil, Monica Macovei f'isem il-Grupp ECR
Marietje Schaake, Izaskun Bilbao Barandica, Ilhan Kyuchyuk, Petras Auštrevičius, Beatriz Becerra Basterrechea, Dita Charanzová, Gérard Deprez, Marian Harkin, Nadja Hirsch, Ivan Jakovčić, Petr Ježek, Patricia Lalonde, Valentinas Mazuronis, Louis Michel, Javier Nart, Urmas Paet, Maite Pagazaurtundúa Ruiz, Carolina Punset, Frédérique Ries, Robert Rochefort, Jasenko Selimovic, Pavel Telička, Ramon Tremosa i Balcells, Ivo Vajgl, Hilde Vautmans, Cecilia Wikström f'isem il-Grupp ALDE
Ernest Urtasun, Barbara Lochbihler, Jordi Solé, Judith Sargentini, Ana Miranda, Bodil Valero, Florent Marcellesi, Tilly Metz, Terry Reintke, Molly Scott Cato, Josep-Maria Terricabras, Margrete Auken f'isem il-Grupp Verts/ALE
Marie-Christine Vergiat, Ángela Vallina, Marie-Pierre Vieu, Luke Ming Flanagan, Patrick Le Hyaric, Merja Kyllönen, Miguel Urbán Crespo, Tania González Peñas, Lola Sánchez Caldentey, Xabier Benito Ziluaga, Dimitrios Papadimoulis, Stelios Kouloglou f'isem il-Grupp GUE/NGL
Ignazio Corrao, Fabio Massimo Castaldo, Rosa D’Amato f'isem il-Grupp EFDD

ʰċܰ:
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument:
RC-B8-0111/2019
Testi mressqa :
RC-B8-0111/2019
Votazzjonijiet :
Testi adottati :

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar id-difensuri tad-drittijiet tan-nisa fl-Arabja Sawdija

()

Il-Parlament Ewropew,

–wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar l-Arabja Sawdija, b'mod partikolari dik tal-11ta'Marzu2014 dwar l-Arabja Sawdija, ir-relazzjonijiet tagħha mal-UE u r-rwol tagħha fil-Lvant Nofsani u fl-Afrika ta' Fuq[1], dik tat-12ta'Frar2015 dwar il-każ ta' Raif Badawi, l-Arabja Sawdija[2], dik tat-8ta'Ottubru2015 dwar il-każ ta' Ali Mohammed al-Nimr[3], dik tal-31ta'Mejju2018 dwar is-sitwazzjoni tad-difensuri tad-drittijiet tan-nisa fl-Arabja Sawdija[4] u dik tal-25ta'Ottubru2018 dwar il-qtil tal-ġurnalist Jamal Khashoggi fil-konsulat Sawdi f'Istanbul[5],

–wara li kkunsidra d-dikjarazzjonijiet tad-29ta'Mejju2018 tal-Kelliem għall-Kummissarju Għoli tan-NU għad-Drittijiet tal-Bniedem dwar l-arresti reċenti fl-Arabja Sawdija u tal-31ta'Lulju2018 dwar id-detenzjonijiet arbitrarji ta' difensuri u attivisti tad-drittijiet tal-bniedem fl-Arabja Sawdija, inklużi attivisti tad-drittijiet tan-nisa,

–wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tat-12ta'Ottubru2018 ta' diversi Rapporteurs Speċjali tan-NU li fiha jappellaw għall-ħelsien immedjat tad-difensuri kollha tad-drittijiet tan-nisa,

–wara li kkunsidra r-rapport tal-Uffiċċju tal-Kummissarju Għoli tan-NU għad-Drittijiet tal-Bniedem (OHCHR) ta' Diċembru2017,

–wara li kkunsidra s-sħubija tal-Arabja Sawdija fil-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU u fil-Kummissjoni tan-NU dwar l-Istatus tan-Nisa (CSW), kif ukoll is-sħubija tagħha fil-Kunsill Eżekuttiv tas-CSW sa minn Jannar2019,

–wara li kkunsidra d-diskors tal-Kummissarju Christos Stylianides, f'isem il-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà (VP/RGħ), fid-dibattitu tal-4ta'Lulju2017 fil-Parlament Ewropew dwar l-elezzjoni tal-Arabja Sawdija bħala membru tas-CSW,

