MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI KONĠUNTAdwar l-Iran, b'mod partikolari s-sitwazzjoni tad-difensuri tad-drittijiet tan-nisa u ċ-ċittadini tal-UE b'ċittadinanza doppja miżmuma priġunieri
18.9.2019-()
li tissostitwixxi l-mozzjonijiet għal riżoluzzjoni li ġejjin:
B9-0089/2019 (ECR)
B9-0090/2019 (Verts/ALE)
B9-0093/2019 (S&D)
B9-0094/2019 (Renew)
B9-0096/2019 (PPE)
Michael Gahler, Željana Zovko, Antonio López-Istúriz White, Loránt Vincze, Vladimír Bilčík, David McAllister, Arba Kokalari, Lefteris Christoforou, Loucas Fourlas, Romana Tomc, Karoline Edtstadler, Tomáš Zdechovský, Ivan Štefanec, Michaela Šojdrová, Vangelis Meimarakis, Milan Zver, Manolis Kefalogiannis, David Lega, Isabel Wiseler-Lima, Tomasz Frankowski, Esther de Lange, Francisco José Millán Mon, Stanislav Polčák, Stelios Kympouropoulos, Rosa Estaràs Ferragut, Inese Vaidere, Andrey Kovatchev, Ioan-Rareş Bogdan
f'isem il-Grupp PPE
Kati Piri, Jytte Guteland
f'isem il-Grupp S&D
María Soraya Rodríguez Ramos, Luisa Porritt, Atidzhe Alieva-Veli, Abir Al-Sahlani, Andrus Ansip, Petras Auštrevičius, Phil Bennion, Izaskun Bilbao Barandica, Sylvie Brunet, Dita Charanzová, Olivier Chastel, Katalin Cseh, Chris Davies, Anna Júlia Donáth, Laurence Farreng, Fredrick Federley, Valter Flego, Klemen Grošelj, Christophe Grudler, Irena Joveva, Ondřej Kovařík, Ilhan Kyuchyuk, Nathalie Loiseau, Radka Maxová, Karen Melchior, Javier Nart, Lucy Nethsingha, Bill Newton Dunn, Urmas Paet, Dragoş Pîslaru, Frédérique Ries, Michal Šimečka, Susana Solís Pérez, Nicolae Ştefănuță, Ramona Strugariu, Hilde Vautmans, Marie-Pierre Vedrenne, Chrysoula Zacharopoulou
f'isem il-Grupp Renew
Hannah Neumann, Heidi Hautala, Ernest Urtasun, Saskia Bricmont, Katrin Langensiepen, Bronis Ropė, Ville Niinistö, Catherine Rowett, Erik Marquardt, Anna Cavazzini, Viola Von Cramon-Taubadel, Kim Van Sparrentak, Tineke Strik, Ellie Chowns
f'isem il-Grupp Verts/ALE
Anna Fotyga, Karol Karski, Raffaele Fitto, Jan Zahradil, Veronika Vrecionová, Alexandr Vondra, Ruža Tomašić, Charlie Weimers, Evžen Tošenovský, Valdemar Tomaševski, Assita Kanko
f'isem il-Grupp ECR
Martin Buschmann, Fabio Massimo Castaldo, Cornelia Ernst
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar l-Iran, b'mod partikolari s-sitwazzjoni tad-difensuri tad-drittijiet tan-nisa u ċ-ċittadini tal-UE b'ċittadinanza doppja miżmuma priġunieri
()
Il-Parlament Ewropew,
–wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar l-Iran, notevolment dawk li jikkonċernaw id-drittijiet tal-bniedem, b'mod partikolari dawk tal-14ta'Marzu2019 dwar l-Iran, partikolarment is-sitwazzjoni tad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem[1], tat-13ta'Diċembru2018 dwar l-Iran, b'mod partikolari l-każ ta' Nasrin Sotoudeh[2], tal-31ta'Mejju2018 dwar is-sitwazzjoni ta' persuni b'ċittadinanza doppja UE-Iran mitfugħa l-ħabs[3], tal-25ta'Ottubru2016 dwar l-istrateġija tal-UE rigward l-Iran wara l-ftehim nukleari[4], tat-3ta'April2014 dwar l-istrateġija tal-UE rigward l-Iran[5], tat-8ta'Ottubru2015 dwar il-piena tal-mewt[6] tas-17ta'Novembru2011 dwar l-Iran – każijiet reċenti ta' ksur tad-drittijiet tal-bniedem[7],
–wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar l-Iran, tal-4ta'Frar2019, u r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE)2019/560 tat-8ta'April2019 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru359/2011 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fil-kuntest tas-sitwazzjoni fl-Iran, li jestendi b'sena, sat-13ta'April2020, il-miżuri restrittivi relatati ma' ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran,
–wara li kkunsidra r-rapport tas-Segretarju Ġenerali tan-NU dwar is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fir-Repubblika Iżlamika tal-Iran, tat-8ta'Frar2019,
–wara li kkunsidra r-rapporti tar-Rapporteur Speċjali dwar is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fir-Repubblika Iżlamika tal-Iran ta' Settembru2018, tal-30ta'Jannar2019 u tat-18ta'Lulju2019, u d-dikjarazzjoni tiegħu tas-16ta'Awwissu2019 dwar id-detenzjoni u s-sentenzi twal ta' ħabs mogħtija lil Mojgan Keshavarz, Monireh Arabshahi u Yasaman Aryani, tliet nisa Iranjani detenuti arbitrarjament talli pprotestaw pubblikament kontra l-ilbies obbligatorju tal-veli,
–wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tad-29ta'Novembru2018 mill-esperti tad-drittijiet tal-bniedem tan-NU, bit-titolu "L-Iran jeħtieġ li jħares lid-difensuri tad-drittijiet tan-nisa",
–wara li kkunsidra l-Linji Gwida tal-UE dwar il-piena tal-mewt, dwar it-tortura, dwar il-libertà tal-espressjoni kemm online kif ukoll offline, u dwar id-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem,
–wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni mill-Kelliem għas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE) tat-12ta'Marzu2019 dwar il-kundanna tal-avukatessa Iranjana tad-drittijiet tal-bniedem Nasrin Sotoudeh,
–wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem tal-1948,
–wara li kkunsidra l-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi tal-1966 (ICCPR), li l-Iran huwa parti għalih,
–wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tal-Assemblea Ġenerali tan-NU tas-17ta'Diċembru2018 dwar is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fir-Repubblika Iżlamika tal-Iran,
–wara li kkunsidra l-Qafas Strateġiku u l-Pjan ta' Azzjoni l-ġodda tal-UE dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u d-Demokrazija, li għandhom l-għan li jqiegħdu l-protezzjoni u l-monitoraġġ tad-drittijiet tal-bniedem fil-qalba tal-politiki kollha tal-UE,
–wara li kkunsidra l-Korp tal-Prinċipji għall-Protezzjoni tal-Persuni Kollha taħt Kwalunkwe Forma ta' Detenzjoni jew Priġunerija, tal-1988,
–wara li kkunsidra r-Regoli Standard Minimi dwar it-Trattament tal-Priġunieri (magħrufa wkoll bħala "r-Regoli Nelson Mandela"), tal-2015,
–wara li kkunsidra l-Karta tal-President Iranjan dwar id-Drittijiet taċ-Ċittadini,
–wara li kkunsidra l-Artikoli144(5) u 132(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
A.billi f'dawn l-aħħar xhur, il-qrati rivoluzzjonarji Iranjani żiedu b'mod sostanzjali t-trażżin ta' atti paċifiċi ta' reżistenza min-naħa tad-difensuri tad-drittijiet tan-nisa li jipprotestaw kontra l-ilbies obbligatorju tal-hijab, inkluż it-tul tas-sentenzi ta' ħabs; billi, skont in-NU, mill-inqas 32persuna ġew arrestati u mill-inqas 10 inżammu priġunieri mill-2018 talli pprotestaw kontra l-ilbies obbligatorju tal-hijab;