–wara li kkunsidra d-diskors tal-ftuħ tal-VP/RGħ fil-5laqgħa ministerjali UE-Lega tal-Istati Għarab li jgħid: "u ppermettuli ngħid li l-kooperazzjoni bejn l-Ewropa u d-dinja Għarbija qatt ma kienet daqshekk importanti u, fil-fehma tiegħi, qatt ma kienet daqshekk meħtieġa",

–wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tan-NU dwar l-Eliminazzjoni ta' Kull Forma ta' Diskriminazzjoni Kontra n-Nisa (CEDAW),

–wara li kkunsidra l-osservazzjonijiet konklużivi tad-9ta'Marzu2018 tal-Kumitat dwar l-Eliminazzjoni ta' Kull Forma ta' Diskriminazzjoni Kontra n-Nisa rigward it-tielet u r-raba' rapporti perjodiċi dwar l-Arabja Sawdija, ippreżentati flimkien,

–wara li kkunsidra r-rapport tad-Detention Review Panel dwar l-attivisti nisa detenuti fl-Arabja Sawdija,

–wara li kkunsidra l-abbozz ta' liġi kontra l-fastidju approvat mill-Kunsill Shura tal-Arabja Sawdija fit-28ta'Mejju2018,

–wara li kkunsidra l-Eżami Perjodiku Universali (EPU) tal-Arabja Sawdija ta' Novembru2018,

–wara li kkunsidra l-Indiċi Dinji tal-Libertà tal-Istampa tal-2018 ta' Reporters Mingħajr Fruntieri li jikklassifika lis-Sawdi Arabja fil-169post minn total ta' 180pajjiż,

–wara li kkunsidra l-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi (ICCPR) tal-1966,

–wara li kkunsidra l-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ekonomiċi, Soċjali u Kulturali (ICESCR) tal-1966,

–wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem tal-1948,

–wara li kkunsidra l-Linji Gwida tal-UE dwar id-Difensuri tad-Drittijiet tal-Bniedem,

–wara li kkunsidra l-għoti tal-Premju Sakharov għal-Libertà tal-Ħsieb u tal-Espressjoni lill-blogger Sawdi Raif Badawi fl-2015,

–wara li kkunsidra l-Artikoli135(5) u 123(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.billi l-attivisti li ġew arrestati mill-awtoritajiet Sawdin għall-attiviżmu tagħhom fil-qasam tad-drittijiet tan-nisa għadhom detenuti mingħajr akkuża; billi l-attivisti jinkludu lil Loujain al-Hathloul, Aziza al-Yousef, Eman al-Nafjan, Nouf Abdulaziz, Mayaa al-Zahrani, Samar Badawi, Nassima al-Sada, Shadan al-Anezi, Abir Namankani, Amal al-Harbi u Hatoon al-Fassi, li lkoll huma attivisti tad-drittijiet tan-nisa, kif ukoll sostenituri rġiel tal-moviment, inkluż Mohammed al-Rabea; billi dawn l-attivisti huma magħrufa għall-kampanja tagħhom kontra l-projbizzjoni fuq is-sewqan imposta fuq in-nisa u għall-appoġġ tagħhom għat-tneħħija tas-sistema ta' tutela mill-irġiel; billi dawn ġew arrestati qabel it-tneħħija tal-projbizzjoni fuq is-sewqan imposta fuq in-nisa, prevista għall-24ta'Ġunju2018; billi, skont ma ġie rrapportat, uħud minnhom se jiġu riferuti għal proċess quddiem il-Qorti Kriminali Speċjalizzata li oriġinarjament ġiet stabbilita biex tissottoponi għal proċess lil detenuti miżmuma b'rabta ma' reati ta' terroriżmu;

B.billi d-difensura tad-drittijiet tal-bniedem Israa al-Ghomgham, mir-reġjun ta' Qatif, għadha qed tiffaċċja detenzjoni arbitrarja; billi l-piena tal-mewt li ġiet imposta fuqha dan l-aħħar ġiet irtirata, iżda xorta għadha soġġetta għal akkużi mhux speċifikati kontriha; billi hemm tħassib dwar il-benesseri fiżiku u mentali tas-Sa al-Ghomgham;

C.billi r-rapporti jsostnu li l-interrogaturi Sawdin ittorturaw, immaltrattaw u abbużaw sesswalment tal-anqas tlieta mill-attivisti nisa detenuti f'Mejju2018; billi l-familjari tal-attivisti nisa, bħall-ġenituri ta' Loujain al-Hathloul, huma soġġetti għal projbizzjonijiet fuq l-ivvjaġġar;

D.billi l-Ministeru tal-Midja tal-Arabja Sawdija ċaħad l-allegazzjonijiet ta' tortura fil-konfront tad-detenuti fir-Renju u qieshom bħala rapporti infondati;

E.billi l-attivista Loujain al-Hathloul ilha detenuta sa minn Marzu2018 wara li attendiet sessjoni ta' eżami tas-sitwazzjoni fl-Arabja Sawdija tal-Kumitat tan-NU dwar l-Eliminazzjoni tad-Diskriminazzjoni Kontra n-Nisa; billi hija tqiegħdet f'iżolament bejn Mejju u Settembru2018, perjodu li matulu l-ġenituri tagħha rrapportaw li ġiet ittorturata;

F.billi delegazzjoni mill-Kummissjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem tal-Arabja Sawdija żaret lil Loujain al-Hathloul wara l-pubblikazzjoni tar-rapporti dwar it-tortura li għaddiet minnha; billi tali delegazzjoni ma setgħetx tiggarantixxi l-protezzjoni tagħha; billi sussegwentement prosekutur pubbliku mar iżurha biex jiġbor ix-xhieda tagħha;

G.billi Loujain al-Hathloul ġiet innominata għall-Premju Nobel għall-Paċi tal-2019;

H.billi l-Arabja Sawdija għad għandha wħud mill-aktar restrizzjonijiet ibsin imposti fuq in-nisa, minkejja r-riformi governattivi li saru dan l-aħħar biex jissaħħu d-drittijiet tan-nisa fis-settur tal-impjiegi; billi s-sistema politika u soċjali Sawdija għadha diskriminatorja u lin-nisa fil-verità tittrattahom bħala ċittadini tat-tieni klassi, billi ma tippermetti l-ebda libertà ta' reliġjon u ta' twemmin, billi tiddiskrimina serjament kontra l-ħafna ħaddiema barranin fil-pajjiż u billi trażżan severament kwalunkwe vuċi dissidenti;

I.billi l-Arabja Sawdija għandha sensiela ta' liġijiet diskriminatorji, b'mod partikolari d-dispożizzjonijiet ġuridiċi marbuta mal-istatus personali, is-sitwazzjoni tal-ħaddiema migranti nisa, il-Kodiċi tal-Istatus Ċivili, il-Kodiċi tax-Xogħol, l-Att dwar in-Nazzjonalità u s-sistema ta' tutela mill-irġiel, li abbażi tagħha t-tgawdija min-nisa tal-biċċa l-kbira ta' drittijiethom fil-qafas tas-CEDAW hija soġġetta għall-awtorizzazzjoni minn tutur raġel;

J.billi, taħt is-sistema ta' tutela mill-irġiel, in-nisa Sawdin huma mċaħħda saħansitra mill-aktar kontroll bażiku fuq ħajjithom; billi l-liġijiet diskriminatorji relatati maż-żwieġ u d-divorzju għadhom fis-seħħ u billi l-liġi tesiġi min-nisa li jiksbu l-permess ta' tutur raġel biex jinkitbu fl-edukazzjoni għolja, ifittxu impjieg, jivvjaġġaw jew jiżżewġu; billi n-nisa Sawdin li huma miżżewġin irġiel barranin, għall-kuntrarju tal-kontropartijiet irġiel tagħhom, ma jistgħux jgħaddu ċ-ċittadinanza tagħhom lil uliedhom jew lil żwieġhom;

K.billi r-riżerva ġenerali tal-Arabja Sawdija fil-konfront tas-CEDAW, skont il-Kumitat dwar l-Eliminazzjoni tad-Diskriminazzjoni Kontra n-Nisa, hija inkompatibbli mas-suġġett u l-iskop tal-Konvenzjoni u mhijiex permessa skont l-Artikolu28 tagħha;