B.billi l-attivisti Iranjani Mojgan Keshavarz, Monireh Arabshahi u Yasaman Aryani ġew detenuti b'mod arbitrarju f'April2019 wara li ppubblikaw filmat online li fih huma jidhru mingħajr il-velu, ipprotestaw paċifikament kontra l-liġijiet tal-velu obbligatorju tal-Iran filwaqt li qassmu l-fjuri fuq il-metro ta' Tehran fit-8ta'Marzu2019, il-Jum Internazzjonali tan-Nisa; billi Sahar Khodayari, mara Iranjana detenuta talli ppruvat tara logħba futbol fi stadium, ħarqet lilha nnifisha sal-mewt bi protesta meta saret taf li kienet se tingħata sentenza ta' sitt xhur ħabs għall-azzjonijiet tagħha;
C.billi f'Awwissu2019, Mojgan Keshavarz, Yasaman Aryani, Monireh Arabshahi u Saba Kord-Afshari ngħataw sentenza ta' bejn 16-il sena u 24sena priġunerija; billi dawn ġew imċaħħda mill-aċċess għall-avukati matul il-fażi inizjali tal-investigazzjoni, u ġie rappurtat li r-rappreżentanti legali tagħhom kienu pprojbiti milli jirrappreżentawhom waqt il-proċess tagħhom; billi s-sentenzi tagħhom huma marbuta direttament mal-eżerċitar paċifiku tad-drittijiet tal-libertà tal-espressjoni u tal-għaqda fid-difiża tal-ugwaljanza bejn is-sessi fl-Iran;
D.billi fis-27ta'Awwissu2019, il-qorti tal-prim'istanza kkundannat tliet attivisti tad-drittijiet tal-ħaddiema nisa – Sepideh Gholian, Sanaz Allahyari and Asal Mohammadi – fuq akkużi li jinkludu "assemblea u kollużjoni għal azzjoni kontra s-sigurtà nazzjonali"; billi rriżulta, fl-24 u l-31ta'Awwissu, li Marzieh Amiri u Atefeh Rangriz, żewġ difensuri tad-drittijiet tal-ħaddiema nisa li kien ilhom detenuti minn meta ġew arrestati waqt protesta paċifika f'Jum il-Ħaddiem, ġew ikkundannati għal 10snin u nofs ħabs u 148daqqa tal-frosta, u 11-ilsena u nofs ħabs u 74daqqa ta' frosta, rispettivament, fuq akkużi li jinkludu "assemblea u kollużjoni għal azzjoni kontra s-sigurtà nazzjonali", "propaganda kontra l-istat" u "l-ksur tal-ordni pubbliku";
E.billi l-Iran ma rratifikax il-Konvenzjoni dwar l-Eliminazzjoni ta' Kull Forma ta' Diskriminazzjoni kontra n-Nisa, adottata fl-1979 mill-Assemblea Ġenerali tan-NU, billi l-Iran għandu firxa ta' liġijiet diskriminatorji, b'mod partikolari fir-rigward tad-dispożizzjonijiet legali relatati mal-istatus personali;
F.billi persuni b'ċittadinanza doppja (waħda tal-UE u l-oħra Iranjana) qed ikomplu jiġu arrestati, u l-arrest jiġi segwit minn reklużjoni prolongata u interrogazzjonijiet, b'nuqqas ta' proċess dovut tal-liġi, nuqqas ta' proċess ġust u sentenzi ta' ħabs twal ibbażati fuq akkużi vagi jew mhux speċifiċi relatati mas-"sigurtà nazzjonali" u mal-"ispjunaġġ", kif ukoll kampanji ta' malafama sponsorjati mill-istat kontra l-persuni miżmuma priġunieri; billi l-Iran ma jirrikonoxxix iċ-ċittadinanza doppja, u b'hekk jillimita l-aċċess tal-ambaxxati barranin għaċ-ċittadini tagħhom b'ċittadinanza doppja miżmuma hemmhekk;
G.billi mill-inqas sitt persuni b'ċittadinanza doppja, waħda tal-UE u l-oħra Iranjana, Nazanin Zaghari-Ratcliffe, Ahmadreza Djalali, Kamal Ahmady, Kamran Ghaderi, Massud Mossaheb u Morad Tahbaz, bħalissa jinsabu miżmuma priġunieri fl-Iran;
H.billi Nazanin Zaghari-Ratcliffe, ċittadina Iranjana-Britannika impjegata mit-Thomson Reuters Foundation, ilha miżmuma priġuniera b'mod illeċitu fl-Iran mit-3ta'April2016, wara li kienet ilha xhur detenuta b'mod illeċitu, akkużata bi spjunaġġ, u sussegwentement miċħuda proċess liberu u ġust; billi hija ġiet ripetutament imċaħħda mill-kura medika, u dan wassal għad-deterjorament tas-saħħa fiżika u mentali tagħha; billi dan l-aħħar ġiet miċħuda l-aċċess għas-sejħiet telefoniċi internazzjonali, filwaqt li ż-żjarat familjari tagħha ġew limitati għal żjar waħda biss fix-xahar;