L.billi, minn mindu l-Prinċep Eredi Mohammed bin Salman Al Saud tela' fil-poter f'Ġunju2017, ħafna difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, attivisti u kritiċi li fissru l-opinjonijiet tagħhom fl-apert ġew detenuti arbitrarjament jew ġew ikkundannati inġustament għal perjodi twal ta' priġunerija sempliċement talli eżerċitaw id-dritt tagħhom għal-libertà tal-espressjoni;

M.billi l-aġenda ta' riforma "Vision2030", li għandha l-għan li ġġib magħha t-trasformazzjoni ekonomika u soċjali tal-pajjiż, inkluż permezz tal-awtonomizzazzjoni tan-nisa, kellha tkun opportunità reali għan-nisa Sawdin biex jiżguraw l-emanċipazzjoni ġuridika tagħhom, li hija assolutament kruċjali għat-tgawdija sħiħa ta' drittijiethom fil-qafas tas-CEDAW; billi, madankollu, il-mewġa reċenti ta' arresti u ta' allegata tortura tal-attivisti tad-drittijiet tan-nisa tmur kontra dan l-għan u għandha mnejn tfixkel l-aġenda ta' riforma; billi d-digriet "Vision2030" huwa nieqes minn qafas ġuridiku xieraq;

N.billi l-libertà tal-espressjoni u l-libertà tal-istampa u tal-midja, kemm online kif ukoll offline, huma prekundizzjonijiet kruċjali u katalizzaturi għad-demokratizzazzjoni u għar-riforma u huma kontrolli essenzjali fuq il-poter;

O.billi l-Arabja Sawdija għandha waħda mill-ogħla rati ta' eżekuzzjonijiet fid-dinja; billi, bejn l-2014 u l-2017, in-numru medju ta' eżekuzzjonijiet fis-sena kien mill-anqas 126; billi l-awtoritajiet jimponu l-piena tal-mewt għal reati mhux vjolenti, bħall-kuntrabandu tad-droga, it-tradiment u l-adulterju; billi reati bħall-apostasija, li skont id-dritt internazzjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem ma għandhomx jiġu kriminalizzati, irriżultaw ukoll fl-applikazzjoni tal-piena tal-mewt;

P.billi l-valur tal-Indiċi tal-Iżvilupp tal-Bniedem tan-NU għall-Arabja Sawdija għall-2018 huwa ta' 0,853, u għalhekk hija kklassifikata fid-39post minn total ta' 188pajjiż u territorju; billi l-Arabja Sawdija għandha valur tal-Indiċi tal-Inugwaljanza bejn is-Sessi tan-NU ta' 0,234, u għalhekk hija kklassifikata fid-39post minn total ta' 189pajjiż fl-indiċi tal-2017; billi l-pajjiż għandu Indiċi għall-Iżvilupp tas-Sessi tan-NU ta' 0,877 (ikklassifikat fid-39post fid-dinja);

1.Jikkundanna bil-qawwa d-detenzjoni tad-difensuri nisa tad-drittijiet tal-bniedem li għamlu kampanja biex titneħħa l-projbizzjoni fuq is-sewqan, kif ukoll id-difensuri kollha paċifiċi tad-drittijiet tal-bniedem, il-ġurnalisti, l-avukati u l-attivisti, u jesprimi x-xokk tiegħu għar-rapporti kredibbli ta' tortura sistematika fil-konfront ta' diversi minnhom, inkluża Loujain al-Hathloul;

2.Jistieden lill-awtoritajiet Sawdin biex jeħilsu minnufih u mingħajr kundizzjonijiet lil dawn id-difensuri tad-drittijiet tan-nisa u lid-difensuri kollha tad-drittijiet tal-bniedem, l-avukati, il-ġurnalisti u priġunieri oħra minħabba t-twemmin tagħhom li ġew detenuti u kkundannati sempliċement talli eżerċitaw id-dritt tagħhom għal-libertà tal-espressjoni u għall-ħidma paċifika tagħhom favur id-drittijiet tal-bniedem, u biex jippermettu lil osservaturi internazzjonali indipendenti jiltaqgħu mad-difensuri nisa tad-drittijiet tal-bniedem li huma detenuti;

3.Iħeġġeġ lill-awtoritajiet Sawdin jiffaċilitaw l-aċċess ta' tobba indipendenti għad-detenuti; jenfasizza li t-trattament tad-detenuti kollha, inklużi d-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, waqt li jkunu detenuti, irid ikun konformi mal-kundizzjonijiet stabbiliti fil-Korp tal-Prinċipji għall-Protezzjoni tal-Persuni Kollha taħt Kwalunkwe Forma ta' Detenzjoni jew Priġunerija adottat permezz tar-Riżoluzzjoni43/173 tal-Assemblea Ġenerali tan-NU tad-9ta'Diċembru1988;

4.Jinsisti li l-osservaturi indipendenti għandhom jinkludi osservaturi mid-Delegazzjoni tal-UE għall-Arabja Sawdija jew mill-istituzzjonijiet tal-UE, kif ukoll detenturi ta' mandat tan-NU rigward id-drittijiet tal-bniedem, bħar-Rapporteur Speċjali dwar it-Tortura u Trattament jew Pieni Krudili, Inumani jew Degradanti Oħra, jew NGOs internazzjonali;

5.Jinsisti li l-awtoritajiet Sawdin itemmu l-forom kollha ta' fastidju, anke fil-livell ġudizzjarju, fil-konfront ta' Loujain al-Hathloul, Aziza al-Yousef, Eman al-Nafjan, Nouf Abdulaziz, Mayaa al-Zahrani, Samar Badawi, Nassima al-Sada, Shadan al-Anezi, Abir Namankani, Amal al-Harbi, Hatoon al-Fassi, Israa Al-Ghomgham, Mohammed al-Rabea u d-difensuri l-oħra kollha tad-drittijiet tal-bniedem fil-pajjiż, sabiex ikunu jistgħu jagħmlu xogħolhom mingħajr xkiel mhux ġustifikat jew biża' ta' rappreżalji fil-konfront tagħhom u tal-familji tagħhom;

6.Jikkundanna r-repressjoni u t-tortura li qed iseħħu bħalissa fil-konfront tad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, inklużi d-difensuri tad-drittijiet tan-nisa, fl-Arabja Sawdija, li jdgħajfu l-kredibbiltà tal-proċess ta' riforma fil-pajjiż; jiddenunzja d-diskriminazzjoni sistemika kontinwa fil-konfront tan-nisa u l-bniet fl-Arabja Sawdija;

7.Iħeġġeġ lill-Arabja Sawdija tiggarantixxi pubblikament is-sikurezza tal-attivisti detenuti kollha, tippermetti lin-nisa detenuti aċċess għall-avukati u l-membri tal-familja, tipprovdi evidenza tal-benesseri tagħhom, u teħles lil dawk li qed jinżammu l-ħabs sempliċement talli tkellmu b'mod paċifiku favur riforma;

8.Ifaħħar u jappoġġja lid-difensuri Sawdin tad-drittijiet tan-nisa li qed jippruvaw jiksbu trattament ekwu u ġust fis-soċjetà tagħhom, u lil dawk li ddefendew id-drittijiet tal-bniedem minkejja d-diffikultajiet li jridu jħabbtu wiċċhom magħhom;

9.Huwa mħasseb ferm dwar il-prevalenza ta' vjolenza sessista fl-Arabja Sawdija, li fil-biċċa l-kbira tagħha għadha mhijiex rappurtata u dokumentata biżżejjed, u li ġiet iġġustifikata b'raġunijiet retrogradi bħall-ħtieġa li n-nisa jiġu dixxiplinati taħt it-tutela tal-irġiel; iħeġġeġ lill-awtoritajiet Sawdin jadottaw leġiżlazzjoni komprensiva biex jiddefinixxu u jikkriminalizzaw b'mod speċifiku l-forom kollha ta' vjolenza sessista fil-konfront tan-nisa, b'mod partikolari l-mutilazzjoni ġenitali femminili, l-istupru, inkluż l-istupru fiż-żwieġ, l-attakki sesswali u l-fastidju sesswali, u jneħħu l-ostakli kollha li n-nisa jħabbtu wiċċhom magħhom fl-aċċess tagħhom għall-ġustizzja; jesprimi inkwiet kbir dwar ir-rapporti ta' prassi prevalenti ta' żwieġ tat-tfal;