I.billi Kameel Ahmady, antropologu soċjali Iranjan-Brittaniku, ilu mill-11ta'Awwissu2019 detenut f'Tehran fuq akkużi mhux żvelati; billi n-negozjant Morad Tahbaz, li għandu ċittadinanza Iranjana, Brittanika u tal-Istati Uniti, ġie detenut f'Jannar2018 ma' mill-inqas disa' ambjentalisti, allegatament fuq akkużi ta' spjunaġġ;
J.billi Ahmadreza Djalali, xjentist u tabib Żvediż imwieled fl-Iran, ilu jinżamm fil-ħabs ta' Evin minn April2016, u ngħata sentenza tal-mewt f'Ottubru2017 fuq akkużi ta' spjunaġġ abbażi ta' konfessjoni furzata allegata;
K.billi Kamran Ghaderi, ċittadin Awstrijakk u Iranjan, kien is-CEO ta' kumpanija Awstrijaka tal-IT meta l-aġenti tal-Ministeru tal-Intelligence arrestawh mal-wasla tiegħu fl-ajruport internazzjonali ta' Tehran fit-2ta'Jannar2016, u ngħata sentenza ta' 10snin ħabs fuq l-akkuża ta' "spjunaġġ għal stati għedewwa";
L.billi fil-11ta'Marzu2019, Nasrin Sotoudeh, rebbieħa tal-Premju Sakharov2012, difensur tad-drittijiet tal-bniedem u avukat ġiet ikkundannata in absentia għal 38sena ħabs u 148daqqa ta' frosta, fost l-oħrajn b'rabta max-xogħol tagħha ta' difiża tan-nisa akkużati talli pprotestaw kontra l-hijab obbligatorju; billi aktar minn miljun persuna ngħaqdu f'kampanja dinjija f'Ġunju biex jitolbu lill-Gvern Iranjan jeħles lis-Sa Sotoudeh;
M.billi Atena Daemi u Golrock Ebrahimi Iraee ġew ikkundannati għal sitt snin ħabs f'Ottubru2016; billi f'Settembru2019 żidulhom sentejn addizzjonali mas-sentenza tagħhom, wara li ġew akkużati li "insultaw lill-mexxej suprem"; billi din is-sentenza ġie rrappurtat li ngħatat bi tpattija għall-protesti mid-difensuri tad-drittijiet tan-nisa fil-ħabs;
N.billi ġew irrappurtati diversi każijiet ta' kundizzjonijiet inumani u degradanti, partikolarment fil-ħabs ta' Evin, u ta' nuqqas ta' aċċess adegwat għall-kura medika matul id-detenzjoni fl-Iran, bi ksur tar-regoli standard minimi dwar it-trattament tal-priġunieri, tan-NU;
O.billi d-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, il-ġurnalisti, l-avukati u l-attivisti ambjentali, tat-trade unions u attivisti online fl-Iran għadhom qed jiffaċċjaw fastidju, arrest arbitrarju, detenzjoni u prosekuzzjoni minħabba xogħolhom;
P.billi l-awtoritajiet qed ikomplu jikkriminalizzaw l-attiviżmu tad-drittijiet tal-bniedem u jużaw l-Artikolu48 tal-Liġi tal-Proċedura Kriminali Iranjana biex jirrestrinġu l-aċċess tad-detenuti għal parir legali tal-għażla tagħhom u biex jiċħdulhom assistenza konsulari; billi m'hemm l-ebda mekkaniżmu indipendenti fi ħdan il-ġudikatura biex tiġi assigurata r-responsabbiltà;
Q.billi l-UE adottat miżuri restrittivi relatati mal-ksur tad-drittijiet tal-bniedem, inkluż l-iffriżar tal-assi u l-projbizzjonijiet fuq il-viża għal individwi u entitajiet responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem, kif ukoll projbizzjoni fuq l-esportazzjoni lejn l-Iran ta' tagħmir li jista' jintuża għal repressjoni interna u ta' tagħmir għas-sorveljanza tat-telekomunikazzjonijiet; billi dawn il-miżuri qed jiġu aġġornati regolarment u ser jibqgħu fis-seħħ;
R.billi l-Iran qed ikompli japplika l-piena tal-mewt fuq bażi frekwenti; billi Narges Mohammadi, rebbieħa tal-Premju Per Anger, bħalissa qed tiskonta sentenza ta' sittax-il sena ħabs għall-kampanja tagħha biex tiġi abolita l-piena tal-mewt u għall-ħidma tagħha mar-rebbieħa tal-Premju Nobel Shirin Ebadi;