10.Jiddeplora l-eżistenza tas-sistema ta' tutela mill-irġiel, li għadha tipprevedi l-awtorizzazzjoni ta' tutur raġel f'numru ta' oqsma, inklużi l-vjaġġi internazzjonali, l-aċċess għas-servizzi tal-kura tas-saħħa, l-għażla tar-residenza, iż-żwieġ, it-tressiq ta' lmenti fis-sistema ġudizzjarja u t-tluq minn ċentri ta' akkoljenza tal-istat għan-nisa abbużati u t-tluq miċ-ċentri ta' detenzjoni; jissottolinja li din is-sistema hija riflessjoni tas-sistema patrijarkali b'għeruq b'saħħithom li tiddomina fil-pajjiż; iħeġġeġ lill-Gvern Sawdi jabolixxi minnufih is-sistema ta' tutela mill-irġiel u jħassar liġijiet oħra li jiddiskriminaw kontra n-nisa u l-bniet;

11.Jinnota l-adozzjoni reċenti ta' liġi li taħtha n-nisa Sawdin jistgħu jiġu nnotifikati permezz ta' messaġġ bil-mobile jekk il-konjuġi tagħhom jiddeċiedi li jiddivorzja, u dan biex jiġu protetti mill-fatt li ż-żwieġ tagħhom jista' jintemm mingħajr ma jkunu jafu; jenfasizza li din il-liġi ma tagħmel xejn biex tindirizza l-fatt li n-nisa Sawdin jistgħu jieħdu d-divorzju biss f'każijiet limitati ferm, bħal bil-kunsens tal-żewġhom jew jekk żewġhom ikun immaltrattahom;

12.Jesprimi tħassib dwar is-servizzi web tal-gvern li permezz tagħhom it-tuturi rġiel jistgħu jsegwu l-movimenti tan-nisa, jispeċifikaw meta u kif jistgħu jaqsmu l-fruntieri Sawdin, u jirċievu aġġornamenti bl-SMS kważi f'ħin reali meta jivvjaġġaw;

13.Jilqa' t-tneħħija tal-projbizzjoni tas-sewqan għan-nisa fir-Renju bħala parti mill-aġenda "Vision2030";

14.Jistieden lill-awtoritajiet Sawdin jirrevedu l-Liġi dwar l-Assoċjazzjonijiet u l-Fondazzjonijiet ta' Diċembru2015 sabiex jippermettu lill-attivisti nisa jorganizzaw ruħhom u jaħdmu b'mod liberu u indipendenti mingħajr indħil indebitu min-naħa tal-awtoritajiet; iħeġġeġ ukoll ir-reviżjoni tal-Liġi Kontra t-Terroriżmu, tal-Liġi Kontra l-Kriminalità Ċibernetika u tal-Liġi dwar l-Istampa u l-Pubblikazzjonijiet, li jintużaw ripetutament biex jinbdew proċeduri kriminali kontra difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, kif ukoll tad-dispożizzjonijiet preżenti fis-sistema ġuridika, inkluż f'oqsma bħall-wirt;

15.Jistieden lill-awtoritajiet Sawdin jirratifikaw l-ICCPR, ineħħu r-riżervi li għandhom għas-CEDAW u jirratifikaw l-Protokoll Fakultattiv għas-CEDAW, sabiex in-nisa Sawdin ikunu jistgħu jgawdu d-drittijiet minquxa fil-Konvenzjoni, u jtemmu ż-żwieġ tat-tfal, iż-żwieġ furzat u l-kodiċi tal-ilbies obbligatorju għan-nisa; iħeġġeġ lill-Arabja Sawdija toħroġ stedina permanenti biex il-Proċeduri Speċjali kollha tal-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU jkunu jistgħu jżuru l-pajjiż;

16.Jenfasizza li l-eżerċizzju tad-drittijiet għal-libertà tal-espressjoni u tal-assemblea u l-assoċjazzjoni paċifika huwa protett mid-dritt internazzjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem; jistieden lill-awtoritajiet Sawdin jippermettu stampa u media indipendenti u jiżguraw il-libertà tal-espressjoni online u offline, kif ukoll il-libertà ta' assemblea paċifika u ta' assoċjazzjoni għall-abitanti kollha tal-Arabja Sawdija; iħeġġeġ lill-awtoritajiet Sawdin ineħħu r-restrizzjonijiet fuq id-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, li jipprojbuhom milli jitkellmu fil-media soċjali u lill-media internazzjonali;

17.Jistieden lill-awtoritajiet Sawdin jintroduċu moratorju immedjat fuq l-użu tal-piena tal-mewt bħala pass lejn l-abolizzjoni tagħha; jappella għal rieżami tas-sentenzi tal-mewt kollha biex jiġi żgurat li l-proċessi li ppreċedewhom kienu konformi mal-istandards internazzjonali;

18.Jirrakkomanda li tintbagħat delegazzjoni ad hoc mis-Sottokumitat għad-Drittijiet tal-Bniedem (DROI) u mill-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi (FEMM) qabel tmiem il-mandat kurrenti fl-Arabja Sawdija sabiex iżżur lin-nisa li qegħdin il-ħabs u biex isiru l-laqgħat meħtieġa mal-awtoritajiet Sawdin;

19.Jieħu nota tad-djalogu bejn l-UE u l-Arabja Sawdija u jħeġġeġ it-tkomplija tiegħu;

20.Jiddispjaċih dwar id-dikjarazzjonijiet ineffiċjenti tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE) u tal-Istati Membri dwar il-każijiet tad-difensuri nisa tad-drittijiet tal-bniedem li ilhom detenuti minn Mejju tal-2018;

21.Jistieden lill-VP/RGħ, lis-SEAE u lill-Istati Membri jqajmu l-każijiet ta' Loujain al-Hathloul, Eman al-Nafjan, Aziza al-Yousef, Samar Badawi, Nassima al-Sada u tad-difensuri nisa l-oħra kollha tad-drittijiet tal-bniedem fid-djalogi tagħhom mal-awtoritajiet Sawdin, u jitolbu l-ħelsien tagħhom; jinsisti li, sakemm jinħelsu, membri tal-korp diplomatiku tal-UE għandhom jistiednu lill-awtoritajiet Sawdin biex jiggarantixxu s-sikurezza tagħhom u jwettqu investigazzjonijiet sħaħ dwar ir-rapporti ta' tortura;

22.Jitlob lill-Kummissjoni u lill-Parlament jeżaminaw in-nuqqas ta' elenkar tal-Arabja Sawdija fir-reġistru tat-trasparenza tal-UE;

23.Jistieden lill-VP/RGħ, lis-SEAE u lill-Istati Membri jqajmu l-każijiet ta' Israa al-Ghomgham, żewġha Mousa al-Hashim u l-erba' koakkużati Ahmed al-Matrood, Ali Ouwaisher, Khalid al-Ghanim u Mujtaba al-Muzain fid-djalogi tagħhom mal-awtoritajiet Sawdin, u jitolbu l-ħelsien tagħhom; barra minn hekk, jitlob li jitqajjem il-każ ta' Sheikh Salman al-Awda u li jintalab il-ħelsien tiegħu;

24.Jistieden lill-VP/RGħ, lis-SEAE u lill-Istati Membri jistabbilixxu pożizzjoni unifikata biex jiżguraw li s-servizzi diplomatiċi Ewropej fl-Arabja Sawdija jużaw b'mod sistematiku l-mekkaniżmi previsti fil-Linji gwida tal-UE dwar id-Difensuri tad-Drittijiet tal-Bniedem, inklużi d-dikjarazzjonijiet pubbliċi, d-démarches diplomatiċi, il-monitoraġġ tal-proċessi u taż-żjarat il-ħabs, b'rabta mad-difensuri Sawdin tad-drittijiet tan-nisa li ilhom detenuti minn Mejju tal-2018;

25.Jitlob li titressaq riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar is-sitwazzjoni tad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem fl-Arabja Sawdija fis-sessjoni li jmiss tal-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU; jitlob lill-UE biex, fil-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem li jmiss u fil-Kummissjoni dwar l-Istatus tan-Nisa, tqajjem il-kwistjoni tas-sħubija tal-istati b'rekords dubjużi rigward id-drittijiet tal-bniedem, anke fir-rigward tar-rispett għad-drittijiet tan-nisa u l-ugwaljanza bejn is-sessi; jitlob lill-UE biex, fil-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU, tipproponi l-ħatra ta' Rapporteur Speċjali dwar id-Drittijiet tal-Bniedem fl-Arabja Sawdija;