1.Jistieden lill-awtoritajiet Iranjani jannullaw dawn is-sentenzi kollha u jeħilsu b'mod immedjat u mingħajr kundizzjonijiet lil Mojgan Keshavarz, Yasaman Aryani, Monireh Arabshahi, Saba Kord-Afshari u Atena Daemi bħala difensuri tad-drittijiet tan-nisa li qed jipprotestaw kontra l-hijab obbligatorju; jitlob ukoll il-ħelsien ta' Nasrin Sotoudeh, Narges Mohammadi, Sepideh Gholian, Sanaz Allahyari, Asal Mohammadi, Marzieh Amiri u Atefeh Rangriz, u tad-difensuri kollha tad-drittijiet tal-bniedem li ntbagħtu l-ħabs u kkundannati sempliċement għaliex eżerċitaw id-drittijiet tagħhom għal-libertà ta' espressjoni, ta' assoċjazzjoni u ta' assemblea paċifika;
2.Jikkundanna bl-aktar mod qawwi r-repressjoni kontinwa fuq in-nisa għaliex joġġezzjonaw għall-ilbies obbligatorju tal-velu u għaliex jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom għal-libertà ta' espressjoni, ta' assoċjazzjoni u ta' għaqda paċifika; jistieden lill-Gvern Iranjan jirrispetta l-libertà tan-nisa Iranjani li jagħżlu l-kodiċi ta' lbies tagħhom stess;
3.Jenfasizza li l-awtoritajiet Iranjani jridu f'kull ċirkostanza jiżguraw li d-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, l-avukati u l-ġurnalisti jkunu jistgħu jwettqu xogħolhom b'mod ħieles mit-theddid, l-intimidazzjoni u l-impediment, u jitlob li l-ġudikatura Iranjana ttemm il-fastidju permanenti; iħeġġeġ lill-ġudikatura Iranjana ttemm iċ-ċensura online u tirrispetta d-drittijiet universali tal-bniedem tal-persuni kollha, b'mod partikolari d-drittijiet tagħhom għal espressjoni libera online u offline;
4.Ifaħħar u jappoġġa lin-nisa Iranjani li jibqgħu jiddefendu d-drittijiet tal-bniedem minkejja d-diffikultajiet u r-riperkussjonijiet personali li qed jiffaċċjaw;
5.Jiddispjaċih ħafna dwar in-nuqqas ta' progress li sar fil-każijiet li jirrigwardaw persuni b'ċittadinanza doppja UE-Iranjana detenuti fl-Iran; jitlob il-ħelsien immedjat u mingħajr kundizzjonijiet tal-persuni b'ċittadinanza doppja UE-Iranjana kollha, inklużi Nazanin Zaghari-Ratcliffe, Ahmadreza Djalali, Kamal Ahmady, Kamran Ghaderi, Massud Mossaheb u Morad Tahbaz, li bħalissa jinsabu detenuti f'ħabsijiet Iranjani, sakemm ma jiġux ipproċessati mill-ġdid skont standards internazzjonali; jikkundanna l-prattika kontinwa ta' detenzjoni ta' persuni b'ċittadinanza doppja UE-Iranjana min-naħa tal-ġudikatura Iranjani wara proċessi inġusti;
6.Iħeġġeġ lill-awtoritajiet Iranjani jikkooperaw mingħajr aktar dewmien mal-ambaxxati tal-Istati Membri tal-UE f'Tehran sabiex jippermettu li tiġi stabbilita lista komprensiva ta' persuni b'ċittadinanza doppja UE-Iranjana li attwalment qed jinżammu fil-ħabsijiet Iranjani, u biex jimmonitorjaw mill-qrib kull każ individwali, peress li s-sigurtà taċ-ċittadini u l-protezzjoni tad-drittijiet fundamentali tagħhom huma tal-ogħla importanza għall-UE;
7.Iħeġġeġ lill-awtoritajiet Iranjani jirrevedu d-dispożizzjonijiet legali li jiddiskriminaw kontra n-nisa, b'mod partikolari dawk relatati mal-istatus personali tagħhom; jilqa' l-introduzzjoni mill-Parlament Iranjan tal-abbozz ta' liġi dwar il-protezzjoni tan-nisa mill-vjolenza u jenfasizza l-ħtieġa għal leġiżlazzjoni komprensiva li tiddefinixxi u tikkriminalizza b'mod speċifiku kull forma ta' vjolenza sessista kontra n-nisa;
8.Jistieden lill-awtoritajiet Iranjani jiżguraw li n-nisa jingħataw aċċess għall-istadiums kollha, mingħajr diskriminazzjoni jew riskju ta' persekuzzjoni;