26.Jistieden, għal darb'oħra, lill-awtoritajiet Sawdin iwaqqfu s-swat ulterjuri ta' Raif Badawi, u jeħilsuh minnufih u mingħajr kundizzjonijiet; jinsisti li r-rappreżentanti għoljin kollha tal-UE, b'mod partikolari l-VP/RGħ u l-Kummissarji kollha, iqajmu b'mod sistematiku l-każ ta' Raif Badawi fil-kuntatti tagħhom mal-kontropartijiet Sawdin tagħhom, u jitolbu li jiltaqgħu miegħu matul iż-żjarat tagħhom fil-pajjiż; jimpenja ruħu li jżid l-isforzi tiegħu b'appoġġ għall-ħelsien tiegħu; jistieden lill-President iżur Riyadh sabiex iqajjem il-każ tar-rebbieħa tal-Premju Sakharov direttament mal-awtoritajiet;

27.Jistieden lill-VP/RGħ, lis-SEAE u lill-Istati Membri jiżguraw l-implimentazzjoni sħiħa tal-Linji Gwida tal-UE dwar id-Difensuri tad-Drittijiet tal-Bniedem, u jestendu l-protezzjoni u l-appoġġ tagħhom għad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, b'mod partikolari d-difensuri nisa tad-drittijiet tal-bniedem; jistieden lill-VP/RGħ tirrapporta dwar is-sitwazzjoni kurrenti tal-kooperazzjoni militari u tas-sigurtà bejn l-Istati Membri u r-reġim Sawdi;

28.Itenni l-appell tiegħu lill-Kunsill biex jilħaq pożizzjoni komuni sabiex jimponi, fil-livell tal-UE, embargo fuq l-armi fil-konfront tal-Arabja Sawdija, u biex jirrispetta l-Pożizzjoni Komuni2008/944/PESK[6]; jappella għal embargo fuq l-esportazzjoni ta' sistemi ta' sorveljanza u oġġetti oħra ta' użu dupliċi li jistgħu jintużaw fl-Arabja Sawdija għall-finijiet ta' repressjoni taċ-ċittadini tagħha, inklużi d-difensuri nisa tad-drittijiet tal-bniedem; huwa preokkupat dwar l-użu ta' dawn l-armi u ta' teknoloġija ta' sorveljanza ċibernetika mill-awtoritajiet tal-Arabja Sawdija; ifakkar lill-Istati Membri li t-tkomplija tal-ftehimiet tagħhom dwar l-armi mal-Arabja Sawdija tmur kontra l-pożizzjoni komuni tal-UE dwar l-esportazzjonijiet ta' armi; jitlob lis-SEAE jipproponi, u lill-Kunsill jadotta, l-użu ta' miżuri restrittivi fil-konfront tal-Arabja Sawdija b'reazzjoni għall-ksur tad-drittijiet tal-bniedem, inklużi l-iffriżar tal-assi u l-projbizzjonijiet tal-viżi;

29.Iħeġġeġ lill-VP/RGħ, lis-SEAE u lill-Istati Membri jkomplu jinvolvu ruħhom fi djalogu mal-Arabja Sawdija dwar id-drittijiet tal-bniedem, il-libertajiet fundamentali u r-rwol inkwetanti tal-pajjiż fir-reġjun; jesprimi d-disponibbiltà tiegħu li jkollu djalogu kostruttiv u miftuħ mal-awtoritajiet Sawdin, inklużi d-deputati parlamentari, dwar l-implimentazzjoni tal-impenji internazzjonali tagħhom favur id-drittijiet tal-bniedem; jappella għal skambju ta' għarfien espert dwar il-ġustizzja u kwistjonijiet ġuridiċi sabiex tissaħħaħ il-protezzjoni tad-drittijiet tal-individwi fl-Arabja Sawdija;

30.Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna, lis-Segretarju Ġenerali tan-NU, lill-Kummissarju Għoli tan-NU għad-Drittijiet tal-Bniedem, lill-Kummissjoni dwar l-Istatus tan-Nisa, lill-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU, lill-Maestà Tiegħu r-Re Salman bin Abdulaziz Al Saud u lill-Prinċep Eredi Mohammad bin Salman Al Saud, lill-Gvern tar-Renju tal-Arabja Sawdija u lis-Segretarju Ġenerali taċ-Ċentru għad-Djalogu Nazzjonali tar-Renju tal-Arabja Sawdija.

Aġġornata l-aħħar: 13 ta' Frar 2019
Avviż legali-Politika tal-privatezza