9.Itenni s-sejħa tiegħu lill-awtoritajiet Iranjani jemendaw l-Artikolu48 tal-Liġi dwar il-Proċedura Kriminali tal-pajjiż biex jiżguraw li l-konvenuti kollha jkollhom id-dritt li jkunu rappreżentati minn avukat tal-għażla tagħhom kif ukoll proċess ġust skont l-impenji tal-Iran taħt il-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi;
10.Jistieden lill-Parlament Iranjan jemenda l-liġijiet kriminali dwar is-sigurtà nazzjonali li jintużaw regolarment għall-prosekuzzjoni tad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, il-ġurnalisti, l-attivisti ambjentali u tat-trade unions u membri ta' minoranzi reliġjużi u etniċi, u li jmorru kontra l-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi ratifikat mill-Iran;
11.Jikkundanna l-prattika kontinwa ta' ċaħda intenzjonata tal-kura medika lill-priġunieri; jiddeplora t-tortura sistematika fil-ħabsijiet Iranjani u jitlob il-waqfien immedjat ta' kull forma ta' tortura u trattament ħażin tad-detenuti kollha; jikkundanna l-prattika li ċċaħħad l-aċċess għat-telefon u għal żjarat familjari għad-detenuti;
12.Iħeġġeġ lill-awtoritajiet Iranjani jiżguraw l-implimentazzjoni sħiħa u bla riserva tal-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi (ICCPR), li l-Iran huwa firmatarju tiegħu; iħeġġeġ lill-Iran jaderixxi mal-Konvenzjoni dwar l-Eliminazzjoni ta' Kull Forma ta' Diskriminazzjoni kontra n-Nisa;
13.Jinnota l-emendi għal-liġi dwar it-traffikar tad-droga, li għandhom inaqqsu l-għadd ta' sentenzi tal-piena kapitali;
14.Jikkundanna bil-qawwa l-użu tal-piena kapitali, inkluż l-użu tagħha kontra delinkwenti minorenni; jistieden lill-awtoritajiet Iranjani jintroduċu moratorju immedjat bħala pass fundamentali lejn l-abolizzjoni tagħha;
15.Jistieden lill-Iran jikkoopera mar-Rapporteur Speċjali tan-NU dwar is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran, inkluż billi jippermettilu jidħol fil-pajjiż;
16.Iħeġġeġ koordinazzjoni qawwija fost l-ambaxxati tal-UE akkreditati f'Tehran; iħeġġeġ lill-Istati Membri kollha bi preżenza diplomatika f'Tehran jużaw il-mekkaniżmi previsti fil-Linji Gwida tal-UE dwar id-Difensuri tad-Drittijiet tal-Bniedem biex jappoġġaw u jipproteġu dawn l-individwi, b'mod partikolari d-difensuri tad-drittijiet tan-nisa u persuni tal-UE b'ċittadinanza doppja, inkluż permezz ta' dikjarazzjonijiet pubbliċi, inizjattivi diplomatiċi, monitoraġġ ta' proċessi u żjarat fil-ħabs;
17.Jitlob li l-UE, inkluż il-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, tkompli tqajjem tħassib dwar id-drittijiet tal-bniedem mal-awtoritajiet Iranjani f'fora bilaterali u multilaterali u biex tuża l-impenji ppjanati kollha mal-awtoritajiet Iranjani għal dak il-għan, b'mod partikolari fil-kuntest tad-Djalogu Politiku ta' Livell Għoli bejn l-UE u l-Iran;
18.Jistieden lis-SEAE jirrapporta lura dwar l-azzjonijiet meħuda fir-rigward tar-riżoluzzjonijiet preċedenti tal-Parlament dwar l-Iran;
19.Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri, lis-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti u lill-Gvern u lill-Parlament tal-Iran.
- [1] Testi adottati, P8_TA(2019)0204.
- [2] Testi adottati, P8_TA(2018)0525.
- [3] Testi adottati, P8_TA(2018)0231.
- [4] ĠU C215, 19.6.2018, p.86.
- [5] ĠU C408, 30.11.2017, p.39.
- [6] ĠU C349, 17.10.2017, p.41.
- [7] ĠU C153E, 31.5.2013, p.157.